Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib bosta sitwazzjonijiet varji għall-istilla tal- Aquarius, però l-aktar ħaġa importanti hi li inti tkun kapaċi żżomm kontroll tiegħek quddiem dak li jista' jkun żmien daqsxejn iebes però jekk tagħraf tuża moħħok u mhux qalbek ser tistabbilixxi aktar lilek in- nifsek u trabbi aktar karattru sod u ddixxiplinat. Taqtax qalbek. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 2, 18, 23 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser iġib miegħu responsabbilità ġdida għalik. Għalkemm din ir- responsabbilità għadha mhix evidenti f'ħajtek, ser tkun reali fil-ġimgħat li ġejjin. Din ser toħloq xi ftit ta' żbilanċ fil-ħajja ta' madwarek, għalhekk issa li int qiegħed tkun iggwidat/a għandek tħejji għal din is-sitwazzjoni sabiex iżżomm bilanċ biex tevita l-problemi. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Saggitarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 12, 28 u 34. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser jagħmlek xi ftit nervuż dwar xi ħaġa li qed tħossok li qed taħdem ħafna fiha imma għal xi raġuni m'intix tirnexxi fiha Però trid tibqa' tissielet għax fl-aħħar mill-aħħar ser jirnexxilek. Huwa vera li hemm ċerti ostakoli imma jekk jirnexxilek tibqa' kawt/a u tikkum- batti jirnexxilek. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal- Ġimgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 11, 24 u 37. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, li għalik ser ikun xi ftit iebes, iż-żmien jaqleb għall-aħjar hekk kif jaqleb għax-xahar t'Ottubru. Alissa trid tagħraf tkun iktar ikkonċentrat fuq il-karriera tiegħek. Kun aktar iffokat sabiex ma jkunx hemm min japprofitta ruħu minnek. Trid tiffoka aktar fuq ir-relazzjoni tiegħek biex ma taqax fil-monotonija. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 26 u 37. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser ikun żmien iffokat kompletament fuq il-karriera tiegħek. F'xogħlok ser jinħolqu bosta opportunitajiet imma trid tagħraf li għalkemm il-karriera ser tkun front qawwi, trid tibbilanċja wkoll mal-imħabba madwarek. Ser ikun hemm mumenti mimlijin attivitajiet iżda trid issib bilanċ għal dawk in-nies ta' madwarek Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifadan il-perjodu ser ikun mimli deċiżjonijiet ġodda. Għalkemm jaf ikunu xi ftit iebsin huma deċiżjonijiet li jridu jsiru. Quddiemek jaf ikollok għażla jew inkella id-destin iwasslek għal deċiżjoni ħabta u sabta u għalhekk ta- jjeb li tirrifletti ftit u fil-mument ġust tagħmel dak li huwa ta' ġid għalik. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 19, 27 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib miegħu perjodu li fih għandek trabbi l-kunfidenza kemm f'dak li hemm madwarek kif ukoll fik in- nifsek. Kunfidenza li tagħtik ċertu enerġija tista' twassal biex tagħraf timxi u tħares 'il quddiem b'aktar ċertezza, għalhekk aħtaf dan il-perjodu li jagħtik ukoll stabbilità qawwija biex twessa dak kollu li għandek madwarek. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 25 u 34. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan ser iġib miegħu sfida, sfida biex inti tagħraf aktar lilek in- nifsek u ssib verament min int, x'verament trid u xi jkun ta' ġid għalik. Mhix sejra tkun sitwazzjoni faċli għalik għax dan iż-żmien jaf iġib miegħu ħafna tibdiliet imma issa wasal dak il-mument li inti trid tara x'jaqbel lilek u mhux x'jaqbel lil dawk ta' madwarek. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 15, 23 u 34. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, ser iġib miegħu diversi opportunitajiet għalik. Jaf ikun hemm ukoll xi tibdil minn dak li qed tagħmel illum. Barra dan ovvjament sejra tinħoloq aktar pressjoni fuqek u hekk trid turi kemm int vera taf tibbilanċja fil-ħajja tiegħek għax jekk ma' dawn l-opportunitajiet ma ssibx bilanċ jaf imurlek kollox ħażin. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 29 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa trid toqgħod ftit aktar attent lil min tafda u ma tafdax. Issa huwa dak il-mument li ser tgħaddi minn eżami ta' min huma l-veru ħbieb tiegħek. Xorta waħda trid tagħraf żżomm ċertu affarijiet kunfidenzjali għall-ġid tiegħek stess. Tajjeb ikollok ħbieb li tafda sa ċertu punt imma ibda kun ftit riservat. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 16, 22 u 39. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan sejjer jieħdok lura biex iġġedded il-memorji tal-passat u dan jista' jwassal li jekk ma toqgħodx attenta tit- fixkel mir-rutina li qbadt. Mhux faċli li tinsa l-passar però jekk inti tagħraf tħares lejn il-passat bħal esperjenza li inti tgħallimt minnha. L-esperjenza sservik ta' gwida għal li ġej u dan għandu jgħinek tkompli tavvanza f'ħajtek. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 14, 28 u 35. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Hekk kif beda l-istaġun tal-ħarifa, dan jista' jġib miegħu dimensjoni aktar wiesgħa sabiex inti tkun aktar flessibbli u sensittiva fil-ħajja tiegħek. Għalkemm dawn jafu jagħmluk persuna totalment differenti milli inti llum, dan kollu ser jiġri biex jgħinek tipprepara għall-futur. Imxi ma' din il-bidla sabiex tara kemm ġejjin sitwazzjoijiet sbieħ għalik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fl-istaġun tal-ħarifa ser tkun pożittiva għalik ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 28 u 30. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal-oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il- paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Nhar it-Tlieta 27 ta' Settembru, se ssir it-tnedija tal-bejgħ ta' dan il-ktieb fil-ħwienet kollha tal- kotba. Għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna, min jordna dan il-ktieb, jingħata xahar b'xejn tal-gazzetta ILLUM. Għal iktar informazzjoni, ċemplu fuq 99013600 Offerti għalikom il-qarrejja ta' din il-paġna