Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 24 Kummerċjali 'Contribute Water', l-ewwel inizjattiva ta' ilma għall-karità f 'Malta bl-appoġġ ta' Farsons L-intrapriża soċjali pijuniera, Contribute Ltd, iffinalizzat ftehim ma' Farsons biex timla u tqassam il-Contribute Water, l-ewwel ilma Malti għall-karità, madwar Malta u Għawdex. Imnedija fl-2013 minn Janika, Nils u Karl Wijkmark, dil-kumpanija qed tkun appoġġjata minn Farsons biex tkompli twettaq il-missjoni soċjali li għandha u fl-istess ħin tespandi n-negozju tagħha. Waħda mill-fundaturi ta' Contribute, Janika Wijkmark, stqarret li, "Dan il-ftehim ma' Farsons jgħinna nibnu d-ditta tagħna billi nsiru aktar lokali u ffukati ħalli nkompli nappoġġjaw proġetti u inizjattivi lokali ta' karità. Dan il-kunċett, meqjus bħala mezz uniku li bih l-intraprendituri ż-żgħar jistgħu jmexxu negozju u fl-istess ħin ikunu ta' ġid għas-soċjetà, huwa bbażat fuq donazzjoni li tmur għall-karità ma' kull flixkun ilma li jinxtara." Janika kompliet tgħid li, "Dan hu mod modern kif tista' tagħti l-flus għall-karità filwaqt li tagħmel ix-xiri tiegħek ta' kuljum, tissoċjalizza jew saħansitra waqt l-eżerċizzju." Wara tliet snin fin-negozju, il-kumpanija rnexxielha tiġbor ammont sabiħ ta' flus għall- karità u fl-2015, Contribute bniet il-pompa tal-ilma tagħha fil-villaġġ ta' Matulino fil-Malawi permezz ta' sħubija ma' Pump Aid, organizzazzjoni bbażata fl-Ingilterra, li taħdem ma' komunitajiet rurali fl-Afrika u li għamlet aktar minn 8,300 proġett tal-ilma u tas-sanità li minnhom ibbenefikaw 'il fuq minn 1.25 miljun persuna. Din l-inizjattiva għenet biex komunità sħiħa ta' 120 resident ikollhom aċċess għal ilma nadif – ħaġa li tagħmlilhom differenza sinifikanti f'ħajjithom. Fil-kummenti tiegħu, Michael Farrugia, Chief Business Development Officer ta' Farsons, qal, "Kuntenti ħafna li qed nappoġġjaw lill-Contribute Water u l-missjoni soċjali tagħha li timxi id f'id mal-istrateġija ta' responsabbiltà soċjali u korporattiva tagħna." Bl-appoġġ ta' Farsons, Contribute Ltd issa se taħdem biex tkabbar il-marka u l-kunċett tagħha mal-gżejjer Maltin. Il-kumpanija qed tesplora possibbiltajiet oħra għall-ġejjieni ta' prodotti ispirati għall-karità. MAPFRE tibqa' waħda mill- aqwa għaxar kumpaniji ta' assigurazzjoni fl-Ewropa MAPFRE irnexxielha żżomm il-klassifika tagħha bħala waħda mill-aqwa għaxar kumpaniji tal-assigurazzjoni fl-edizzjoni tal-lista tal-2015. F'din is-sena, id-dħul primjum tal-akbar għaxar gruppi kien ta' €483,479 miljun, tkabbir ta' 7.8% meta mqabbel mas-sena ta' qabel. F'Malta, MAPFRE hija rrapreżentata minn MAPFRE Middlesea. Dan it-tkabbir kien miksub f 'kuntest mimli diffikultajiet u inċertezzi fl-ambjent ekonomiku globali. Fattur wieħed li żgur affetwa r-riżultati finanzjari kien il-varjazzjoni fir-rati tal- kambju differenti. Dan kien partikolarment sinifikanti fl-2015, bid-deprezzament tal-Ewro u l-muniti tal-Amerika Latina kontra d-dollaru Amerikan u I-Isterlina. Din hija t-tnax-il edizzjoni tal-klassifika, u l-ewwel waħda kompilata mis-Servizz ta' Studji ta' MAPFRE għall-Fundación Mapfre, li ppubblikat ukoll il-klassifikazzjoni tal-akbar kumpaniji ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja fl-Ewropa, fejn MAPFRE tokkupa s-sitt pożizzjoni. Għandu jiġi mfakkar, li kważi l-gruppi kollha analizzati fl-istudju żammew jew żiedu l-proporzjon ta' solvenza tagħhom fl-2015 u kollha għandhom livelli għoljin ta' kapitalizzazzjoni u s-saħħa finanzjarja. Il-Grupp MAPFRE għandu l-ogħla marġini ta' likwidità mill- gruppi prinċipali Ewropej. Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) hija awtorizzata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta'Malta biex tmexxi negozju kemm għat-tul u kemm ġenerali taħt l-Att tal-1998 dwar Negozju ta' Assigurazzjoni. 'TemptAsian' preżenti fil- Malta International Wine and Spirits Festival Matul l-aħħar tmiem il-ġimgħa t'Awwissu, TemptAsian ingħaqdu ma' portafoll ta' aktar minn 50 ditta oħra u kellhom stand bis-sushi u ġelat waqt il-Festival Internazzjonali tal-inbid u l-ispirti ta' din is-sena. Dan l-avveniment kien organizzat għall-ewwel darba minn M. Demajo Wines & Spirits f'Smart City. Dawk li żaru dan l-istand kellhom l-opportunità biex iduqu l-ikel tant tajjeb ta' TemptAsian waqt li jgawdu l-mużika tal-bands preżenti fil-festival. Ir-restorant TemptAsian, li jinsab f'The Palace, Sliema hu wieħed mill-postijiet l-aktar popolari f'Malta għal dawk li għandhom passjoni għal dan it-tip ta' ikel li oriġina fil-Ġappun. Ir-restorant joffri varjetà ta' platti Ażjatiċi, minn Ġappuniż, Ċiniż, mill-Malasja, Tajlandiż, mill-Korea, Vjetnamiż u issa wkoll Indjan. Il-kċina ta' TemptAsian hija kkumplimentata minn atmosfera sabiħa tal-veduta ta' Tas-Sliema u x-xatt tal-Belt Valletta.