Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat WARA li sofrew żewġ telfiet konsekuttivi kontra Manchester City u Watford rispettivament, ilbieraħ Manchester United irritornaw għar- rebħ, meta ġewwa darhom f 'Old Trafford, umiljaw liċ-champions Leicester City, meta għelbuhom bl- iskor kbir ta' 4-1. Rimarkabbli huwa l-fatt li tlieta mill-erba' gowls tar-Red Devils waslu minn azzjoni ta' korner, bil-gowls għalihom jaslu kollha fl-ewwel taqsima minn Chris Smalling fit-22 minuta, Juan Mata fis-37 minuta, Marcus Rashford fl-40 minuta u Paul Pogba żewġ minuti biss wara, biex b'hekk huwa rnexxielu jsib ix-xibka għall-ewwel darba bil-flokk tar-Red Devils wara bidu ta' staġun xejn feliċi mat-tim minn Old Trafford. Leicester City skurjaw il-gowl ta' konsolazzjoni fit-tieni taqsima eżattament fid-59 minuta permezz ta' Demarai Gray. Intant, Manchester City kkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika permezz ta' rebħa tajba ta' 3-1 barra minn darhom kontra Swansea City, bit- tliet gowls għalihom jaslu minn doppjetta tas-solitu Sergio Aguero u Raheem Sterling bl-istess plejer jiġi ammonit propju ftit sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka. Min-naħa l-oħra, il-gowl uniku għal Swansea City wasal minn Fernando Llorente fit-13-il minuta, biex ġab id-draw momentarju. Liverpool komplew jimpressjonaw bil-kbir meta ġewwa darhom f 'Anfield ma tantx tħabtu biex għelbu l-isfida ta' Hull City bl- iskor kbir ta' 5-1. Il-gowls għar-Reds waslu minn Adam Lallana, doppjetta ta' James Milner, Sadio Mane u Philippe Coutinho. Tajjeb ngħidu li t-Tigers ta' Hull City qalgħu daqqa ta' ħarta fid-29 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Ahmed El Mohamady permezz ta' karta ħamra direttta. Il- gowl uniku għalihom wasal minn David Meyler fil-51 minuta. AFC Bournemouth ġewwa darhom kisbu rebħa ferm importanti u sa ċertu punt, sorprendenti ta' 1-0 kontra Everton bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn Junior Stanislas fit-23 minuta. Stoke City u West Bromwich Albion, temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1, bil-gowl għal Stoke City jasal minn Joe Allen fit-73 minuta, waqt li WBA ġabu l-iskor indaqs b'mod tassew drammatiku propju fid-90 minuta permezz ta' Jose Salomon Rondon. B'mod drammatiku wkoll intemmet il-partita bejn Sunderland u Crystal Palace, b'dawn tal-aħħar ikunu huma li ħarġu rebbieħa wara li tabilħaqq irnexxielhom idawru telfa f 'rebħa bit-tielet gowl tant importanti għalihom jasal minn Christian Benteke fid- 90 minuta. Iż-żewġ gowls l-oħra għalihom waslu minn Joe Ledley u James McArthur fit-62 u fis-76 minuta rispettivament. Sunderland kienu fetħu l-iskor permezz ta' doppjetta ta' Jermain Defoe fid-39 u fis-60 minuta. Tottenham Hotspur barra minn darhom kisbu tliet punti importanti meta għelbu lit-tim neo-promoss ta' Middlesbrough bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għall- Ispurs jaslu minn doppjetta ta' Heung-Min Son fis- seba' u fit-23 minuta, waqt li l-gowl uniku għal Middlesbrough wasal minn Ben Gibson fil-65 minuta. Manchester United jumiljaw lil Leicester City u Pogba jiskorja l-ewwel gowl mar-Red Devils RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 24 ta' Settembru Manchester U. vs Leicester C. 4-1 Bournemouth vs Everton 1-0 Liverpool vs Hull City 5-1 Middlesbrough vs Tottenham 1-2 Stoke C. vs WBA 1-1 Sunderland vs Crystal Palace 2-3 Swansea C. vs Manchester C. 1-3 Il-Ħadd 25 ta' Settembru 17:00 West Ham U. vs Southampton It-Tnejn 26 ta' Settembru 21:00 Burnley vs Watford Kampjonat Serie A TIM FIXTURES Il-Ħadd 25 ta' Settembru 12:30 Torino vs Roma 15:00 Genoa vs Pescara 15:00 Inter vs Bologna 15:00 Lazio vs Empoli 15:00 Sassuolo vs Udinese 20:45 Fiorentina vs AC Milan Paul Pogba jifraħ ma' Jesse Lingard wara li skorja l-ewwel gowl tiegħu ma' Manchester United

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016