Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

IS-SEWWIEQ fenomenu Spanjol, erba' darbiet champion tad-dinja tal- Moto GP, u leader attwali tal-kalssifika tal-Moto GP, Marc Marquez, ilbieraħ iddomina għal kollox u rebaħ il-pole ta' Aragon fi Spanja. Huwa mal-ewwel wera l-awtorità tiegħu fuq iċ- ċirkwit u ftit li xejn tħabat biex assigura ruħu minn din il-pole. Fit-tieni post se jkun qed jibda Maverick Vinales fuq Suzuki, waqt li Jorge Lorenzo fuq Yamaha u Andrea Dovizioso fuq Ducati, se jkunu qed jibdew mit-tielet u r-raba' post rispettivament. Fil-ħames post se jkun qed jibda Cal Crutchlow fuq LCR Honda, waqt li Valentino Rossi fuq Yamaha u Dani Pedrosa fuq Honda ddiżappuntaw bil-kbir hekk kif illum se jkunu qed jibdew biss mis-sitt u s-seba' post rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li temmew fihom ilbieraħ fuq iċ-ċirkwit ta' Aragon, is-sewwieqa kollha tal-Moto GP, flimkien mal-ħinijiet li huma rnexxielhom jirreġistraw: illum Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Sports 28 Poż. Sewwieq Mutur Ħin 1. M. Marquez Repsol Honda 01:47.117 2. M. Viñales Suzuki 01:47.748 3. J. Lorenzo Yamaha 01:47.778 4. A. Dovizioso Ducati 01:47.819 5. C. Crutchlow LCR 01:47.843 6. V. Rossi Yamaha 01:47.951 7. D. Pedrosa Repsol Honda 01:48.017 8. A. Espargaro Suzuki 01:48.230 9. D. Petrucci Pramac 01:48.236 10. S. Redding Pramac 01:48.242 11. P. Espargaro Tech 3 01:48.448 12. S. Bradl Aprilia 01:49.083 Christian Schembri jikseb is-sitt rebħa konsekuttiva tiegħu fil-boxing minn Cristian Antony Muscat L-AĦĦAR taqbida li l-boxer ewlieni Malti, Christian Schembri, kellu seħħet nhar is-Sibt 17 ta' Settembru li għadda, fis- serata ta' boxing 'Xplosive' organizzata minn Demis Tonna u l-grupp tiegħu 'Prizeboxing Promotions'. Din kienet il-ħames taqbida tiegħi din is-sena, u ried ikompli fuq il-forma tajba li ilu għaddej biha minn Dicembru tal-2015, billi jikseb is-sitt rebħa konsekuttiva tiegħu, kif fil-fatt għamel. Barra minn hekk, kien ħerqan ukoll biex jikkompeti f 'din is-serata għaliex irritorna wara sena u tliet xhur barra fix-xena tat-taqbid, il-kowċ tiegħu Super Steve Martin, u kellu ċ-ċans jieħu sehem fl-istess serata miegħu wara żmien twil. Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Christian Schembri nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward din is-sitt rebħa konsekuttiva tiegħu. Huwa saħaq li: "Il-preparamenti u t-taħrig tiegħi għal din it-taqbida kienu itwal mis-soltu. Dan għaliex peressli kont għadni ġej minn żewġ taqbidiet ibsin fix-xahar ta' Ġunju, il-kowċis tiegħi Steve Martin u Roland Sammut qablu li kelli bżonn perjodu ta' mistrieħ, fejn jiena nista' nikkonċentra fuq it-taħriġ biex intejjeb it-teknika tiegħi, minflok nipprepara għal avversarju speċifiku. It-taħriġ iffukat fuq il-kompetizzjoni beda minn tmien ġimgħat qabel, u segwejt kemm programm tal-ġiri kif ukoll circuit training biex intejjeb il-fiżika tiegħi, fejn dawn is-sessjonijiet kont nagħmilhom qabel ix-xogħol fil-5am, u programm ieħor tal- boxing iffukat fuq it- teknika u strateġija wara nofsinhar wara x-xogħol. F'dawn it-tmien ġimgħat kont fortunat li apparti t-taħriġ ewlieni li kienu jtuni Steve u Roland, kelli l-opportunità li nagħmel għadd ta' ġranet nittrenja taħt il-gwida tal-kowċ professjonali Ingliż, Barry Smith, u anke taħt il-kowċ professjonali Awstraljan Nudge Mieli, li wrewni tekniċi ġodda biex nuża għall-vantaġġ tiegħi fit- taqbida. L-avversarju tiegħu kien it-Taljan Carmelo Terranova, boxer ta' esperjenza li kellu għaxar taqbidiet professjonali u 40 oħra ta' dilettant. Dan kellu statura l-istess bħall- avversarju li kelli fit-taqbida ta' qabel, qasir u matnazz, iżda teknikament kien ħafna aħjar. Dan werieh mill-ewwel rawnd fejn kif ħriġna beda jagħmel head movement biex jaħrab id-daqqiet tiegħi, u hekk kif għaddew żewġ minuti u nofs mill-ewwel rawnd laqatni b'daqqa fuq nasi li niżżilni mal-art biha. Iżda dan kien biss dak li fil-boxing ngħidulu 'flash knockdown', fejn inti tistordi għal sekonda jew tnejn, terġa' tqum mill-ewwel fuq saqajk u f 'kemm ilni ngħidlek tkun ġejt f 'tiegħek. Il- ftit ħin li kien għad baqa' fir-rawnd imbagħad jiena bqajt naħrab id-daqqiet ta' Terranova u rrispondejt bi tnejn minn tiegħi. Hekk kif daqqet il-qanpiena għal tmiem ir-rawnd, mort fil-kantuniera u l-kowċ Steve Martin ħasilni bl- ilma kiesaħ biex ġejt iktar f 'tiegħi, u smajt l-istruzzjonijiet li tawni hu u Roland. Kif ħriġt għat- tieni rawnd imbagħad, kont boxer differenti u ddominajt il-bqija tat-taqbida, fejn ma bdejtx intih ċans jolqotni u jiena bdejt nolqot bil- maġġoranza tad-daqqiet tiegħi. Tant u hekk li jiena bdejt ngħajji lil Terranova u hu beda miexi lura u anke jagħtini dahru biex jistrieħ. Lejn l-aħħar tat- tielet rawnd, imbagħad beda jġib l-iskużi u jgħid li jien bdejt nuża daqqiet li kienu kontra r-regoli, u r-referi Awstraljan John Cauchi qallu biex ikompli għax jiena ma kont qed nagħmel xejn ħażin. Fir- raba' rawnd imbagħad kważi waqqajtu, imma żamm mal-ħbula u jiena komplejt niddomina l-bqija tar-rawnd. Imbagħad, fil- mistrieħ ta' bejn ir-raba' u l-ħames rawnd, Terranova, iddeċieda li jirtira mill- ġlieda, u b'hekk jiena ġejt iddakjarat rebbieħ. Din ir-rebħa għalija kienet ta' sodisfazzjon kbir, speċjalment għaliex irnexxieli nwaqqaf lill- avversarju tiegħi qabel it-tmiem tal-ġlieda, iżda ta' perfezzjonist li jien ninsab diżappuntat għaliex ħallejtu jolqotni b'dik id-daqqa fl-ewwel rawnd minflok iddominajt it-taqbida sħiħa mill-bidu sal-aħħar. Dan is-suċċess ma kienx wieħed faċli u ma ġibtux waħdi, u nixtieq nirringrazzja lill-kowċis tiegħi Steve Martin u Roland Sammut tal-gwida li jtuni kuljum fil-gym Fight Factory Home of Champions. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill- familja tiegħi tas-sapport li jtuni fil-ħajja ta' kuljum, u lill-ispettaturi kollha li jiġu jagħtu s-sapport tagħhom fis-serata tal-ġlieda, li ħafna minnhom ikunu ħbieb u qraba tiegħi, li jagħmluli tant kuraġġ waqt it-taqbida. Fl-aħħar nett nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tiegħi: 'Eurosport', 'Eat me I'm Famous', 'Remax Alliance', 'Brown's Valletta Waterfront', 'Michael's Butcher tal-Ħamrun' u 'SCI-MX Nutrition and Supplements', li bl-għajnuna tagħhom fil-karriera tal- boxing qegħdin jagħmluli l-ħajja tiegħi ferm iktar faċli," temm jgħid Christian Schembri. Christian Schembri fl-azzjoni Ritratt : A. Bonnici Photography Marc Marquez jiddomina u jirbaħ il-pole ta' Aragon fi Spanja Marc Marquez fl-azzjoni f 'Aragon fi Spanja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016