Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, il-klabb tal-waterpolo ta' San Ġiljan ASC Salini Resort ħabbar li jinsab f 'negozjati avvanzati biex it-tliet plejers mill- iskwadra tiegħu, Dino Zammit, Andrea Galea u Ben Plumpton, iħallu Malta fil-jiem li ġejjin u jingħaqdu mal-klabb Serb ta' Vojvodina li jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni tal- kampjonat Serb kif ukoll fil-kampjonat Adrijatiku li fih jieħdu sehem fost l-aqwa timijiet fl-Ewropa. Il-klabb ta' San Ġiljan ilu għal xi żmien jaħdem biex plejers tiegħu ikollhom din l-opportunità u jibgħat plejers jitħarrġu u jilagħbu barra l-pajjiż, fejn fost l-oħrajn din tkun esperjenza li minnha jgawdu kemm il-plejers kif ukoll il-klabb. Peressli l-klabb ta' San Ġiljan għandu relazzjonijiet tajbin ħafna mal-klabb Serb, l-istess klabb li minnu ġew il-kowċ Marko Orlovic, il-kowċ tal-juniors ta' dan is-sajf Igor Vukanovic, li flimkien din is-sena rebħu tliet tazzi tal-kbar u l-kampjonati tal-kategoriji ta' taħt is-17 u l-20 sena, u fejn ukoll beda il-karriera tiegħu Boris Vapenski, il-barrani ta' San Ġiljan għal dawn l-aħħar sentejn, din issa setgħet issir realtà u dawn it-tliet plejers se jkunu l-ewwel plejers li jingħaqdu ma' dan il-klabb. Dan sar ukoll permezz tal-intervent tal-kowċ Marko Orlovic li personalment intervjena u ta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-klabb Serb. San Ġiljan ASC jinsabu ċerti li din l-esperjenza se tiswa kemm lill-plejers kif ukoll lill-klabb biex meta jirritornaw lura għall-Kampjonat tas-Sajf, il-klabb ikun iktar b'saħħtu kif ukoll ippreparat. Din mhux se tkun l-ewwel u l-aħħar inizjattiva li jieħu dan il-klabb u diġà qed isiru arranġamenti biex plejers oħra jkollhom opportunitajiet biex imorru jilagħbu u jitħarrġu barra minn Malta. Intant, dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dawn it-tliet players fejn tawna dawn il-kummenti rigward kif qed iħarsu lejn din l-avventura ġdida tagħhom fis-Serbja ma' Vojvodina. Beda Ben Plumpton li qal li: "Din hi esperjenza li ili nistenna ħafna u naħdem ħafna għaliha. Hija ħolma li fl-aħħar qed issir realtà. Qed inħares lejha bħala opportunità tad-deheb. Se mmur nagħmilha b'qalbi kollha u nitgħallem u nistinka biex nakkwista kemm nista' minn din l-esperjenza unika. Inħossni eċitat u ferħan li flimkien ma' sħabi Andreas Galea u Dino Zammit se nkunu qed naqsmu din l-esperjenza u nikbru flimkien fil-karriera tal-waterpolo, li tant hu għal qalbna. Nispera li opportunitajiet simili bħal din ikunu possibli fil-futur għal atleti oħra bħalna, li bħalna jgħixu ħajjithom għall- isport għax verament iħobbuh. Jien biħsiebni nassorbi kull tagħlim li ningħata biex meta niġi lura nkun nista' nuri l-kapaċitajiet li nkun akkwistajt biex minnhom jitgħallmu atleti iżgħar u nispirahom biex ikunu atleti aħjar. Nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Marco Orlovic u lill-klabb ta' San Ġiljan li ħadem ħafna biex din il-ħolma ssir realtà. Ma rridx ninsa nirringrazzja lill-membri tal-kumitat ta' San Ġiljan li jaħdmu ħafna minn wara l-kwinti u dan jagħmluh b'imħabba kbira lejn il-klabb - xogħol li jagħmluh volontarjament għax għandhom għal qalbhom il-waterpolo. B'din l-esperjenza li ħa nakkwistaw, irridu nikbru verament biex b'hekk inroddu lura tal-ħidma siewja li jagħmel il-klabb, biex inkunu ta' eżempju għall-atleti ta' età iżgħar. Fl-aħħar u mhux l-inqas nirringrazzja lill-kowċis kollha li b'xi mod jew ieħor kienu parti mit-tagħlim tiegħi fl-isports tul ħajti." Tkellem ma' din il-gazzetta wkoll Andreas Galea li qal li: "Din L-opportunità ili nistenniha minn mindu bdejt il-karriera tiegħi tal-waterpolo. Fil-bidu ta' dan ix-xahar, il-kowċ infurmani li kien hemm cans li nitla' nilgħab fil- Kampjonat Serb flimkien ma' sħabi Dino Zammit u Ben Plumpton, u jien mal- ewwel aċċettajt. Esperjenza bħal din hija ħaġa unika u li tista' tiswa ħafna biex intejjeb il-mod kif nilgħab il-logħba. Malli aċċettajt, il-kumitat u l-kowċ mal- ewwel bdew il-ħidma biex jagħmlu din l-opportunità realtà. Għalhekk nixtieq nirringrazzjahom talli jafdaw fija u talli qed jgħinuni biex nilħaq dak il-grad professjonali. Fl- aħħar mill-aħħar nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi tas-sapport kontinwu li jagħtuni u tal-paċenzja li ħadu bija matul is-snin." Ma setax jonqos li jtina l-kummenti tiegħu, il- plejer internazzjonali Dino Zammit li saħaq li: "Ninsab eċitat ħafna għal din l-isfida ġdida fil-karriera tiegħi. Għandha tkun esperjenza mill-aqwa u li se tkun qed tgħinni ntejjeb il- livelli tal-logħba li tassew inħobb, waqt li nkompli nikber bħala persuna wkoll. Ninsab kuntent li kemm Andreas Galea kif ukoll Ben Plumpton se jkunu qed jingħaqdu miegħi f 'din l-esperjenza fis-Serbja. Ninsab persważ li huma se jkunu qed jitgħallmu ħafna minn din l-esperjenza hekk kif huma diġà plejers importanti ħafna fil-klabb ta' San Ġiljan ASC. Nixtieq niringrazja lill-kumitat ta' San Ġiljan ASC kif ukoll lill-kowċ Marco Orlovic, talli huma għamlu din il-ħolma realtà għalina t-tlieta," temm jgħid Dino Zammit. Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Sports 29 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Tliet plejers ta' San Ġiljan ASC triqithom lejn avventura ġdida s-Serbja ma' Vojvodina Ritratti- Foto Domingo Ritratt - Foto Domingo Andreas Galea Ben Plumpton Dino Zammit Ritratti - Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016