Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Sports 30 L-aktar 10 trasferimenti ta' plejers Ingliżi minn Cristian Antony Muscat WARA li John Stones ftit tal-ġimgħat ilu ngħaqad ma' Manchester City mingħand Everton biex sar it-tieni l-aktar plejer Ingliż ta' kull żmien li sewa flus fi trasferiment fl-Ingilterra, f 'dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn l-aktar 10 plejers Ingliżi li nvolvew somom kbar ta' flus fi trasferiment ta' kull żmien. 1. Raheem Sterling – Minn ma' Liverpool għal ma' Manchester City - £49 miljun - Lulju 2015 Għalkemm għad għandu biss 21 sena, dan il-plejer diġà lagħab għal 26 darba bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż, u skorja żewġ gowls. Madankollu, huwa għadu jrid jilħaq il-milja tal-karriera tiegħu fil- futbol ma' Manchester City, hekk kif fl-istaġun li għadda ftit li xejn impressjona mal-Blues, waqt li ddiżappunta bil- kbir mal-Ingilterra waqt Euro 2016 bejn Ġunju u Lulju li għadda fi Franza. 2. John Stones - Minn ma' Everton għal ma' Manchster City - £47.5 miljuni - Awwissu 2016 Dan id-difensur għad għandu biss 22 sena, iżda diġà kkonferma lilu nnifsu bħala wieħed mill- aqwa difensuri Ingliżi li pproduċa l-futbol Ingliż f 'dawn l-aħħar snin. Huwa jista' jilgħab kemm fl- irwol ta' difensur ċentrali kif ukoll bħala difensur right-back, waqt li lagħab 10 darbiet bil-flokk tat-tim nazzjonali Ingliż. Qabel lagħab ma' Everton għal tliet staġuni bejn l-2013 u l-2016 u skorja gowl wieħed, huwa kien jilgħab ma' Burnsley, fejn lagħab żewġ staġuni bejn l-2011 u l-2013. Mal-wasla tiegħu mas-City, huwa ngħata l-flokk numru 24 biex sar it-tieni l-aktar plejer Ingliż li sewa flus fit-trasferiment fl-Ingilterra wara Raheem Sterling, iżda mhux biss. Dan hekk kif fl-istorja tat- trasferimenti li jinkludu difensuri fl-isfera tal- futbol mondjali, huwa wkoll jikklassifika fit-tieni post, fejn jiġi post wieħed biss wara dak Brażiljan, David Luiz, li lura fis- sajf tal-2014, ingħaqad ma' Paris St Germain mingħand Chelsea għas- somma ta' £50 miljun. 3. Andy Carroll – Minn ma' Newcastle United għal ma' Liverpool - £35m - Jannar 2011 Il-ġurnata tal-31 ta' Jannar 2011 ukoll magħrufa bħala l-aħħar ġurnata tat-tieqa tat- trasferimenti ('transfer window'), m'hemmx dubju li se tibqa' magħrufa bħala waħda mill-aktar ġranet eċitanti fl-istorja riċenti tal-futbol Ingliż. Iktar kmieni matul dik il-ġurnata Chelsea kienu ffirmaw lil Fernando Torres għas-somma rekord sa dak iż-żmien fl-Ingilterra ta' £50 miljun, waqt li Liverpool kienu nefqu din l-istess somma u ftit aktar biex akkwistaw lil Andy Carroll u Luis Suarez. Iżda waqt li Luis Suarez kellu esperjenza meraviljuża mar-Reds, qabel ħallihom biex ingħaqad ma' Barcelona, mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Andy Carroll. Dan hekk kif dan l-attakkant Ingliż li llum qed jilgħab ma' West Ham United, skorja biss sitt gowls bil-flokk ta' Liverpool, iżda jibqa' msemmi għall-fatt li kien skorja l-gowl tar-rebħa kontra r-rivali eterni ta' Everton fis-semi-finali tal-FA Cup kontra Everton fl-2012. 4. Rio Ferdinand – Minn ma' Leeds United għal ma' Manchester United - £30 miljun - Lulju 2002 Dan huwa wieħed mill-aktar trasferimenti kontroversjali f 'din il- lista. Rio Ferdinand kien l-aktar difensur li sewa flus għal 12-il sena sħaħ wara li fl-2002 iffirma ma' Manchester United, fejn dam jilgħab xejn inqas minn 12-il sena. Madankollu ftit tal- ġimgħat ilu huwa nqabeż mid-difensur John Stones li ngħaqad ma' Manchester City mingħand Everton għas-somma ta' £47.5 miljun, biex issa qed jokkupa t-tieni post tal- lista ta' difensuri li l-aktar swew flus fl-istorja tal- futbol Ingliż. Is-somma ta' £30 miljun li r-Red Devils ħallsu lil Manchester United biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu tista' titqies bħala waħda ferm tajba għat-tim dak iż- żmiem immexxi minn Sir Alex Ferguson, hekk kif l-istess plejer kellu rwol fundamentali għal wieħed mill-aktar perjodi ta' suċċess fl-istorja ta' Manchester United. Dan hekk kif bil-flokk tar-Red Devils huwa rebaħ xejn inqas minn sitt Kampjonati Barclays Premier fl-Ingilterra, il- UEFA Champions League waqt li kien nominat ukoll għall-ħames darbiet fil-PFA Team of the Year. Dan qabel ma ngħaqad ma' Queens Park Rangers wara li kien skadielu l-kuntratt mar-Red Devils. Minn dak iż-żmien 'l hawn huwa rtira mix-xena tal-futbol. 5. Luke Shaw – Minn ma' Southampton għal ma' Manchester United - £30 miljun - Ġunju 2014 Luke Shaw kellu staġun inkredibbi ma' Southampton lura fl- istaġun 2013/14. Dan minħabba l-fatt li matul dan l-istess staġun huwa kien iddebutta mat-tim nazzjonali Ingliż, iżda kien nominat ukoll fil- PFA Team of the Year. Manchester United kienu tassew impressjonati bit-talent ta' dan il-plejer żagħżugħ u ffirmaw lil dan il-plejer li huwa prodott tal-akkademja tas-Saints għas-somma ta' £30 miljun. B'hekk Luke Shaw sar l-aktar plejer 'teenager' li qatt sewa flus, u għalkemm huwa kellu l-ewwel żewġ staġuni diffiċli f 'Old Trafford, meta wieħed iqis il-fatt li huwa għad għandu biss 21 sena, m'hemmx dubju li dan id-difensur għandu futur mill-isbaħ quddiemu. 6. Wayne Rooney – Minn ma' Everton għal ma' Manchester United - £27 miljun - Awwissu 2004 Ħadd ma jista' jinsa l-gowl spettakolari li Wayne Rooney meta kien għad kellu biss 16-il sena kien skorja kontra Arsenal bil-flokk ta' Everton, biex Everton kienu ħarġu rebbieħa u temmew serje ta' 30 logħba għall- Gunners mingħajr ma jiġu megħluba. Ma setax jonqos li Sir Alex Ferguson dak iż-żmien manager ta' Manchester United kien ukoll impressjonat bit- talent ta' dan il-player, u ma tantx dam biex ikkonvinċa lill-board tar- Red Devils biex jakkwista Raheem Sterling fil-ġurnata li fiha ġie ppreżentat bħala player ġdid ta' Manchester City John Stones fil-ġurnata li fiha ġie ppreżentat bħala plejer ġdid ta' Manchester City Andy Carroll jiċċelebra ma' Luis Su- arez meta kien skorja l-goal rebbieħ għal-Liverpool fis-semi-finali tal-FA Cup kontra Everton lura fl-2012 Rio Ferdinand jippoża ma' Sir Alex Ferguson fil-ġurnata li fiha ġie ppreżentat bħala player ġdid ta' Manchester United Luke Shaw muri l-karta l-ħamra waqt logħba mill-ewwel staġun tiegħu ma' Manchester United, liema staġun kien wieħed diżappuntanti għalih