Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Sports 31 Ingliżi li swew us -istorja tal-futbol Ingliż s-servizzi ta' Wayne Rooney għas-somma ta' £27 miljun. Meta Wayne Rooney ingħaqad ma' Manchester United huwa kien għad kellu biss 18-il sena, iżda mal-ewwel beda jimpressjona bil- flokk tar-Red Devils meta propju fid-debutt tiegħu ma' dan it-tim fil-UEFA Champions League, huwa kien skorja hat- trick kontra t-tim Tork ta' Fenerbahce. Minn dak iż-żmien 'l hawn, dan il-plejer rebaħ numru konsiderevoli ta' unuri kemm individwali kif ukoll bħala tim mar-Red Devils, u meta għaddew xejn inqas minn 12-il sena miż-żmien li huwa ħalla lil Everton biex ingħaqad ma' Manchester United, huwa għadu meqjus bħala wieħed mill-elementi prinċipali tat-tim immexxi mill-kowċ Portugiż, Josè Mourinho. 7. James Milner – Minn ma' Aston Villa għal ma' Manchester City - £26 miljun - Awwissu 2010 Sa minn meta ħa l-konroll assolut ta' Manchester City lura fl- 2009 ix-Sheikh Mansour wera li ma tantx idum jaħsibha biex jonfoq il- miljuni u jakkwista players ta' fama u klassi mondjali, biex kif rajna f 'dawn l-aħħar snin ittrasforma lil Manchester City minn tim li jtemm lejn nofs il- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier League għal tim li sena wara l-oħra jisfida għall-unuri kemm fl-Ingilterra kif ukoll fl-Ewropa. Wieħed mill-akkwisti ewlenin li dan ix-Sheikh għamel tul l-aħħar snin m'hemmx dubju li kien dak ta' James Milner, li l-Blues akkwistawh mingħand Aston Villa għas-somma ta' £26 miljun. Minn dak iż-żmien 'l hawn James Milner stabilixxa ruħu bħala wieħed mill-plejers ewlenin ta' Manchester City fejn għenhom biex jirbħu żewġ Kampjonati Barclays Premier u FA Cup, qabel fl-2015 ingħaqad ma' Liverpool fuq 'free transfer'. 8. Adam Lallana – Minn ma' Southampton għal ma' Liverpool - £25 miljun - Lulju 2014 Wara Luke Shaw, Adam Lallana huwa t-tieni prodott tal-akkademja ta' Southampton li rnexxielu jagħmilha mal-ewwel 10 f 'din il-lista. Wara li riċentament, eżattament fl-istaġun 2009/10, dan il-plejer kien għadu jilgħab fid-diviżjoni inferjuri tal-League 1, Adam Lallana, propju ma' Southampton għamel passi ta' ġġant 'il quddiem fil-karriera tiegħu. Huwa kellu wirjiet mill-aqwa ma' Southampton, u fil-fatt dan kien ġibed l-għajn tal-ekskowċ tat- tim nazzjonali Ingliż, Roy Hodgson, meta kien sejjaħlu biex jifforma parti mill-iskwadra tal-Ingilterra fit-Tazza tad-Dinja tal-2014 ġewwa l-Brażil. Liverpool, dak iż-żmien immexxija mill- manager Brendan Rodgers kienu nefqu s-somma ta' £25 miljun biex jakkwistaw lil dan il-plejer ta' nofs il-grawnd, qabel il- ftuħ tal-istaġun 2014/15, u għalkemm forsi wieħed stenna xi ftit iktar minn Adam Lallana bil-flokk mat-tim minn Anfield Road, meta wieħed iqis li dan il-plejer għandu 29 sena, m'hemmx dubju li l-kbir għadu ġej għal dan il-plejer! 9. David Beckham – Minn ma' Manchester United għal ma' Real Madrid - £24.5 miljun - Ġunju 2003 Dan huwa l-uniku trasferiment f 'din il-lista li jinkludi tim li mhux ġej mill-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, hekk kif jinvolvi lill-ġganti Spanjoli ta' Real Madrid. Wara karriera mill-aqwa ma' Manchester United, David Beckham, ingħaqad ma' Real Madrid bħala l-aħħar akkwist meqjus bħala Galactico, wara li l-Los Blancos kienu diġà akkwistaw is-servizzi ta' plejers li jġibu l-isem ta' ħadd ħlief Ronaldo, Zinedine Zidane u Luis Figo. Meta wieħed iqis il-kalibru ta' David Beckham, wieħed forsi stenna li l-ekscaptain tat-tim nazzjonali Ingliż, ikollu wirjiet aħjar ma' Real Madrid, u jirbaħ aktar unuri bil-flokk tal-Galacticos. Dan hekk kif l-uniku unur li David Bechkam rebaħ bil-flokk ta' Real Madrid kien dak tar-rebħ tal-Liga Spanjola propju fl-aħħar staġun ta' David Beckham jilgħab ma' dan il-klabb, qabel ħalla Spanja biex mar jibda avventura ġdida fil- karriera mill-aqwa tiegħu ma' LA Galaxy fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. 10. Darren Bent – Minn ma' Sunderland għal ma' Aston Villa - £24 miljun - Jannar 2011 B'Aston Villa dak iż- żmien f 'inkwiet serju li jiġu relegati mill-Premier għaċ-Championship, is-sid ta' Aston Villa, Randy Lerner, ħallas lil Sunderland is-somma ta' £24 miljun biex jakkwista lil Darren Bent bit-tama li dan il-plejer jiskorja l-gowls tant importanti biex iżomm lill-klabb mill- Midlands fil-Kampjonat Barclays Premier. U propju din it-tama saret realtà hekk kif wara li Darren Bent irnexxielu jsib ix-xibka fid-debutt tiegħu kontra Manchester City, l-istess attakkant prolifiku temm l-istaġun bħala l-aqwa skorer tal- istaġun, u dan wara li kien ingħaqad magħhom biss f 'Jannar tal-2011. Disa' gowls f '16-il logħba minn Darren Bent ippermettew lil Aston Villa biex mhux talli evitaw ir-relegazzjoni iżda talli spiċċaw lejn nofs il-klassifika - xi ħaġa li sfortunatamnet għal Aston Villa ma reġgħetx irrepetiet ruħha matul l-istaġun li għadda hekk kif huma sfaw relegati mill-Kampjonat Barclays Premier għaċ- Championship, wara xejn inqas minn 28 sena. Madankollu, Darren Bent, qatt ma rnexxielu jerġa' jikseb dawn ir- riżultati mal-Villa, u fi tmiem l-istaġun 2014/15, ħalla lill-istess klabb biex ingħaqad mat-tim inferjuri ta' Derby County. Wayne Rooney jiċċelebra wara li rnexxielu jsib ix-xibka propju kontra l-ex club tiegħu, Everton James Milner qabel logħba par- tikolari ma' Manchester City, ma' liema club rebaħ żewġ Kampjonati Barclays Premier -Ingilterra Adam Lallana jifraħ wara li tefa' lil-Liverpool l-vantaġġ bl-iscore ta' 1-0 l-konfront kontra Crystal Palace matul l-istaġun li għadda David Beckham jifraħ wara goal ta' Real Madrid ma' sieħbu u 'galactico' ieħor, Luis Figo Darren Bent l-ġurnata li ha ġie ppreżentat bħala player ġdid ta' As- ton Villa wara li ngħaqad magħhom mingħand Sunderland

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016