Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Sports 32 Tletin pajjiż se jiġu rrappreżentati f 'Malta fil-kampjonati mondjali tal-Kata fil-Judo MADWAR 300 delegat minn 30 pajjiż mill-ħames kontinenti, se jkunu qed jipparteċipaw fil- Kampjonati Mondjali tal- Kata fl-1 u t-2 ta' Ottubru li ġej fil-Padiljun Sportiv tal- Università. Din l-edizzjoni se tkun it-8 edizzjoni, u t-tieni waħda li ser tkun ospitata f 'Malta. Fl-2009, il-Federazzjoni Maltija tal-Judo organizzat l-ewwel Kampjonati tad-Dinja tal- Kata, fejn 25 pajjiż kienu ġew rappreżentati. Il-Kampjonati tal-Kata jikkonsistu f 'ħames Kata: In-Nage no Kata u Katame no Kata jintroduċu serje ta' tekniki tal-Judo tal- Kodokan f 'Tachi Waza (teknika ta' bilwieqfa) u Katame Waza (teknika ta' mal-art) rispettivament. Dawn jikkonsistu t-tagħlim kollu tal-Prof Jigoro Kano, il-fundatur tal-Judo. Joseph Muscat u Joseph Bonello ser jirrappreżentaw lil Malta fil-Katame no Kata. Il Ju no Kata (forom ta' ġentilezza) hija maħsuba biex tgħallem il-prinċipji fundamentali tal- Judo, speċjalment il-prinċipju ta' Ju (li ċċedi jew ġentilezza). Il-koppja li jirrappreżentaw Malta f 'din il-Kata se jkunu Ivan Esposito u Tiziana Apap. Dawn il-Kata se jibdew fid-9am is-Sibt, l-1 ta' Ottubru, waqt li l-finali se jibdew fit-3pm. Iż-żewġ Kata l-oħra juru l-Judo fi stil ta' Awto-Difiża. Wara li Prof Kano kien ħoloq il-Judo u neħħa t-tekniċi li setgħu jagħmlu ħsara lill- avversarju, huwa ddeċieda li jdaħħal fil-programm tiegħu serje ta' teknika ta' Jujutsu biex ifakkar l-oriġini tad-dixxiplina tiegħu. Il-Kim no Kata tirrappreżenta l-arti ta' kif tattakka, u tirbaħ lill- avversarju, anke jekk ikun armat b'sikkina jew xabla. Wara ħafna snin, minħabba l-bidliet soċjali, sistema ġdida li tirrifletti l-ħtiġijiet moderni kienet meħtieġa, u l-Kodokan Goshin Jutsu inħolqot. Din il-kata hija kata dinamika ħafna meta mqabbla mal-Kime no Kata. Il Kodokan Goshin Jutsu turi l-użu tal-Judo meta applikati bħala difiża. Dawn il-Kata ser jibew fid-9.30am il- Ħadd 2 ta' Ottubru, waqt li l-finali se jibdew fis-2pm. Kull Kata hija evalwata minn ħames referis, taħt is-superviżjoni tal- Kummissjoni tal-Kata tal- Federazzjoni Internazzjonali tal-Judo. Kull referee jgħati l-punti għal kull teknika, u l-koppja li ġġib l-aktar punt tirbaħ. Hemm 4 kategoriji ta' żbalji li permezz tagħhom il- koppji jistgħu jitilfu l-punti: teknika minsija; żball kbir, żball medju; u żball żgħir. Il-polza se ssir nhar il- Ġimgħa li ġej fis-7pm, fejn jiġu stabbiliti l-gruppi u l-ordni li fiha l-koppji se juru l-Kata tagħhom. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ser ssir l-għada s-Sibt fis-2.30pm, fejn koppja ta' Judoka żgħażagħ Maltin se jwettqu l-Kata. Żeffiena ta' Paul Curmi se jiżfnu għall-mużika Maltija, u l-kantanta Amber se tkanta l-Innu Nazzjonali biex tiftaħ uffiċjalment il-Kampjonati. Grazzi speċjali tmur għall-isponsors ewlenin tal- Kampjonati: H20, VisitMalta u Sportmalta, u l-voluntiera li qed jaħdmu biex dan l-avveniment iseħħ. Iktar informazzjoni tista' tinstab fuq il-paġna uffiċjali tal- facebook tal-Federazzjoni: https://www.facebook.com/ MaltaJudo/ l-Grupp ta' Judoka Maltin li se jieħu sehem fil-Kampjonati Mondjali tal-Kata fil-Judo 'Kulħadd għandu jingħaqad bħala tim wieħed wara l-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport' - Chris Agius "KULĦADD għandu jingħaqad bħala tim wieħed wara l-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport." Dan kien il-messaġġ ewlieni tas- Segretarju Parlamentari għall-isport, l-Onorevoli Chris Agius u l-Onorevoli David Agius il-kelliem ewlieni għall-idport min- naħa tal-Oppożizzjoni, waqt il-preżentazzjoni taċ-ċertifikati lill-uffiċjali u marshals li temmew il- kors b'suċċess organizzat mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport (MMF) bis-sapport tal-FIA, Sport Malta u b'kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni Ingliża, MSA UK, u l-Federazzjoni Taljana, ACI Sport u Island Car Club ta' Malta. Is-Segretarju Parlamentari għall-isport, l-Onorevoli Chris Agius, qal li flimkien mal-Oppożizzjoni, qegħdin iwasslu l-messaġġ lid-dilettanti tal-awtomobiliżmu, li fil-ġranet li ġejjin se jitħabbar is-sit fejn tista' ssir it-trakka li tant ilha mistennija mid-dilettanti ta' dan l-isport. Huwa qal li ż-żmien li ġej huwa wieħed intensiv u mhux faċli imma saħaq li ħadd m'għandu jdawwar dan il-proċess f 'ballun politiku u jara kif ifixkel dan il-pass għax l-isport tal-awtomobiliżmu għandu jkollu s-sapport u l-post li tant ilu jistenna. L-Onorevoli David Agius, saħaq fuq dak li tenna Chris Agius, u żied li ried iwassal messaġġ lid- dilettanti ta' dan l-isport li kiber ħafna, li hemm bżonn li l-għaqdiet jifhmu li l-entużjażmu tagħhom irid jasal aktar viċin in- nies, għax iridu li n-nies jifhmu l-pass importanti li jmiss, huwa bżonjuż. Iż-żewġ kelliema tennew li: "Kulħadd iħobb l-ambjent, imma rridu nġiegħlu lin-nies jifhmu li hemm bżonn japprezzaw iktar dan l-isport ħalli jifhmu l-bżonn li x-xufiera għandhom bżonn fejn jipprattikaw b'mod sigur u professjonali." Tonio Cini, il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, qal li l-iżvilupp ta' ċirkwit f 'Malta kien dejjem l-ogħla prijorità fuq l-aġenda tal-Federazzjoni, għax dan jgħin fit-tkabbir u s-sostenibbiltà tal-isport, biex b'hekk jitnaqqsu diversi spejjeż u problemi li d-dilettanti tal-motorsport f 'pajjiżna jsibu biex jipprattikaw l-isport tagħhom. Cini kompla jgħid li l-federazzjoni ilha mill-2014 taħdem bi programm intensiv biex l-għaqdiet fi ħdanha jkomplu jissaħħu u jipperfezzjonaw il-mod kif jorganizzaw it-tlielaq tagħhom, u għalhekk sar dan it-taħriġ, biex inkomplu nkunu iktar professjonali, għalkemm kulħadd huwa volontarju. Willliam England, it- teżorier tal-Federazzjoni, spjega fid-dettall li t-taħriġ intensiv sar bis-saħħa tal-fondi mill-FIA u SportMalta, b'kollaborazzjoni ma' MSA UK, u ACI Sport tal-Italja. Dan l-aħħar ġie Malta s-Sur Gianluca Marotta mill-ACI Sport li spezzjona l-postijiet kollha fejn isiru it-tlielaq, biex b'hekk sar Safety Plan għal kull post skont standards internazzjonali tal-FIA. Apparti dan, tim ta' uffiċjali Maltin marru jassist u fil-Hill Climb ta' Erice, fi Sqallija biex komplew it- taħriġ b'mod prattiku. Waqt il-konferenza tqassmu 22 ċertifikat lill- uffiċjali li temmew il-kors tal-Federazzjoni li beda fi Frar li għadda, u 25 ċertifikat lill-marshalls li attendew il-kors organizzat mill-Island Car Club. Il-Federazzjoni ppreżentat ukoll tifkira lis-sewwieq Duncan Micallef li dan l-aħħar ħa sehem fit-tlielaq tal-kwart ta' mil ġewwa l-Ingilterra u rreġistra għal darbtejn it-tieni l-iktar ħin veloċi tal-Ewropa f 'din id-dixxiplina sportiva ta' 3.89 sekonda u kiser ir-rekord tal-iktar xufier veloċi li qatt saq f 'Santa Pod fl-Ingilterra. Micallef irringrazzja lil dawk kollha li ssapportjawh biex wasal s'hawn, u tenna li jitlob lil kulħadd jifhem l-importanza li ningħaqdu mal-federazzjoni ħalli jiġi ssapportjat ix-xogħol li jkun qiegħed isir. L-Onorevoli Chris Agius jippreżenta tifkira lis-sewwieq Duncan Micallef

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016