Illum previous editions

ILLUM 25 September 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

Min hi Alessia Cristina? Jiena tfajla ta' 13-il sena, mill-Ħamrun, partitarja akkanita tal-Valletta Football Club u nipprattika l-atletika. Inqis ruħi bħala sprinter tal-100 metru, 60 metru, 300 metru u long jumper ukoll. Bdejt fl-isports bħala ġinnasta fejn ilħaqt kull livel li stajt nilħaq u kont imġiegħla nibdel l-iskola biex navvanza aktar. Ovvjament, jien rajt li kelli potenzjal qawwi fl-atletika, liema dixxiplina sportiva hija ferm aktar lonġenja minn dik tal-ġinnastika. Iddeskrivilna t-tfulija tiegħek u kif bdiet u kompliet tevolvi l-imħabba tiegħek lejn l-atletika. Attendejt il-Primarja kollha ġewwa l-iskola Santa Monica, il-Gżira fejn kont tifla vivaċi, ubbidjenti u sportiva għall-aħħar. Lil ommi Sharon, urejtha ix-xewqa li nippersisti fl-atletika u mill-ewwel avviċinat lil Pembroke Athleta fejn jien ġejt imħarrga minn dik il-ġurnata sal-lum mill-kowċ, Angie Mangion. Mill-ewwel passi, Angie Mangion u dawk kollha li jifhmu fl-atletika ndunaw li jien kont 'gifted' mit- twelid u għalhekk kien ferm eħfef kemm għall-kowċ kif ukoll għalija biex nittrasforma t-teknika, il- potenza u t-taħriġ mgħallma fil-prattika. Tant sirt inħobb l-atletika li tħajjart napplika għall-iSkola Nazzjonali tal-Isport fejn kulħadd jaf li n-numru ta' studenti li jidħlu fl-iskola kull sena huwa wieħed limitat u jsir taħt skrutinju sħiħ. Infatti, apparti l-benchmarks akkademiċi li jridu jkunu ta' livell tajjeb, iridu jintlaħqu ċerti ħinijiet u distanzi fi tlieta minn erba' dixxiplini fosthom il-100 metru, 300 metru, il-long jump u l-ball throw. Wara dan kollu jkun hemm anke intervista mal-bord tal-għażla tal-istess skola. Infatti, fl-istaġun 2014 meta kelli biss 11-il sena mhux biss ilħaqt il- ħinijiet u d-distanzi meħtieġa biex niġi kkunsidrata u ammessa fl-iskola Nazzjonali tal-isport imma spiċċajt irbaħt it-tliet dixxiplini tal-100 metru, 300 metru u l-long jump u b'hekk kont l-aqwa atleta lokali femminili tal-età tiegħi fit-tliet dixxiplini. Fl-2014 dħalt l-iSkola Nazzjonali tal-iSport fejn ovvjament komplejt bl-ambizzjoni tiegħi sabiex nagħmel ħinijiet meqjusin bħala Personal Bests godda. Mhux talli rnexxieli nagħmel hekk imma talli ksirt rekord nazzjonali fis-70m hurdles kategorija cadet b'ħin ta' 11.45 sekondi, fejn qabel kien ta' Tamara Vella bi 11.50 sekondi. Is-sena 2015 kienet sena importanti ħafna għalija, fejn irbaħt it- tlielaq kollha. X'sagrifiċċji u commitments partikolari jinvolvi l-isport li int tipprattika? L-atletika bħal kull sport ieħor hija dixxiplina sportiva li tinvolvi ħafna programmar minn qabel u għalhekk jien għandi diversi appuntamenti fissi f 'dan ir rigward. Infatti, nattendi tliet sessjonijiet ta' taħriġ intensiv ġewwa l-Marsa nhar ta' Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa. Apparti minn hekk, l-isport iġib miegħu spejjeż addizzjonali fuq il-familja bħalma huma memberhsips tal-klabb, żraben apposta għat-trakka, ħwejjeġ tekniċi, fiżjoterapisti, tobba tal- isport u masseur, kif ukoll ikel speċifiku fid-dieta tiegħi li jrid ikun bilanċjat. Liema kienu l-aħjar ħinijiet tiegħek fis-sena 2014? L-aqwa ħinijiet għas-sena 2014 li fihom ħadu sehem bniet ta' bejn it-12 u t-13-il sena kienu s-segwenti: 60m: 9.35 sekondi, 300m: 48.62 sekondi, long jump: 3.83 metru. U fil-2015? Fil-Kampjonati tal-Atletika tal-2015, irnexxieli nikseb dawn ir-riżultati eklatanti: L-ewwel post fil-100 metru b'ħin ta' 13.21 sekondi, l-ewwel fil-long jump b'distanza ta' 4.79 metri, fix-shot put ksibt it-tielet l-aħjar distanza li kienet dik ta' 7.84 metru, l-ewwel post fit-300 metru b'ħin ta' 42.98 sekondi, l-ewwel post u rekord nazzjonali fis- 70m hurdles b'ħin ta' 11.37 sekondi u l-ewwel post fir-relay tal-4 x 100m b'ħin ta' 56.09 sekondi. Fis-6 sfidi tal-2015, ksibt dawn ir- riżultati: 1: L-ewwel post fil-100 metru b'ħin ta' 13.28 sekondi, l-ewwel post fil- long jump b'distanza ta' 4.22 metri; 2: L-ewwel post fis-70m hurdles b'ħin ta' 11.86 sekondi u r-raba' post fil-High Jump b'għoli ta' 1.20m; 3: l-ewwel post fil-100 metru b'ħin ta' 13.47s, fis-600m b' ħin ta' 1:50.73m, u fil-long jump b'distanza ta' 4.04m; 4: l-ewwel post fit-300m b'ħin ta' 43.44s u fis-70m hurdles b'ħin ta 11.45; It-tieni post fil- illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Cristian Antony Muscat Alessia Cristina - tfajla li minkejja li għad għandha l-età tenera ta' 13-il sena, diġà waqqfet diversi rekords nazzjonali fl-atletika fil-kategorija tal-cadets, kollox qed jindika li hija se tkun l-istilla tal-futur f'dan l-isport li tipprattika u tant tħobb. Hija tittrenja ma' Pembroke Athleta, u tattendi l-iskola Nazzjonali tal-isport. Sports 34 L-istilla tal-preżent u "Il-ħolma tiegħi hija dik li nagħmel isem u ġieħ lil pajjiżna fl-atletika kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Għandi ħolma oħra wkoll li hija dik li nifforma parti mill- atleti Maltin li jieħdu sehem fl-Olimpjadi u nikseb suċċess fl- istess logħbiet"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 September 2016