Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Sports 35 u tal-futur fl-atletika high jump b'qabża ta' 1.30m, 5: L-ewwel fil-100 metru b'ħin ta' 13.24s, fis- 600m b'ħin ta' 1:52.38mu fil-long jump b'qabża ta' 4 metri u 79cm; 6: L-ewwel post fit-300 metru b'ħin ta' 42.98s u fis- 70m hurdles b'ħin ta' 11.37s, u t-tieni post fil-high jump b'qabża ta' 1.28m. Fl-2015 irbaħt ukoll it-titlu personali tal-Atleta tas-Sena fis-sessjoni cadet. Fl-'Endurance League 2014/2015', ġejt fit-tieni post f 'dik li hija 'cross country' mifruxa fuq ħames avvenimenti u b'distanza ta' 2.2km. Iżda żgur li din is-sena li qegħdin fiha kienet dik is-sena li tatek żvolta u li fiha għamilt passi ta' ġgant 'il quddiem. Taqbel miegħi? Hekk hu. Ħa nibda bir-riżultati li ksibt fl-isfidi: 1: L-ewwel post fil- 100 metru b' ħin ta' 12.81s li huwa Rekord Nazzjonali u 'Seasonal Best'; 2: L-ewwel post fit-300 metru b' ħin ta' 41.92s li huwa wkoll Rekord Nazzjonali u Seasonal Best; 3: L-ewwel post fil-100 metru b'ħin ta' 13.04s li kien it-tieni l-aħjar ħin nazzjonali second li kien ukoll it-tieni -aħjar ħin bħala Seasonal Best; 4: L-ewwel post fit-300metru b' ħin ta' 41.51s li kien avvanz fuq ir- Rekord Nazzjonali kif ukoll Seasonal Best; 5: L-ewwel post fil-100 metru b'ħin ta' 12.79s li kien avvanz fuq ir-Rekord Nazzjonali u Seasonal Best; 6: L-ewwel post fit-300m b' ħin ta' 42.06s u t-tielet l-aħjar ħin nazzjonali u Seasonal Best Nhar is-Sibt 16 ta' April, ġot-trakka tal-Marsa, l-atleta żagħżugħa, Alessia Cristina, kisbet ħin ta' 13.04 sekondi fit-tellieqa tal-100 metru, li huwa t-tieni l-aqwa ħin kemm nazzjonali kif ukoll dak tal-istagun tal- kategorija cadet femminili wara rekord ta' 12.81 sekondi li ġie stabbilit mill-istess Alessia. Ir-rekord preċedenti kien dak ta' 13.14 sekondi ta' Martina Xuereb li nkiser wara 12-il sena mill- istess Cristina. Intant, għalija, żgur li d-data tal- 21 t'April ta' din is-sena, hija data memorabbli fejn il-ħiliet u l-isforzi tiegħi ġew rikonoxxuti mill-Kumitat Olimpiku Malti fejn dħalt fl-Iskema Youth Elite Athlete. Din hija skema li tgħin finanzjarjament f 'taħriġ u avvenimenti barra l-pajjiż. Barra minn hekk, nhar il-Ħadd l-1 ta' Mejju li għadda, ġewwa t-trakka tal-Marsa, fit-tellieqa tat-300m, tejjibt ir-rekord nazzjonali li kien tiegħi stess b' ħin ta' 41.51 sekondi. B'hekk dan kien ħin aħjar mir-rekord preċedenti tiegħi li kien ta' 41.92 sekondi, li jfisser titjib ta' kważi nofs sekonda. F'dan l-istaġun, ksibt tliet rekords nazzjonali u t-tieni l-aħjar ħin nazzjonali, li jfisser 'en plein' wara kull ħarġa matul dan l-istaġun fid-distanzi tal-100 u 300 metru rispettivament. Bejn il-5 u s-7 ta' Settembru li għadda, saret il-11-il edizzjoni tal-'European Kids Athletics Games' f 'Brno fir- Repubblika Ċeka, fejn int kont parti essenzjali mill-kontinġent Malti li kien kompost minn 14-il atleta żagħżugħ/a ta' bejn it-12 u l-15-il sena. Tina iktar dettalji rigward dawn il-logħbiet u s-suċċess li rnexxielek tikseb fl-istess logħob. Hekk hu. Fil-fatt, f 'dawn il-logħob irnexxieli nikseb id-deheb fis-60m b'ħin tal-finali ta' 8.03 sekondi fejn ta' min jgħid li fil-heats għamilt ħin ta' 7.87 sekondi. Ksibt ukoll id-deheb fil-150m b'ħin ta' 19.18 sekondi. Hawnhekk ukoll, fil-heats għamilt ħin aħjar li kien dak ta' 19.03 sekondi. Iż-żewġ prestazzjonijiet kienu rekord personali u nazzjonali wara li jiġu ratifikati. Għandek xi ħolma partikolari li tixtieqha ssir realtà fil-karriera tiegħek fl-atletika? Il-ħolma tiegħi hija dik li nagħmel isem u ġieh lil pajjiżna fl-atletika kemm f 'Malta kif ukoll barra minn xtutna. Għandi ħolma oħra wkoll li hija dik li nifforma parti mill-atleti Maltin li jieħdu sejem fl-Olimpjadi u nikseb suċċess fl-istess logħbiet. Barra minn hekk nixtieq inkompli nieħu sehem anke f 'tournaments internazzjonali bħalma għadni kemm ħadt sehem f 'Brno fir-Repubblika Ċeka waqt li nikkwalifika wkoll għal-Logħob tal- FISEC u l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. M'għandix dubju li wara dawn is-suċċessi li diġà rnexxielek tikseb fl-atletika għalkemm għadek ta' età żgħira, tixtieq tgħaddi xi ringrazzjamenti partikolari... Qabel xejn nixtieq nirringrazzja lill-Ħallieq tat-talent u s-saħħa kemm fizika kif ukoll mentali li jtini ta' kuljum, lill-għażiża ommi Sharon tal-paċenzja u ta' dak kollu li tagħmel miegħi ta' kuljum minn sbieħ il-jum sa qabel norqod, u lil missieri, Oliver, tas- sapport kontinwu tiegħu. Nirringrazzja wkoll lill-kowċ tiegħi Angie Mangion tad-direzzjoni u l-pariri tekniċi, lil Adele Muscat bħala 'Sports Psychologist', lil Dr Kirill Stafrace tal- assistenza medika, lill-iskola Nazzjonali tal-isport b'mod partikolari lis-Surmast George Micallef tad-dixxiplina u tad- dedikazzjoni lejna l-atleti kollha. Radd ta' ħajr imur ukoll lill-klabb tiegħi ta' Pembroke Athleta, u lid-Diretturi kollha tal-Kumitat Olimpiku Malti u lill-ħbieb kollha tiegħi speċjalment lill-fotografu Wally Galea li jirnexxielu jiġbed il-mument opportun li jien tant ngħożż. Hija tfajla ta' 13-il sena, mill-Ħamrun, partitarja akkanita tal-Valletta Football Club u tipprattika b'suċċess l-atletika Tqis ruħha bħala sprinter tal-100 metru, 60 metru, 300 metru u long jumper ukoll Bdiet fl-isports bħala ġinnasta fejn laħqet kull livel li setgħet tilħaq u kienet imġiegħla tibdel l-iskola biex tavvanza aktar Tittrenja ma' Pembroke Athleta, u tattendi l-iskola Nazzjonali tal-isport Minkejja li għadha żgħira, diġà waqqfet diversi rekords nazzjonali fl-atletika fil-kategorija tal- cadets, waqt li kollox qed jindika li hija se tkun l-istilla tal-futur f 'dan l-isport li tipprattika u tant tħobb ALESSIA CRISTINA "L-atletika bħal kull sport ieħor hija dixxiplina sportiva li tinvolvi ħafna programmar minn qabel" Ritratt: Wally Galea