Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Nieħdu ħsieb l-aktar riżorsa prezzjuża ta' pajjiżna…it-tfal Minn abbuż tal-alkoħol, għall-bullying u l-obeżità...titnieda Politika Nazzjonali dwar it-tfal minn Ruben Anthony Xuereb ITTFAL tal-lum huma l-adulti ta' għada, u d-diffikultajiet u l-esperjenzi li jiffaċjaw fi tfulithom, se jkunu riflessi iktar 'il quddiem fil-ħajja adulta tagħhom. Għaldaqstant, ir-realtajiet tat-tfal u żgħażagħ iridu jiġu indirizzati. Realtajiet bħas- sitwazzjoni tal-media soċjali, l-abbuż tal-alkoħol u sustanzi oħra minn tfal u żgħażagħ, sa anke d-diffikultajiet ta' familji mingħajr saqaf fuq rashom. Għalhekk, ġiet imnedija Politika Nazzjonali dwar it-tfal, biex tagħti stil ta' ħajja aħjar lit-tfal tal-lum, sabiex ikollna ġenerazzjoni futura aħjar. Il-Politika Nazzjonali, li tinsab fi stadju ta' konsultazzjoni pubblika għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tat- tfal waqt li tiżgura li l-ambjent familjari u dak soċjali jkun wieħed stabbli u sigur. Il-politika se tkun imfassla f 'erba' taqsimiet, fejn l-ewwel waħda se tkun marbuta mas-saħħa u l-istil tal- għajxien tat-tfal, b'importanza mogħtija lil dieta sana u eżerċizzju. It-tieni sezzjoni titratta aktar dwar l-ambjent u l-istruttura familjari u dawk ir-relazzjonijiet kollha li t-tfal jiltaqgħu magħhom huma u jikbru. It-tielet sessjoni tiffoka fuq l-edukazzjoni, li għandha tkun kemm informattiva, kif ukoll pjaċevoli sabiex it-tfal jieħdu l-massimu minnha. L-aħħar sezzjoni tiffoka aktar fuq ir-rwol tat-tfal fis-soċjetà u l-parteċipazzjoni tagħhom f 'ħidmiet soċjali u politiċi tal-pajjiż, biex iwassal għal ġenerazzjonijiet aktar attivi u parteċipi fis-soċjetà. Fost l-aktar proposti konkreti u qawwija, wieħed isib dawk relatati mad-dritt tal-vot. Din il-politika qed tipproponi li dawk iż- żgħażagħ li jkunu għalqu s-16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw f 'elezzjonijiet ġenerali u referenda, wara li dawn kienu bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li għaddew. Din il-politika tindirizza wkoll problemi u dilemmi li l-edukaturi kellhom għal dawn l-aħħar snin, fosthom dawk dwar l-edukazzjoni sesswali, is-saħħa mentali u l-identità sesswali. Saħħa u Ambjent Edukazzjoni u żvilupp Familja u Relazzjonijiet Il-Komunità u l-Istat • Ċentri ta' appoġġ dwar saħħa u nutrizzjoni sa mit-tqala tal-omm • Kampanji dwar dieta sana u eżerċizzju kemm fil-familja u fl-iskejjel, biex tiġi miġġielda l-obeżità • Appoġġ għall-adolexxenti fl- edukazzjoni dwar is-saħħa sesswali tagħhom, inkluż l-identitajiet sesswali differenti • Aċċess aħjar għas-servizzi tas-saħħa mentali, b'mod partikolari tal- adolexxenti • Indirizzati problemi ta' konsum ta' alkohol, tipjip u l-użu ta' drogi minn tfal ta' età żgħira, u jitjieb is-sapport biex dawn il-vizzji ma jibdewx jew jitwaqqfu fi stadju bikri • Tagħlim ta' użu xieraq tal-media soċjali lit-tfal, ġenituri u l-edukaturi • Jiżdiedu l-opportunitajiet ta' apprentistat u job-placements waqt li jiżdied it-taħriġ vokazzjonali • Iktar opportunitajiet liż-żgħażagħ interessati f 'karriera fil-biedja, sajd u l-ospitalità • Tiżdied l-edukazzjoni dwar is-sigurtà u l-prevenzjoni ta' aċċidenti fuq il- postijiet tax-xogħol • Tnaqqis tal-isterjotipar tal-ġeneru fl-għażla tas-suġġetti fl-iskejjel • Impenn ikbar kontra l-bullying fl- iskejjel • Taħriġ lill-edukaturi dwar edukazzjoni emottiva u ta' saħħa mentali, sabiex jagħtu l-ewwel appoġġ bażiku lill- istudenti • Indirizzati r-realtajiet ta' familji homeless b'opportunitajiet għall- impjieg u għajxien indipendenti • Iktar taħriġ u infurzar fuq il-ħarsien tat-tfal biex jinqata' kull abbuż • Jiħraxu l-liġijiet kontra l-abbużi fuq il-minuri • Iktar appoġġ lill-familji bi tfal b'kundizzjonijiet ta' saħħa mentali, diżabbiltà • Iktar edukazzjoni dwar il-kontrolli tal-privatezza online biex jitrażżnu l-abbużi online, u l-bullying online jiġi rrappurtat • Jitfassal programm ta' rijabilitazzjoni għal żgħażagħ delinkwenti • Dritt tal-vot f 'elezzjonijiet u referenda għal dawn li jkunu għalqu 16-il sena • Miġġielda kull forma ta' diskriminazzjoni fuq diżabbiltà, sesswalità, nazzjonalità u kultura. • Appoġġ u terapija riformattiva għal min ikun wettaq xi reat • Sistema ġudizzjarja aktar sensittiva fil-mod ta' kif tinkiseb l-informazzjoni mit-tfal mingħajr riskju ta' impatt emottiv u psikoloġiku • Appoġġati inizjattivi biex it-tfal ma jkunux esposti għal materjal online mhux xieraq għalihom, bħal kontenut sesswali jew vjolenti • Jitkattru valuri tar-rispett u espressjoni personali tas-sesswalità tal-individwu