Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
minn Ruben Anthony Xuereb L-AKTAR raġuni komuni li jagħtu ħafna ġenituri dwar l-għaliex jagħżlu li jwasslu t-tfal l-iskola bil-karozza privata tagħhom, hija li t-trasport huwa għoli ħafna, u li jogħla ma' kull sena li tgħaddi. Infatti din il-gazzetta tkixxfet dwar il-prezzijiet għat-trasport ta' xi skejjel privati offruti minn koperattiva għat-trasport tal-iskejjel u rriżulta li din is-sena il-prezzijiet se jkunu ta' bejn €498 u €582 fis- sena, bid-differenza tkun skont id-distanza bejn id- dar tal-istudenti u l-iskola. Ikkumparat mas-snin ta' qabel, il-prezz tat-trasport kellu żieda ta' bejn 4% u 11%. Ħafna ġenituri infatti, ilmentaw li ż-żieda fil- prezzijiet tikkanċella l-benefiċċju ta' €150 tnaqqis fis-sena mit-taxxa li ngħatat lilhom bħala inċentiv biex jużaw is-servizz tal-vannijiet flok iwasslu t-tfal bil-karozzi tagħhom. Il-ġenituri ħassew li ż-żidiet fil-prezzijiet ma kinux iġġustifikati u għaldaqstant ħassew li jaqblilhom jużaw il-karozza tagħhom, jaħlu l-petrol tagħhom u jeħlu fi traffiku ġġenerat minnhom stess minflok jibagħtu t-tfal l-iskola bil-vannijiet. L-ILLUM tkellmet ma' xi sidien ta' vannjiet li jwasslu t-tfal f 'numru ta' skejjel privati u staqsiethom dwar il- fatturi li setgħu affettwaw iż- żieda fil-prezzijiet mitlubin lill-ġenituri. Bl-obligu li l-vannijiet ikunu kollha mgħammra b'magni mhux inqas minn Euro4, is-sidien tal-vannijiet ikollhom jixtru vannijiet moderni li jiswew bejn €30,000 u €50,000. Minbarra l-ispiża inizjali biex jinxtara l-vann, l-ispejjeż tal- manutenzjoni fuq dawn il- vetturi moderni huma ħafna ikbar minn ta' dawk antiki. In-nefqa għall-manutenzjoni u ħsarat żdiedet b'medja ta' 300% u 500% kkomparati ma' vetturi eqdem. Meta vettura moderna tieqaf minħabba ħsarat ħafna drabi jkun ifisser li s-sid jagħmel diversi ġranet u anke ġimgħat mingħajr il- vettura sakemm din tissewwa għand l-aġent u jiġu ordnati l-'parts' filwaqt li minħabba s-sempliċità ta' vetturi eqdem, ċerti ħsarat kienu jissewwew f 'ħin qasir u b'nefqa ħafna inqas. Apparti hekk, il-konsum tad-disil ta' vetturi iktar moderni huwa ferm iktar milli kien fuq vetturi eqdem. Dawk is-sidien li biddlu l-vetturi tagħhom f 'dawn l-aħħar snin ħassew qabża fin-nefqa tad-diesel ta' għexiren ta' ewro fil-ġimgħa. Dawn iż-żidiet kollha, bilfors ikollhom jirriflettu fil- prezz li jintalab għas-servizz. Id-distanza u l-ħin li jieħu l-vjaġġ jaffetwaw il-prezzijiet illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 6 Vann modern u lussuż li jiswa €50,000 Is-sidien tal-vannijiet tal-iskejjel obbligati jkollhom vetturi b'magni moderni, ċintorini u arja kundizzjonata, iżda meta jgħollu t-tariffi biex jifdu l-ispejjeż, il-ġenituri jilmentaw 'Tużawx minn Veronica Lynn Mizzi HEKK kif din il-ġimgħa ġiet ippubblikata statistika mill-NSO dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal- għajxien tal-Maltin, ġie nnutat tnaqqis ta' 5,000 persuna li kienu fir-riskju tal-faqar jew esklużjoni soċjali, li jammonta għal ċaqliq ta' madwar 1.5%. Deher ukoll kif tnaqqsu b'8,516 il-persuni li kienu jinsabu f 'sitwazzjoni ta' deprivazzjoni materjali severa u b' 20,000 dawk li kienu f 'sitwazzjoni ta' deprivazzjoni materjali. L-istess statisika tinnota wkoll li minkejja dan it-titjib, kien għad hemm 8.1% tal-persuni, jgħixu fi stat ta' deprivazzjoni severa. Din id-deprivazzjoni tiġi mkejla billi jitqiesu disa' punti, li jekk il-familja ma tistax tagħmel tlieta minnhom, tiġi kkunsidrata li għandha deprivazzjoni materjali, waqt li jekk ma tkunx tista' tagħmel erbgħa minnhom,