Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum €50,000 jrid jitħallas b'xi mod… Il-bażi tal-prezz, tiġi kkalkulata fuq vjaġġ lejn l-iskola u lura u jiddependi mid-distanza bejn il-post minn fejn jitrikkbu t-tfal u l-iskola u l-ħin li jieħu l-vjaġġ. Hawnhekk diġà tidħol l-ewwel problema affetwata mit-traffiku stess. Peress li parti kbira tal-vjaġġ ikun imwaħħal fi-traffiku, il-ħin biex jitwasslu t-tfal l-iskola jitwal, għaldaqstant is-sidien tal-vannijiet kellhom inaqqsu l-ammont ta' vjaġġi li jistgħu jagħmlu f 'għodwa waħda. Dan jaffetwa l-prezz li jrid ikopri l-ispejjeż u l-paga tax- xufier. Infatti, koperativa għat- trasport partikolari, spejgat kif 10% taż-żieda fil-prezzijiet kellha ssir biex tkopri parti mill-ispejjeż għall-operat. Klawsoli dwar il- kundizzjoni tal-vannijiet ipoġġu piż kbir fuq is- sidien tal-vannijiet Minħabba tibdil kontinwu dwar l-istandards tal-vetturi mill-awtoritajiet u anke mill- iskejjel stess, is-sidien tal- minibuses dejjem iridu jkunu preparati għal spejjeż ġodda. Filwaqt li fil-passat dawn is-sidien kellhom rashom mistrieħa li jekk il-vettura tgħaddi mill-VRT din tista' tintuża għax-xogħol, f 'dawn l-aħħar 8 snin, kull sena, il-ministeri tat-trasport u tal-edukazzjoni ħarġu bi klawsoli ġodda dwar il- kundizzjoni tal-vetturi, li biex jintlaħqu, ħafna sidien tal-vannijiet kellhom jonfqu somom kbar f 'modifiki, jew f 'xiri ta' vetturi ġodda. Il-prezzijiet u ż-żidied huma ġustifikati… Is-sitwazzjoni kif inhi, saħansitra ġiet studjata mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal- Konsumatur (MCCAA) fejn ġie uffiċjalment iddikjarat li l-prezzijiet mitlubin mis-sidien tal-vannijiet u l-persentaġġ taż-żidied annwali huma ġusti u jirriflettu l-ispejjeż tas-sidien tal-vannijiet. Madankollu tibqa' l-problema li ħafna ġenituri jibqgħu jippreferu jwasslu t-tfal l-iskola huma stess, għad-detriment tas-sistema tat-traffiku tal-pajjiż kollu, li minnha jbatu huma stess u li minħabba f 'hekk jikkontribwixxu wkoll għall- istess żieda fil-prezzijiet li huma stess qed jopponu… Vannijiet qodma m'għadhomx tajbin biex iwasslu t-tfal l-iskola Vann ma jistax iwassal tfal l-iskola jekk ma jkollux arja kundizzjonata L-età massima ta' vettura tat-trasport tvarja kontinwament u dan ifisser li ħafna sidien ma jkunux jafu jekk minn xi ħin għall-ieħor il-vettura tagħhom tiġi kklassifikata qadima wisq għax-xogħol u jkollhom jidħlu fi spejjeż ta' għexieren ta' eluf biex jibdlu l-vettura sabiex ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu. Obbligu ieħor introdott ftit tas-snin ilu kien li l-vetturi li jwasslu t-tfal l-iskola jrid ikollhom bilfors l-arja kundizzjonata. Għal ħafna vetturi li ma ħarġux mill-fabrika bl-arja kundizzjonata, dan kien ifisser li s-sidien kellhom jidħlu fi spiża oħra li taqbeż l-€2500. Għal dawk li kellhom jixtru vann ġdid mgħammar bl-arja kundizzjonata u magna Euro6 b'saħħitha biżżejjed biex topera s-sistema, żdidilhom ukoll il-prezz tad-disil, peress li dawn il-vannijiet il-ġodda ma jinfetħulhomx it-twieqi u għaldaqstant ikollhom jinżammu bl-arja kundizzjonata mixgħula l-ħin kollu. Is-sigurtà l-ewwel u qabel kollox… Ftit tas-snin ilu ġiet introdotta klawżola li l-vannijiet li jwasslu lit-tfal l-iskola, kollha ried ikollhom ċinturini tas-sigurtà fuq kull siġġu. Filwaqt li dan kien pass pożittiv fejn tidħol is-sikurtà tat-tfal, tajjeb li jiġi kkunsidrat li biex iċ-ċintortini jiġu installati u ċċertifikati minn inġinier, is-sidien daħlu fi spiża li toqrob l-elf ewro. F'każ ta' vannijiet ta' ċertu età, dan kien l-ewwel pass lejn il-bżonn ta' xirja ta' vann ġdid. Bidla oħra li seħħet xi snin ilu u li effetwat l-ispejjeż tas-sidien kienet li filwaqt li fil-passat vann seta jġorr massimu ta' 14-il adult iżda 18-il- tifel, illum is-sid huwa limitat li ma jgħabbix iktar minn 14. Għalkemm wieħed irid japprezza li din hija miżura ta' sigurtà, irid ukoll jifhem li din il-miżura ser iżżid in-nefqa ta' kull passiġġier. il-faqar bħala ballun politiku' tkun meqjusa bħala severament deprivata. Dawn il-punti jinkludu fost l-oħrajn li l-familja għandha televixin tal-kulur, li għandha magna tal-ħasil, telefon jew mobile u karozza. Fil-fatt, fost dawn il-punti jidher kif madwar 15% tal- persuni ma jistgħux iħallsu għal ikla laħam jew ħut għal tliet darbiet f 'ġimgħa, u li waqgħu lura fil-pagamenti tagħhom tal- kera, loans u kontijiet. Il-gazzetta ILLUM għamlet kuntatt ma' diversi persuni attivi f 'dan il-qasam sabiex tieħu r-reazzjonijiet tagħhom dwar din l-istatistika u x'turi dwar ir-realtà ta' dawn il-familji. Charles Miceli, mill-Alleana Kontra l-Faqar sostna li l-faqar spiċċa bħala ballun politiku miż-żewġ partiti. Saħaq li l-kejl, jew ir-rigi li jiġu użati fi statistiċi ta' dan it-tip, mhux neċessarjament ikunu rappreżentattivi minħabba li juru kemm taqla', imma ma jikkunsidrawx kemm ikollok spejjeż. Miceli kompla jispjega li jista' jkollok persuna li taqla' €8,000 fis-sena, imma jkollha tħallas mas-€6,000 minnhom f 'kirja u kontijiet. "Din ma tiġix meqjusa bħala persuna li tinsab fil-faqar għaliex tkun taqla' iktar mil-limitu, imbagħad ikollok persuna li taqla' €7,000, b'€200 kera, u tkun meqjusa fil-faqar." Miceli jkompli jinsisti li jeħtieġ li jkun hemm tip ta' 'riga' aħjar, fejn semma' l-istudju tal-Caritas bħala iktar rappreżentattiv. Sostna li l-problema hija li timxi l-mentalità li s-suq isuq, "u nibżgħu nitkellmu dwar dan, qisha xi baqra sagra." Miceli temm jappella lill- politikanti li hemm bżonn li "nagħmlu rasna flimkien u naraw kif se noħorġu mill-faqar lil dawk li qegħdin hemm isfel, u mhux nużawhom għax tkun ġejja l-elezzjoni." Min-naħa tiegħu, id-direttur tal-Caritas Malta, Leonid McKay qal li fir-rapport kien hemm bosta xejriet pożittivi, iżda kien hemm ukoll dawk inqas pożittivi. McKay innota kif għalkemm kien hemm tnaqqis fil-persuni taħt it-18-il sena li kienu f 'riskju ta' faqar, ġiet innutata żieda fin-numru ta' persuni anzjani. Żied jgħid li għal diversi snin, kienet tidher trend 'il fuq fin- numru ta' persuni fil-faqar jew fir-riskju tiegħu, iżda issa qed naraw tibdil fil-pożittiv. McKay kompla jinnota li dan iċ-ċaqliq kien pożittiv għal sentejn fuq xulxin, li turi li nqabdet xejra pożittiva. "Dan xorta mhuwiex biżżejjed, imma huwa inkoraġġanti. Minkejja dan it-titjib, kulħadd jaf li fir-realtà, il-persuni li għandhom il- problemi huma ħafna. 8% hija rata għolja ta' persuna li ma jistgħux jixtru affarijiet bażiċi," kompla jgħid id-direttur tal- Caritas. Temm jgħid li baqa' ħafna xi jsir partikolarment f 'żoni u tipi ta' familji partikolari, fosthom familji b'single parents. Ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, min-naħa l-oħra ma kinetx daqstant pożittiva. Fil-fatt, ix-shadow minister għall-politika soċjali Paula Mifsud Bonnici f 'kummenti li għaddiet lil din il-gazzetta, qalet li dawn iċ-ċifri, "huma konferma ċara tad-daqqa qawwija li qalgħu dawk il- persuni l-aktar vulnerabbli u li għandhom dħul baxx." Mifsud Bonnici sostniet li kien hemm żieda ta' kważi 3,700 ruħ fir- riskju ta' faqar, u żiedet tgħid li l-aktar li ħadu daqqa qawwija kienu l-anzjani, b'żieda ta' iktar minn 5,500 anzjan. "Dan jikkonferma li minkejja li l-Prim Ministru jiftaħar ħafna b'ekonomija pożittiva u b'saħħitha, din l-ekonomija mhijiex qed tidħol fil-familji u n-nies li l-iktar għandhom bżonn," kompliet tgħid ix- shadow minister, li temmet tgħid li l-Partit Nazzjonalista diġà wiegħed li jekk ikun fil- Gvern, "ineħħi t-taxxa fuq il- faqar li introduċa dan il-Gvern u allura jreġġa' lura l-prezzijiet tal-housing għal dawk li kienu qabel żiedhom Joseph Muscat." Il-Ministru għall-familja u s-solidarjetà soċjali, Michael Farrugia min-naħa tiegħu qal li minkejja li dawn l-istatistiċi huma pożittivi għaliex raw tnaqqis kbir ta' nies mill-faqar, enfasizza li din l-istatistika hija tal-2015, u bbażata fuq figuri tal-2014, u għaldaqstant il-miżuri li ddaħħlu fil-baġit tal-2015 bħall-inwork benefits, mhumiex inklużi. Fi stqarrija, l-Gvern saħaq ukoll li, "għal eluf ta' persuni li l-aktar qegħdin fil-bżonn, il-ħidma ta' dan il-gvern, qed tagħmel differenza, filwaqt li r-riżultati pożittivi huma ċari u juru li dan il-Gvern miexi fit-triq it-tajba." Charles Miceli Leonid Mckay Paula Mifsud Bonnici Michael Farrugia