Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
...tkompli minn paġna 1 GĦAL diversi snin, bosta salons tal-massaġġi kellhom it-tikketta li joffru ħafna iktar minn sempliċiment massaġġi, meta jitkellmu dwar 'extras' li joffru, għad-detriment ta' salons leġittimi u onesti.. F'dan il-każ, il-mara ma sabet l-ebda problema sabiex titfa' kopja taċ-ċertifikati mediċi bid-dettalji kollha tagħha fuq Facebook, sabiex tagħti konferma, li ħadd mhu se jlaqqat l-HIV jekk imur għandha. Apparentament, wara dan il-każ, l-amministraturi tal-paġna fejn intefgħu dawn iċ-ċertifikati qalu li mhux se jkunu qed jaċċettaw reklami jew kummenti dwar massaġġi b'konnessjoni sesswali. Permezz tal-mezzi soċjali, diversi salons taw konferma ta' dan, fejn minbarra dan il-każ partikolari, uħud minnhom poġġew numru ta' stampi espliċiti jakkumpanjaw ir- reklam għall-ħanut tagħhom, b'nisa lebsin ħwejjeġ ta' taħt jagħmlu l-massaġġi lil klijenti rġiel Il-mezzi soċjali qed ikunu pjattaforma popolari ferm għal attivitajiet bħal dawn, b'diversi persuni jużaw gruppi partikolari fuq Facebook sabiex jirreklamaw is-servizzi tagħhom, anke b'mod espliċitu. Fil-fatt, minn tfittxija ħafifa li għamlet din il-gazzetta, irriżulta li faċilment, wieħed isib għadd ta' gruppi li minbarra li ssib persuni, fil-maġġor parti tagħhom nisa jirreklamaw is- servizzi tagħhom u jisħqu li huma 'diskreti' f 'xogħolhom, ikun hemm ukoll numru ta' persuni li jikkummentaw fuq l-istess reklam bl- esperjenza personali tagħhom għand dik il-persuna, u jekk jirrakkomandawhomx jew le. Reklam partikolari li rat din il-gazzetta kien jiftaħar li s-salon huwa nadif, joffri servizzi diskreti u għandu wkoll il-faċilità ta' doxxa fis-salon. L-istess salon ħabbar ukoll li beda joffri tip ta' massage ġdid, imsejjaħ 'nuru massage' li meta wieħed ifittex dwaru, mill- ewwel wieħed jinduna li huwa tip ta' massaġġi erotiċi li jwasslu għal 'happy ending'. Il-gazzetta ILLUM, lura f 'Diċembru tas-sena li għaddiet kienet għamlet eżerċizzju fejn kienet marret fiż-żona ta' Buġibba u l-Qawra u żaret diversi minn dawn il-postijiet tal- massaġġi, anke jekk skont il- MEPA, suppost kien hemm post wieħed biss li kellu l-liċenzja għal dan il-ħanut. Hemmhekk, din il-gazzetta kienet intlaqgħet minn diversi ħaddiema barranin, partikolarment Ażjatiċi, u dawn offrew, "massage tajjeb u onest." Iktar tard, fi Frar ta' din is-sena, fi storja dwar is- servizzi ta' escorts f 'Malta, sorsi qrib il-korp tal-Pulizija kienu sostnew ma' din il-gazzetta li s-sitwazzjoni tal-attività online f 'Malta hija "anarkija," waqt li saħaq li hemm bżonn li attivitajiet bħall-escorts u l-massage parlours jiġu regolarizzati. illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 8 The Government of Malta through Projects Malta Ltd intends to proceed with awarding the Concession for car park facility/or facilities in Mosta. Relevant Request For Proposal document can be downloaded free of charge from Projects Malta's website: (http://projectsmalta.com/tenders) The closing date for the submissions: Monday 14 th November, 2016 at 10:00am (Central European Time). A non-refundable participation fee of €5,000 must be made prior to the submission of the RFP. The proof of payment must be included with the RFP submission. Submissions are to be delivered by hand to Projects Malta Ltd weekdays between 9:00 and 16:00 (Central European Time) at the address below: Projects Malta Ltd The Clock Tower, Level 1 Tign‚ Point, Sliema Enquiries or requests for clarifications relative to this RFP shall be submitted by e-mail to PML on admin.projectsmalta@gov.mt under the subject title "Request for Proposals to design, build, operate and maintain a multi-storey underground car park and other facilities in Mosta". Verbal questions will NOT be accepted. Such queries or request for clarifications shall be received by not later than Monday 10 th October 2016 at 12:00 (Central European Time). Objective of the Request for Proposals: Request for Proposals Request for Proposals to design, build, operate and maintain a multi-storey underground car park and other facilities in Mosta REF. No: PML /07/2016 C M Y CM MY CY CMY K Output file 20 x 3.pdf 1 Thursday/September15/2016 9:5920AM Jużaw mezzi soċjali biex jirreklamaw is-servizzi jirreklamaw is-servizzi tagħhom, anke b'mod espliċitu. Fil-fatt, minn tfittxija ħafifa li għamlet din il-gazzetta, irriżulta isib għadd ta' gruppi li minbarra li ssib persuni, fil-maġġor parti tagħhom 'diskreti' f 'xogħolhom, jirrakkomandawhomx ħabbar ukoll li beda joffri tip ta' massage ġdid, imsejjaħ