Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 | illum Jiftaħ protest ġudizzjarju biex jerġa' jingħata aċċess għal triqtu Jipparkjaw triq dejqa, jużawha bħala drive in u jimblukkaw l-aċċess minn Veronica Lynn Mizzi RESIDENT Senglean ilu għal dawn l-aħħar erba' snin jilmenta dwar is-sitwazzjoni tat-triq tiegħu, fejn ġie imblukkat l-aċċess b'mod totali, b'karozzi jipparkjaw fuq iż-żewġ naħat tat-triq. Larry Abela, resident fi Triq San Franġisk fl-Isla ilu jilmenta mal-awtoritajiet li qed jipparkjaw karozzi fi triq li hija wiesgħa madwar tliet metri, jiġifieri bil- kemm tgħaddi karozza b'bankina dejqa fuq iż-żewġ naħat. Minħabba f 'hekk, l-aċċess f 'din it-triq ġie magħluq kompletament u konsegwentament tagħmilha impossibbli li f 'każ ta' xi emerġenza, tgħaddi ambulanza jew karozza tat- tifi tan-nar. Ritratti li bagħat Abela lill-gazzetta ILLUM juru kif minkejja li t-triq hija dejqa u hemm sinjali sofor li juru li la għandhom jiefqu hemmhekk il-karozzi, u wisq anqas li jsir parkeġġ f 'nofs ta' triq. L-ilmenti ta' Abela jmorru lura erba' snin, u dejjem baqa' jintbagħat minn entità għall- oħra. Mill-Kunsill Lokali, għal Transport Malta, għal għand il-Kummissarju, u anke l-Bord tal- Governanza Lokali. Għaldaqstant, Abela fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Kunsill Lokali tal-Isla, Transport Malta, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Ministru Joe Mizzi sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata. Il-Bord ta' Governanza, lura fl-2013 kien ta raġun lill-Abela fejn intqal kif wara li ntalbu kummenti mill-Kunsill Lokali tal-Isla u ta' Transport Malta: "L-Awtorità Transport Malta tinforma li l-vetturi ma jistgħux jiġu pparkjati f 'din it-triq u għalhekk, għandhom isiru rapporti lill-Pulizija u/ jew lill-Wardens Lokali biex jitneħħew. Il-Kunsill Lokali għandu d-dmir li jara li r-regoli jiġu osservati irrispettivament minn problemi oħra ta' parkeġġ jew tal-wisa' tat-triq imsemmija." Minn dakinhar, il-problemi baqgħu għaddejjin u l-karozzi baqgħu jiġu pparkjati, u f 'Mejju tal-2014, Transport Malta wieġbet għall-ittra ta' Abela ta' Ottubru tas-sena ta' qabel. Hemmhekk, TM kienet għal darb'oħra tatu raġun, u qalet li "f 'dan l-ispazju, mhux se jkun permess parkeġġ, u għalhekk sejrin jitpoġġew dawk is-sinjali tat-traffiku apposta sabiex jiġi projbit dan." Fl-istess ittra, TM ssuġġeriet li jiġu installati numru ta' 'lockable bollards' sabiex "din it-triq ma tibqax aktar aċċessibbli għat-traffiku kemm minħabba s-saħħa u s-sigurtà tar-residenti u min ikun miexi, kif ukoll tas-sewwieqa nfushom." Minkejja dan, Larry sostna li Transport Malta dejjem qalet li dan il-każ jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali u mhux taħtha u li sal-lum il-ġurnata, is-sitwazzjoni ma nbidlitx. Huwa qed jitlob li tal-inqas, ikun hemm tabelli li jindikaw li m'għandux ikun hemm waqfien bil- karozzi fl-imsemmija triq, u li t-tabelli juru li jekk dan isir, ikun hemm multi li jirriflettu dan. Meta din il- gazzetta għamlet kuntatt mal-Kunsill Lokali, is-sindku tal-Isla Joseph Casha sostna li l-kunsill għadu qed jistenna li ssir laqgħa ma' Transport Malta. Saħaq li huma ma jaqblux mar-rakkomandazzjoni tal-bollards, iżda jridu li s-sitwazzjoni terġa' lura għal li kienet qabel, jiġifieri li jkun permess li jsir parkeġġ bejn is-7.30pm u s-7am. Casha sostna li dan kien isir fuq rakkomandazzjoni tal-1994 mill-Kummissarju tal-Pulizija, u li skontu hija l-aħjar għażla għal dik it-triq. Casha żied jilmenta li l-problema tal-parkeġġ fil-lokalità hija waħda kbira u minkejja li kontra l-liġi li tipparkja f 'nofs it-triq, jista' jifhem dan. "Anka li tipparkja fuq il-bankina huwa kontra l-liġi, imma x'tagħmel jekk m'hemmx parkeġġ?" temm jgħid Casha, anke jekk sostna li l-karozzi pparkjati li jagħlqu l-aċċess qegħdin jiġu mmultati. il-Kummissarju, u Governanza Lokali. Abela fetaħ protest Transport Malta, Transport Malta, is-sitwazzjoni tiġi Lokali tal-Isla u ta' Transport miexi, kif ukoll tas-sewwieqa nfushom." Larry sostna li Transport Malta dejjem qalet li dan il-każ jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill Lokali tal-Kunsill Lokali u mhux taħtha u li sal-lum il-ġurnata, is-sitwazzjoni ma nbidlitx. Huwa qed jitlob li tal-inqas, ikun hemm tabelli li jindikaw li m'għandux ikun hemm waqfien bil- karozzi fl-imsemmija triq, u li t-tabelli juru li jekk dan isir, ikun hemm multi li jirriflettu dan. Meta din il- gazzetta għamlet L-ittra tal-Bord tal-Governanza tal-2013 li tgħid li m'għandux isir parkeġġ f 'dik it-triq It-triq residenzjali mblukkata minn karozzi pparkjati Vann tal-ħaxix jimblokka l-aċċess fit-triq