Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/731328
illum | Il-Ħadd 25 ta' Settembru 2016 Aħbarijiet 10 Inħarsu t-tfal tagħna minn perikli u ħsarat… Minn Jannar li ġej Malta se tingħaqad mal-bqija tal- Ewropa fis-sistema tal-'Amber Alert', li l-iskop tagħha huwa li jinstabu tfal mitlufin jew maħtufin minn Ruben Anthony Xuereb "LI nħarsu t-tfal tagħna minn perikli u ħsarat li jistgħu jiltaqgħu magħhom, għandha tkun dejjem prijorità. Li jinstabu tfal mitlufin jew maħtufin dejjem kienet fuq nett tal- aġenda tal-korp tal-Pulizija, u hekk għandu jkun" Dan qalu l-Ministru tal- Intern Carmelo Abela waqt laqgħa li kellu mal-media u entitajiet oħrajn dwar il- preżentazzjoni tas-sistema 'Amber Alert', li hija sistema ta' twissija dwar każi ta' tfal mitlufin jew maħtufin. Malta se tingħaqad ma' 'Amber Alert Europe' minn Jannar li ġej 'Amber Alert' hija NGO internazjonali li taħdem favur it-tfittxija u s-sejba ta' minuri li jkunu mitlufin jew maħtufin. Dan isir permezz ta' avviżi, l-'Amber Alerts', li l-Pulizija tqassam lill- media u lill-entitajiet oħrajn madwar il-pajjiż sabiex il-pubbliku jkun infurmat dwar il-minuri nieqes u jkun jista' javża lill-Pulizija f 'każ ta' informazzjoni. Is-sistema madwar l-Ewropa taħdem bħala network biex ikun hemm koperazzjoni fuq livell internazzjonali bi ftehim bejn il-pajjiżi f 'każ li l-minuri nieqes jista' jkun qiegħed barra minn pajjiżu. L-Ispettur Paula Ciantar (Vice Squad) u s-Surġent Rodianne Bartolo (CMRU) spjegaw li meta tiġi rrapportata persuna nieqsa, jittieħed ir-rapport mill-vice squad u jintalbu dettalji bħall-isem u l-età tal-persuna nieqsa, ritratt, deskrizzjoni tagħha, xi ħwejjeġ kienet liebsa l-aħħar darba li dehret u jekk din kinitx fil-kumpanija ta' xi ħadd meta ġiet nieqsa. It-Taqsima Relazzjonijiet mal-Komunità u l-Istampa (CMRU) min-naħa tagħhom jikkomunikaw din l-informazzjoni lill- media biex tinxtered l-informazzjoni. L-ispettur Ciantar spjegat kif hemm żewġ tipi ta' twissijiet (Amber Alerts) L-ewwel tip, jinħareġ meta minuri ta' età taħt it-18-il sena jkun fil-periklu tal -mewt biss. Dan ovvjament ikun każ ta' riskju kbir u għaldaqstant jingħata importanza nazzjonali. It-tip l-ieħor jinħareġ meta l-persuna nieqsa ma tkunx f 'periklu imminenti ta' mewt u għalhekk inqas gravi mill-ewwel tip ta' 'Alert'. Għaldaqstant l-emerġenza ma tkunx fuq skala nazzjonali iżda tintuża biss parti mis- sistema, li wisq probabbli tkun il-media. Meta l-minuri jinstab, joħroġ 'alert' ieħor ta' deattivazzjoni li jinforma lill-pubbliku bl-eżitu tal-investigazzjoni. "Li nkunu parti mis-sistema huwa pass il-quddiem. L-isforz m'għandux isir biss mill-Pulizija, iżda bi sħubija mall-media, speċjalment permezz tal-użu tan-'news portals' tagħhom u l-media soċjali, sabiex il-pubbliku jkun dejjem infurmat u aġġornat dwar minuri maħtufin jew mitlufin," qal il-Minisrtru Abela Minbarra l-media, il-korp tal-Pulizija qed jitlob ukoll il- kollaborazzjoni ta' Transport Malta, sabiex l-'Amber Alerts' jintwerew fuq il-karozzi tal-linja, lill-banek biex juru l-'Alerts' fil-fergħat tagħhom u l-'Gozo Channel' u l-Ajruport ta' Malta sabiex anke huma juru l-'Alerts' fuq il-vapur u fl-ajruport. B'dawn l-imsieħba kollha, il-messaġġ ikollu firxa ferm ikbar u jilħaq aktar nies li jkunu jistgħu jgħinu lill- Pulizija fl-investigazzjonijiet. "Is-suċċess jiġi mill-kapaċità li l-entitajiet jaħdmu id f 'id flimkien, speċjalment meta l-ħin ikun kruċjali" Allavolja Malta se tissieħeb fis-sistema tal-'Amber Alert', nistgħu nikkunsidraw il- fortuna li għalina se tkun ħaġa rari li jkollna dawn it-tip ta' twissijiet. Infatti s'issa, Malta qatt ma kien hawn każi li jistħoqqilhom 'Amber Alert', iżda se jkun tajjeb li bħala pajjiż inkunu preparati. Kull meta kien hemm ċirkostanzi simili Malta, il-korp dejjem ħadu b'serjetà kbira. Infatti din is-sena f 'Malta kien hawn 550 rapport ta' persuni neqsin sa Settembu, li minnhom 359 kienu minuri taħt l-età ta' 18-il sena u 210 kellhom inqas minn 16. Minn dawn ir-rapporti kollha, każ wieħed biss għadu ma ssolviex. Issalvani? Sentejn ħabs talli kera razzett li mhux tiegħu IŻJED kmieni din il- ġimgħa, il-frodist magħruf Duncan Buttigieg ġie kkundannat sentejn ħabs talli kera razzett li ma kienx tiegħu. Nhar l-Erbgħa li għadda, l-ispettur Jonathan Ferris mit-taqsima ta' kontra r-reati ekonomiċi, spjega lill- Maġistrat Josette Demicoli kif Buttigieg kien kera razzett lill-grupp ta' Maltin u ġabar d-depożiti. Iżda wara li dawn marru fuq il-post u sabu li sid il-kera ma kien jaf b'xejn, dawn marru għand il-pulizija. Buttigieg kien mixli b'misapproprijazzjoni, kif ukoll li kien sar riċediv. Il-frodist, li għandu 33 sena, kien instab ħati ta' reati simili ħafna drabi fil- passat, ammetta l-akkuża ta' misapproprijazzjoni. Fl-2015, Buttigieg kien tressaq taħt arrest, mixli li kien ipprova jixtri arloġġ tal-marka Rolex, permezz ta' ċekk misruq u ffalsifikat. Dan ir-reat kien allegatament seħħ waqt li Buttigieg kien qed igawdi l-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest wara li appella sentenza ta' 9 snin ħabs fuq skema qarrieqa ta' importazzjoni ta' karozzi fittizji. Ftit xhur wara ġew miżjuda 30 xahar ħabs mas-sentenza l-oħra, wara li reġa' nstab ħati ta' frodi. Din id-darba kien ikkonvinċa 'l sieħbu jsellfu €3,400 għal operazzjoni f 'irkobbtu, liema operazzjoni la saret u lanqas qatt kien hemm bżonnha.