Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
NEWSPAPER POST Nr 520 • 2 ta' Ottubru 2016 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Eric Borg Saywell Ara paġni 34 u 35 Muscat viċin li jwaqqaf in-negozjati minn Albert Gauci Cunningham IL-PRIM Ministru Joseph Muscat huwa viċin ħafna li jwaqqaf id- diskussjonijiet u n-negozjati biex l-Alitalia tikseb sehem ta' 49% tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, ħames xhur biss wara li kien iffirmat Memorandum of Understanding mal-istess linja tal-ajru. Sorsi mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru spjegaw kif Muscat mistenni jieħu din id-deċiżjoni b'mod imminenti, anke jekk tmur kontra l-parir ta' wħud mill- persuni li huma mdaħħlin fin- negozjati. "Il-PM huwa riżolut li kull deċiżjoni meħuda fil- konfront tal-Air Malta, tkun ta' frott għall-kumpanija, għall-pajjiż u għall- ħaddiema tal-istess kumpanija," sostnew mal-ILLUM. Is-sorsi mill-Ufiċċju tal-Prim Ministru spjegaw kif id- deċiżjoni, Muscat ħadha hekk kif min- negozjati qed jirriżulta dejjem aktar ċar li "kulħadd se jkun qed jitlef. Se jitlef il-Gvern Malti u se titlef l-Air Malta fuq kollox, imma jista' jkun li titlef ukoll l-Alitalia." Intant l-ILLUM hija infurmata li Muscat se jkun qed jiddirezzjona kollox għal 'Pjan B' tal- Gvern. "Il-PM huwa deċiż. Fl- aħħar mill-aħħar huwa l-PM u apparti l-interessi kummerċjali, qiegħed hemm biex jindirizza l-interessi tal-ħaddiema wkoll. Għalhekk huwa viċin li jieħu deċiżjoni li tista' tfisser li jaqgħu n-negozjati mal-Alitalia u b'hekk il-Gvern idur għall- Pjan B." Tkompli f 'paġna 10 ...deċiżjoni imminenti mill-PM tista' twaqqaf in-negozjati bejn l-Air Malta u l-Alitalia F'intervista li qed tidher f 'paġni 12 u 13 Evarist Bartolo jinsisti li hu ma biddilx l-opinjoni tiegħu dwar il-każ Panama u jerġa' jinsisti li Konrad Mizzi għandu jirreżenja minn Ministru. "Għadni naħsibha kif kont naħsibha," sostna Bartolo mal-ILLUM. Mistoqsi jekk iħossx li Leo Brincat bata l-konsegwenzi tal-iżbalji ta' ħaddieor meta l-maġġoranza tal-Parlament Ewropew ivvotat kontrih kien skjett, u wieġeb "Iva." Bartolo skjett: 'Nibqa' ngħid li Konrad għandu jirreżenja' Kap Nazzjonalist. Diskors ta' Soċjalist? Ara analiżi tal-aħħar diskors pubbliku ta' Busuttil fuq paġna 9