Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028
illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Intervista 12 'Oħorġuni mill-faqar biex inkun L -aħħar ġimgħa ta' Settembru tindika l-waqfien mill-vaganzi għal eluf ta' studenti u l-bidu ta' rutina mill- ġdid, ta' lezzjonijiet, xogħol għad-dar u studju. Dan jirrikjedi ħafna preparamenti u ħidma minn ħafna qabel minn bosta persuni u entitajiet fosthom l-għalliema, u ħaddiema fl-iskejjel. Dan kollu jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, fejn fost skemi, programmi u taħriġ, jaħdem sabiex il-kwalità u l-livell tal- edukazzjoni u tal-ambjent skolastiku jkun dejjem ta' livell. Għaldaqstant, din il-gazzetta ltaqgħet mal-Ministru responsabbli mill-edukazzjoni, Evarist Bartolo sabiex tara iktar mill-qrib, fiex tikkonsisti l-ħidma f 'dan is-settur. 'L-ebda student m'għandu jieqaf jistudja minħabba l-finanzi' Spiss nisimgħu bil-frażi li sabiex toħroġ mill-istat ta' faqar li tkun fih, persuna jeħtieġ takkwista l-edukazzjoni, u minn hemm ikollha l-għodda biex tkun tista' tiġġieled il-faqar. Minkejja dan, il-Ministru Bartolo ma jaqbilx ma' dan u jinsisti li llum il-ġurnata, is-sitwazzjoni hi differenti għaliex persuna trid toħroġ mill-faqar biex tkun tista' tieħu l-edukazzjoni. Ikompli jgħid li minkejja li qed niċċelebraw is-70 sena li fil-pajjiż għandna edukazzjoni bla ħlas, xorta għad hawn studenti li jsibuha diffiċli sabiex ikomplu l-istudji tagħhom, mhux minħabba li l-kors huwa wisq diffiċli jew għaliex mhumiex għal qalbhom, imma minħabba li ma jifilħux iħallsu għall-ispejjeż li jinqalgħu tul is-sena, ta' materjali u riżorsi, bħal kameras u apparati oħra jekk il-kors ikun jirrikjedi dan. Fil-fatt, hawnhekk jikkwota stħarriġ li sar ma' diversi studenti f 'livelli sekondarji u post- sekondarji li jindika kif persentaġġ ta' studenti fil-fatt ma komplewx bl-istudji minħabba raġunijiet finanzjarji. "Fil-passat kellna sitwazzjoni li dawk li jieħdu l-edukazzjoni kienu dawk li l-ġenituri tagħhom kienu jifilħu jħallsu għaliha, wara għamilna edukazzjoni b'xejn għal kulħadd biex kulħadd ikollu ċans, imma llum, wara 70 sena ta' edukazzjoni b'xejn, nistaqsu jekk hux qed nilħqu lil kulħadd," sostna l-Ministru. Allura, x'qed isir min-naħa tal- Ministeru sabiex tiġi indirizzata din il-problema li jafu biha, tistaqsi din il-gazzetta? Hawnhekk, Evarist Bartolo jitkellem dwar miżuri li kapaċi jidhru bħala żgħar, li fil- verità, jkunu qed iħallu impatt ferm ikbar. Jibda billi jsemmi l-Breakfast Club li huwa servizz li tnieda ftit tas-snin ilu li għandu l-għan li jagħti lit-tfal kolazzjon nutrittiv sabiex jippreparahom għall-ġurnata li jkollhom quddiemhom. "Meta kellmuni diversi kapijiet ta' skejjel, qaluli li għall-ewwel bdew jistaqsu x'tip ta' differenza tista' tagħmel miżura bħal din, billi jagħtu daqsxejn ċereali lill-istudenti," jispjega Bartolo, iżda dawn l-istess kapijiet tkellmu mod ieħor meta raw id-differenza li saret f 'sitwazzjonijiet partikolari li kellhom fl-iskejjel tagħhom. Isemmi realtajiet diffiċli ta' tfal li qed jesperjenzaw faqar fi djarhom, bħal f 'każ ta' tifel, li hekk kif waslet l-aħħar ġurnata tal-iskola qabel il-vaganzi tas-sajf, beda jibki u jixher, u rriżulta li dan kien minħabba li issa daqshekk kien se jattendi għall-Breakfast Club, u allura mhux se jibqa' jieħu kolazzjon ta' kull filgħodu minħabba problemi li kellha l-familja, u għalhekk ma setgħetx tipprovdi kolazzjon nutrittiv kuljum. Evarist Bartolo kompla jgħid li, "s-soltu ngħidu li l-edukazzjoni toħorġok mill-faqar, iżda qed naraw li s-sitwazzjoni hija aktar, 'oħroġni mill- faqar ħalli nieħu l-edukazzjoni'." Rispett li jiġi miż-żewġ naħat Kwistjoni li spiss tissemma bħala problema fil-klassijiet hija l-attitudni ta' ċerta studenti u l-aggressività li juru fil-konfront ta' studenti sħabhom, u partikolarment mal- għalliema tagħhom. Din il-gazzetta staqsiet lill-Ministru jekk jinkwetahx il-fatt li dawn it-tfal u żgħażagħ huma l-adulti futuri tal-pajjiż. Hawnhekk, Bartolo jitkellem dwar il-fatt li s-soċjetà nbidlet ħafna maż- żmien, u fejn fil-passat, għalliem kien ikollu r-rispett awtomatiku fil-ħajja tat-tfal għaliex huwa figura awtoritarja, "illum il-ġurnata ħadd m'għandu rispett awtomatiku, lanqas il-Prim Ministru, u r-rispett trid taħdem għalih." Minkejja dan, semma wkoll li fil-passat, ħafna mill-ġenituri kienu jaqblu mal-għalliema meta dawn iħossu li għandhom jiġbdu l-attenzjoni tat-tfal fuq xi ħaġa li jkunu għamlu, imma llum issib sitwazzjonijiet, "meta l-ġenituri jkunu jridu jmorru għas-sodisfazzjon, anke jekk l-għalliem sempliċiment iwiddeb lill-istudent." Fil-fatt, semma kif jeżistu ġenituri li jheddu lill-għalliema jew il-kapijiet tal-iskola li se jċemplu lill-Ministru għax ma jkunux ħadu li riedu. "Għalhekk, tajt in-numru tiegħi lill-kapijiet tal-iskola, biex jekk dan ikun il-każ, jagħtu n-numru dirett lill-ġenituri u jistednuhom iċempluli quddiemhom dak il-ħin." Il-Ministru Bartolo semma wkoll kif f 'bosta mill-każi ta' agressività jew rabja li juri l-istudent, tkun ġejja minn xi problema li jkun qed jaffaċċja. Fil- fatt, isemmi każ partikolari li ltaqa' miegħu ta' student li kien agressiv fl-iskola u kien jagħti l-problemi lill-għalliema. Iżda meta Bartolo tkellem miegħu, seta' jara kemm kellu kwalitajiet tajba u li s-sors tar-rabja tiegħu kienu problemi serji ta' mard u vjolenza fid-dar. Għaldaqstant, Evarist Bartolo saħaq li hemm bżonn li dawn il-problemi nindirizzawhom u naħdmu fuqhom permezz ta' iktar investiment fir-riżorsa umana tal- councillors u tal-psikologi fi ħdan l-iskejjel. Smart cards: jitneħħa jew jiżdied l-abbuż? Is-sena li għaddiet, kien hemm tibdil radikali fis-sistema ta' 'Smart Cards', hekk kif minflok kard, f 'forma ta' credit card mimlija b'somma flus fil-bidu tas-sena abiex tintefaq f 'riżorsi għall-iskola, issa qed tingħata s-somma direttament fil-kontijiet bankarji tal-istudenti. Wieħed jifhem li dan sar sabiex jinqata' l-abbuż li kien iseħħ bis-sistema l-antika, fejn kienu bosta li jużaw din il-kard biex jixtru affarijiet li mhux neċessarjament kien ikollhom x'jaqsmu mal-iskola. Iżda din il- gazzetta tistaqsi jekk dan tax lok għal iktar abbuż għaliex m'hemmx monitoraġġ ta' kif dawn il-flus kienu qed jintefqu. Għal dan, il-Ministru għall- Edukazzjoni saħaq li s-sistema nbidlet ukoll għaliex kienet sistema li kienet qed tiswa lill-Gvern ħafna flus lil hinn mill-flus mogħtija lill-istudenti, flus li fil-fatt setgħu jintefqu aħjar. Fil-fatt saħaq li minħabba li sar dan, issa l-Gvern kien f 'pożizzjoni sabiex jinvesti f 'iktar korsijiet u jżid l-ammonti li ċertu studenti jieħdu fi stipendi u bħala somma inizzjali fil-bidu tas-sena, bħalma ġara fil-kors tal-farmaċija. 'Ikun prematur li niġġudikaw il- koedukazzjoni minn issa' Ġimgħat ilu, ġie ppubblikat rapport dwar l-esperjenza tal-għalliema, ġenituri u studenti fis-sitwazzjoni tal- koedukazzjoni fl-iskejjel sekondarji. Minnu ħareġ kif l-istudenti u l-ġenituri kienu pożittivi ferm dwar dan, iżda min-naħa l-oħra l-għalliema ma kinux daqstant pożittivi. Dwar dan, il-Ministru qal li hija xi ħaġa li ma ħadhiex b'sorpriża, għaliex jifhem li l-għalliema jistgħu jsibuha daqsxejn diffiċli li jidraw sistema ġdida wara li jkunu draw sistema differenti għal bosta snin. "Din hija sfida li poġġejna quddiem l-għalliema tas-sekondarja. Issa jekk int tkun għalliem li ilek għal snin sħaħ tgħallem bniet biss, jew subien biss, u f 'daqqa waħda ġibniehomlok flimkien, se taraha bħala sfida kbira." Minkejja dan, il-Ministru Bartolo jgħid li, "ħafna drabi, meta imbagħad jgħaddu mill- esperjenza, ma jibqgħux jarawha b'dak il-mod." Din il-gazzetta staqsiet ukoll dwar il-preparamenti għal bidla bħal din, u ddomandat lill-Ministru jekk dawn l-għalliema kellhomx il-preparazzjoni neċessarja. Għal dan, huwa wieġeb li l-għalliema, "meta ħadu l-kors fl-Università biex isiru għalliema, suppost ikunu ġew preparati. Dan ma ġewx u qalulhom li per eżempju l-Matematika għalndha tiġi mgħallma b'mod lill-bniet u b'mod ieħor lis-subien." Minkejja dan, Bartolo rrikonoxxa li l-istil ta' tgħalim kapaċi jvarja u jinbidel sabiex jiġi adattat Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Is-soltu ngħidu li l-edukazzjoni toħorġok mill-faqar, iżda qed naraw li s-sitwazzjoni hija aktar, 'oħroġni mill- faqar ħalli nieħu l-edukazzjoni' " " Illum, iktar minn qatt qabel, li tkun għalliem mhix faċli, hija vokazzjoni u mhux professjoni biss " "