Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Intervista 13 inkun nista' nieħu l-edukazzjoni' għad-dinamika l-ġdida fi ħdan il- klassi. Hawnhekk isemmi l-qasam tal- iskejjel indipendenti li f 'ċerti każi ilhom għal dawn l-aħħar 25 sena jaħdmu b'sistema ta' koedukazzjoni b'suċċess, u jżid jgħid li, "finalment, l-aħjar mod li titgħallem f 'sitwazzjonijiet bħal dawn hu li tagħmilha, u tara kif tadatta ruħek għas-sitwazzjoni." Dwar l-effetti li din is-sistema tista' tħalli fuq l-istudenti, jiġifieri jekk dawn hux qed imorru għall-aħjar jew għall-agħar, il-Ministru qal, "ikun prematur li wieħed jitkellem fuq effetti minn issa, għaliex għadhom ma ħarġux l-ewwel grupp ta' studenti miċ-ċiklu totali. Għalhekk, wieħed għandu jistenna sakemm jagħmel il- ġudizzju tiegħu." 14-il edukatur ħadu sena sabbatika b'investiment ta' €275,000 Is-sena li għaddiet, tħabbar kif l-edukaturi bħall-għalliema fl-iskejjel sekondarji u primarji, LSAs u kapijiet tal-iskola fost l-oħrajn, se jkun qed ikollhom iċ-ċans biex bħal edukaturi f 'istituzzjonijiet post-sekondarji u terzjarji, jiefqu sena minn xogħolhom u jieħdu xi kors u jistudjaw, waqt li xorta jkunu qed jieħdu l-paga ta' għalliema. Fil-fatt, din is-sena kienet l-ewwel darba li għalliema li jkunu ħadu vantaġġ minn din l-iskema, irritornaw lura għal xogħolhom. Kienu 14-il persuna fosthom 10 fil-grad ta' għalliema li ngħataw dan il-leave ta' studju bi ħlas għal sena, matul is-sena li għaddiet, li l-Ministru jsemmi li jlaħħaq investiment ta' €275,000. 'Li tkun għalliem, mhix professjoni imma vokazzjoni' Meta mistoqsi dwar x'kien il-ħsieb wara din l-inizjattiva, il-Ministru qal li kienu bosta dawk l-għalliema fil-livelli primarji u sekondarji li xtaqu jkomplu jistudjaw u jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom, iżda kienet tkun estremament diffiċli għalihom sabiex ilaħħqu mat-tagħlim li jirċievu u dak li jagħtu fl-istess ħin. Hawnhekk, Bartolo jgħid li kienu ħafna dawk l-għalliema li diġà kienu qed jidħlu għal korsijiet post- graduate, "u dawn kienu qalulna li għandhom problema. 'Kif se nlaħħqu jekk irridu nkomplu ngħallmu, nkomplu naħdmu, u fl-istess ħin nagħmlu dawn il-korsijiet?' kienu jgħidulna." "Illum, iktar minn qatt qabel, li tkun għalliem mhix faċli," isostni l-Ministru tal-Edukazzjoni. "Hija vokazzjoni u mhux professjoni biss. Għalija, dan mhux logħob tal-kliem iżda l-importanti huwa li tagħmel xogħlok b'impenn u b'imħabba lejn l-istudent. Dan ifisser li bl-isfidi kbar li għandek illum, li tkun għalliem jeħtieġ li ġġedded il-ħiliet tiegħek, il-pedagoġija u taġġorna ruħek. Altru dħalt tgħallem meta d-dinja kienet għadha mingħajr smartphones u tablets, u altru llum." Hawnhekk, Bartolo jkompli jitkellem dwar id-differenza fl-istil ta' tagħlim u l-metodi fil-klassi bejn snin ilu, u llum il-ġurnata u jgħid kif, "meta kont student jien fil-primarja u s-sekondarja, aħna konna lesti aktar naċċettaw b'mod passiv li noqogħdu bilqiegħda nisimgħu lil xi ħadd ikellimna quddiem blackboard. Illum, minn età żgħira, it-tfal għandhom din it-tip ta' relazzjoni mat-teknoloġija, u jitolbu mod iktar attiv u interattiv ta' kif jitgħallmu. Allura, l-għalliema f 'dinja bħal din, meta għandek diversi sfidi soċjali u familjari, jeħtieġ li ġġedded il-ħiliet, l-għerf u l-kompetenzi tiegħek," żied jgħid Bartolo. 'Leo Brincat bata l-konsegwenzi tal- iżbalji ta' ħaddieħor' Minbarra li Bartolo huwa Ministru tal-Edukazzjoni, huwa wkoll membru tal-Kabinett tal-Gvern, u fiż-żmien il-kwistjoni tal-Panama Papers, kien wieħed mill-iktar persuni voċiferi fi ħdan l-istess Kabinett. Dak iż- żmien, kien saħansitra insista li kieku kien hu fil-pożizzjoni tal-Ministru Konrad Mizzi, huwa kien jirreżenja mill-kariga tiegħu. Din il-kwistjoni ssemmiet bosta drabi mill-Partit Nazzjonalista bħala r-raġuni ewlenija għalfejn Leo Brincat sab il-bibien magħluqa fil-votazzjoni tal-Parlament Ewropew, minkejja li eventwalment ġie approvat għall-kariga. Għaldaqstant, din il-gazzetta staqsiet lill-Ministru Bartolo jekk jaħsibx li n-nominat Malti, Leo Brincat batiex il-konsegwenzi tal-iżbalji ta' ħaddieħor. Mingħajr tlaqliq, Bartolo qal, "Iva, u l-fehma tiegħi hi magħrufa fuq dan il-qasam u tkellimt ċar dwar dan. Għadni naħsibha kif kont naħsibha." Bartolo jżid jgħid li minkejja dan, "jiena ndur fuq il-Partit Popolari Ewropew u ngġidilhom li qed ikunu bullies maż-żgħar. Kieku użaw l-istess kriterju ma' Juncker, kieku lanqas biss kien jidħol bħala president tal-UE, għax l-affarijiet li ħarġu mil-leaks tal-Lussemburgu, meta hu kien responsabbli mill-qasam finanzjarju, messhom lanqas biss għaddew." Għaldaqstant, Bartolo tenna li dwar il-mod kif kienet indirizzata l-kwistjoni tal-Panama, "ma biddilt xejn mill-opinjonijiet li għidt qabel, biex nagħmilha ċara, u għadni naħsibha l-istess." Minkejja dan, isostni li jistenna li l-PPE jkun iktar koerenti u mhux jagħmlu hekk għax isibu lil pajjiżna żgħir. Din il-gazzetta kompliet billi staqsiet lill-Ministru jekk għadux jaħseb li l-Ministru Mizzi kellu jitfa' r-riżenja tiegħu mill-kariga. Għal dan, hu qal, "Mhux dejjem għidtha din? Jien ma biddilt xejn mill-opinjoni ta' qabel." Saħaq imbagħad li sabiex l-MPE jagħtu eżempju aħjar, u "jkunu f 'pożizzjoni li jipprietkaw il-virtuwijiet lil ħaddieħor," hemm bżonn li jaddottaw il-proposta biex jiddikjaraw il-kunflitti ta' interess tagħhom u biex ix-xogħol li jagħmlu fil-Parlament Ewropew ikun iktar trasparenti, jekk dawn ikunux qed jitkellmu għal interessi kummerċjali oħrajn. Evarist Bartolo Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016