Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

META kulħadd jimxi 'l quddiem, is-suċċess jieħu ħsieb tiegħu nnifsu. Meta jiġru 'l quddiem il-ftit, is-suċċess tagħhom ifisser il-falliment ta' ħafna. Biex nirnexxu bħala soċjetà u bħala pajjiż, kulħadd irid jimxi 'l quddiem u mhux il-ftit. F'pajjiżna sfortunatament huma biss il-ftit li qed jiġru 'l quddiem u hija din il-problema ewlenija li qed jaffaċċja pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Dan il-messaġġ ħareġ ċar kristall fid-diskors tiegħu li għamel il-Kap tal-PN Simon Busuttil meta lejliet l-Indipendenza il-Kap tal-PN Simon Busuttil indirizza folla sabiħa fuq il-Fosos tal-Floriana. Kien diskors li ħafna qisuh bħala wieħed mid-diskorsi l-aktar b'saħħithom u effettivi li għamel il-Kap Nazzjonalista kemm ilu li ħa it-tmexxija tal-PN mill-2013. Kien diskors ta' mexxej li mhux biss kien jikkonsisti fi kritika ġusta u kostruttiva għan- nuqqasijiet gravi li qed iwettaq il-Gvern tal- ġurnata, iżda fuq kollox diskors li offra impenn u viżjoni b'sensittività f 'alternattivi li huma s-soluzzjonijiet li dan il-pajjiż għażiż tagħna għandu bżonn. Wera biċ-ċar li llum il-PN bis- serjetà jinsab lest biex minn Oppożizzjoni pożittiva u pro attiva, imur għall-pass naturali li jmiss...dak ta' Gvern alternattiv. Il-Qasam Soċjali – Bis- serjetà prijorità għall-PN Fid-diskors tiegħu, Simon Busuttil reġa' wera biċ-ċar li l-qasam soċjali se jkun prijorità ewlenija fil-politika mħaddna minnu meta l-poplu Malti se jiġi mitlub biex jafda t-tmexxija f 'idejh wara l-elezzjoni li jmiss. Dan il-qasam tant vitali u sensittiv għas-soċjetà tagħna li sfortunatament rajnieh fl- aħħar snin jitlef kull sens ta' direzzjoni u prijorità. Inutli llum għandna Gvern u l-esponenti tiegħu jitkellmu dwar l-hekk imsejħa 'ekonomija b'saħħitha' meta mbagħad għandna nies fil-faxxa vulnerabbli f 'pajjiżna li mhux iħossu dak is-suppost effett pożittiv. Anzi agħar minn hekk, illum din il-faxxa ta' nies qiegħda dejjem tikber. In-numru ta' nies f 'riskju tal-faqar f 'pajjiżna kompla jiżdied, minkejja li fl-2013 il-Partit Laburista kien wiegħed li se jelimina għal kollox il-faqar minn pajjiżna. Rajna żieda ta' 19% fl-għoli tal-ħajja matul l-aħħar tliet snin, żieda ta' 15% fit-talbiet għall-akkomodazzjoni soċjali, żieda fil-kirjiet tal- akkomodazzjoni soċjali kif ukoll illum huwa fatt magħruf li ħ l-għafsa fuq l-anzjani kompliet dejjem tikber. Dawn huma figuri li mhux qed tgħidhom l-Oppożizzjoni iżda joħorġu minn rapporti u statistiċi varji li ġew ippubblikati f 'pajjiżna fl-aħħar xhur minn entitajiet diversi. Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix ukoll il-mument diffiċli li għaddejjin minnu dawk kollha li jmissu mal- oqsma tal-fostering u l-addozzjonijiet. In-nuqqas ta' interess u rispett lejn dawn in-nies mill-Gvern tal-ġurnata hija xi ħaġa li ma titwemminx. Anke dan in-nuqqas gravi min-naħa ta' min suppost qed iħares l-interessi tat-tfal u mhux jagħmel dan huwa sinjal ta' kemm dan il-Gvern falla fil-prijoritajiet tiegħu. Illum pajjiżna qed jesperjenza Gvern insensittiv f 'oqsma sensittivi. Simon Busuttil fid-diskors tiegħu li għamel lejliet l-Indipendenza mhux biss elenka dawn in-nuqqasijiet li għaddejjin minnhom l-aktar nies vulnerabbli f 'pajjiżna iżda poġġa l-impenn tiegħu bi proposti ċari u ta' mexxej li bis-serjetà qiegħed viċin in-nies u fl-istess waqt qiegħed jisma' u jagħti kas il- karba ta' dawn l-istess nies. Simon Busuttil tkellem li bil-PN fil-Gvern wara l-elezzjoni li jmiss se jkunu qed jiżdiedu b'mod sostenibbli l-pensjonijiet tal-anzjani tagħna kif ukoll fuq l-istess pensjonijiet l-anzjani ma jibqgħux iħallsu taxxa. L-impenn ta' Gvern immexxi minn Simon Busuttil se jkun ifisser ukoll li titneħħa t-taxxa fuq il- faqar li daħħal dan il-Gvern. Taxxa bla skruplu li l-Gvern, hekk suppost imsejaħ Laburista u tal-ħaddiema, daħħal meta żied il-kera tal-housing. Impenn ieħor li tkellem dwaru l-Kap tal-PN kien dak li bi Gvern ġdid Nazzjonalista, il-mediċini li għandhom bżonn l-anzjani tagħna se tkun qed tingħata lilhom kollha b'xejn filwaqt li dawk kollha li jkunu għaddejjin bil-kura għall- marda tal-kanċer se jkunu qed jieħdu din il-kura b'xejn għax hu dritt tagħhom u mhux bi pjaċir. Impenn mill-PN favur il- ħaddiema Numru kbir ta' ħaddiema li jaħdmu fiċ-Ċivil jinsabu għaddejjin minn mumenti xejn faċli. F'diversi dipartimenti u entitajiet tal-Gvern, hemm min illum jaħseb u jippretendi li għax il-Partit tiegħu jinsab fil-Gvern, jista' jintimida l-ħaddiema fuq il-post tax- xogħol. Hawn min qiegħed illum għax għandu kariga mogħtija lilu b'mod stramb u kapriċċuż minn dan il-Gvern jaħseb li jista' jagħmel li jrid u b'mod sfaccat qiegħed jiddiskrima u jwettaq inġustizzji fost il-ħaddiema. Il-PN illum, permezz tal-Uffiċċju Kuntatt fi ħdan l-istess partit li tiegħu jien responsabbli wara li ngħatajt dan l-inkarigu mill-kap tal-Partit, qed insegwu b'attenzjoni dak kollu li għaddej f 'postijiet tax-xogħol bħal fost l-oħrajn fl-Enemalta, fir-Residenza San Vinċenz, fil-Korp tal- Pulizija, fl-Armata, fil-BOV, fil-WasteServ, fl-ARMS, fl-aġenzija tal-Gvern bħal l-Appoġġ u Sapport kif ukoll fid-Dipartimenti varji tal-Gvern. Qed insegwu l-mod kif qed jiġu trattati l-ħaddiema inġustament. Anke hawn, il-Kap tal-PN Simon Busuttil fid-diskors tiegħu fuq il-Fosos tenna l-impenn tiegħu li bil-PN fil-Gvern immexxi minnu kien se jara li titwettaq ġustizzja ma' min qed isofri inġustizzja. Fi kliem il-mexxej Nazzjonalista ġustizzja tfisser li mhux biss inwaqqfu l-inġustizzja darba għal dejjem, iżda tfisser ukoll li min ġie diskriminat jingħata dak li ħaqqu u min wettaq l-inġustizzja jħallas għal għemilu. Nemmnu bis-serjetà li flimkien nistgħu nirnexxu Nagħlaq dawn il-ftit ħsibijiet billi ntenni sens ta' kuraġġ lill-poplu Malti u Għawdxi. Kuraġġ li nkomplu naħdmu u ma naqtgħux qalbna, li naħdmu bla serħan, li ma ninxtrawx, li ma narmux il-valuri tal- onestà u tal-bżulija u tar- rispett. Filwaqt li ż-żmien għaddej, jien ninsab dejjem konvint li l-familji Maltin u Għawdxin, anke fis-skiet ta' darhom mingħajr ħafna daqq ta' trombi, qegħdin dejjem jifhmu li l-uniku alternattiva għal dawn il- ħniżrijiet fuq forom varji li qed naraw ta' kuljum iseħħu f 'pajjiżna, huwa biss il-PN immexxi minn Simon Busuttil bħala l-uniku alternattiva. Dan is- sentiment inħossu anke jien personalment mill- esperjenzi personali waqt iż-żjarat li jien nagħmel regolarment għand il-familji fid-distrett (Mellieħa, San Pawl il- Baħar u n-Naxxar) li tiegħu jien nirrapreżenta fil-Parlament. Sentiment li bis-serjetà, bil-PN fil-Gvern immexxi minn Simon Busuttil nistgħu nirnexxu flimkien bħala poplu wieħed f 'ambjent politiku ġdid fejn jispikkaw fuq kollox it-trankwillità, ir- rispett u s-serħan il-moħħ. F'Simon Busuttil, il-poplu Malti u Għawdxi qed jara dejjem aktar fih garanzija ta' kompetenza , integrità u onestà. Robert Cutajar huwa Kelliem tal-PN għall- Familja, Ħarsien tat- Tfal, Anzjani u Persuni b'Diżabbiltà robert.cutajar@pn.org.mt illum | Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 Opinjoni 16 Minn Oppożizzjoni pożittiva għall-Gvern alternattiv ROBERT CUTAJAR "In-numru ta' nies f 'riskju ta' faqar f 'pajjiżna kompla jiżdied, minkejja li fl-2013 il-Partit Laburista kien wiegħed li ser jelimina għal kollox il-faqar minn pajjiżna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016