Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat Pembroke A. ................ 2 Tarxien R ..................... 2 FIL-KONFRONT bejn Pembroke Athleta u Tarxien Rainbows, ma kien hemm l-ebda tim rebbieħ, hekk kif il-konfront ta' bejniethom intemm fi draw ta' 2-2. Kienu Pembroke Athleta li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara kwarta logħob meta tentattiv minn freekick potenti ta' Andrea Scozzese ġie mitfugħ bil- ponn f 'corner bi bravura mill-goalkeerer żagħżugħ tar-Rainbows, Andrea Cassar. Ħames minuti wara, it-tim immexxi minn Winston Muscat fetaħ l-iskor meta wara li rċieva minn cross fil-baxx ta' Brandon Muscat li qata' lid-difiża tar- Rainbows, daħal bħal vleġġa d-difensur mill-Maċedonja, Asani Djeljilj, li minn taħt il- lasta tefa' l-ballun fix-xibka. Tarxien Rainbows ġabu l-iskor indaqs fl-40 minuta meta wara li rċieva minn corner ta' Triston Caruana, għola tajjeb Ebiabowei Baker li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Pembroke Athleta, Matthew Calleja Cremona. Tarxien Rainbows fetħu l-ewwel taqsima bħala l-aħjar tim u fl-54 minuta l-attakkant Brażiljan Alex da Paixao Alves ittanta xortih permezz ta' xutt minn ġol-kaxxa li iżda għadda ċentimetri barra mil-lasti ta' Matthew Calleja Cremona. Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor biex marru fil-vantaġġ fis-66 minuta meta f 'azzjoni identika tal-ewwel goal ta' Pembroke Athleta, Alex da Paixao Alves xeħet cross lejn Daniel Ponce De Leon Garcia li mill-viċin tefa' ġewwa. Pembroke Athleta rrispondew fis-70 minuta meta xutt angulat ta' Siraj Arab ġie devjat f 'corner minn difensur ta' Tarxien Rainbows. Fit-87 minuta, Pembroke Athleta ġabu l-iskor indaqs meta minn freekick tas- sostitut Mateus Regis da Silva, il-ballun spiċċa f 'saqajn il-captain Serb, Zoran Levnaic, li kważi minn fuq il-linja tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras. Pembroke A. - Calleja Cremona, Micallef, Maksymov (Gauci 81'), Scozzese, Borg (Regis Da Silva 70'), Muscat, Levnaic, Djeljilj, Montebello (Mariano 61') , Barbetti, Arab Tarxien R. - Cassar, Baker, Edu Nkene, Caruana, Ponce De Leon Garcia, Nillson (Micallef 65'), Marcelina, Fernandez Prendes, Zerafa, Da Paixao Alves, Zammit (Borg 73') Referi - Etienne Mangion ALEX DA PAIXAO ALVES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fis-17 ta' Jannar 1993 fil-Brażil u għandu 23 sena. Dan hu t-tieni staġun konsekuttiv tiegħu ma' Tarxien Rainbows. L-ebda rebbieħ bejn Pembroke A. u Tarxien R. Triston Caruana f 'konfront għall-ballun ma' Paltemio Barbetti Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016