Illum previous editions

ILLUM 2 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/734028

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 2 ta' Ottubru 2016 | illum Qed inqatta' wisq ħin fuq Facebook... minn Albert Gauci Cunningham ILLUM il-ġurnata, l-użu ta' Facebook u tal-midja soċjali saret bħall- ħobż u l-ilma ta' kull ġenerazzjoni, imma l-aktar ta' dik żagħżugħa u dik ta' mezz'età. Stħarriġ li sar mill-ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and other Drugs) juri kif medja ta' 87% ta' dawk li ħadu sehem u li fil-maġġor parti tagħhom huma bejn 15 u 16-il sena użaw l-internet matul dawn l-aħħar sebat ijiem. B'kollox, skont l-istudju bbażat fuq l-2015, 71.4% taż-żgħażagħ f 'din l-età użaw xi forma jew oħra ta' midja jew siti soċjali li fosthom, Facebook jibqa' l-aktar popolari. It-tfajliet jidher li jużaw is-siti soċjali ħafna iktar, fil-fatt, filwaqt li 23.6% ta' dawk is-subien li pparteċipaw qalu li jużaw il-midja soċjali għal madwar sitt sigħat jew iktar, dan il-persentaġġ jitla' għal 33.3% fost il-bniet. Dan ifisser li persentaġġ pjuttost konsiderevoli ta' persuni fl-ewwel snin taż-żgħożija qed iqattgħu madwar nofs il-ġurnata jużaw il-midja soċjali. Interessanti iżda, li minkejja l-prevalenza qawwija tal-użu tal-midja soċjali, 56.6% ta' dawk li pparteċipaw fl-istħarriġ jaqblu li qed 'iqattgħu wisq ħin fuq il-midja soċjali'. Fost it-tfajliet din 'l-iskuntentizza' hija ogħla, b'66% jgħidu li qed iqattgħu wisq ħin jużaw il- midja soċjali. Interessanti, jekk mhux inkwetanti wkoll, huwa kif minoranza sostanzjali ta' 39% iħossu li l-burdata tagħhom tinbidel għan-negattiv jekk ma jkunux jistgħu jużaw il- midja soċjali, għal darb'oħra bil-bniet jirreġistraw persentaġġ ogħla ta' 'burdata ħażina' fin-nuqqas ta' siti u midja soċjali. Jafu li qed isiru dipendenti fuq ħajja virtwali L-ILLUM għamlet kuntatt ma' Louisa Houlton, Psikologu tat-Tfal u staqsietha kif tispjega l-fatt li minkejja l-użu mifrux tal-midja soċjali, iktar min-nofs dawk mistħarrġa jħossu li qed jużawh wisq. "Għax qed jindunaw li din dipendenza, bħalma hemm dipendenzi oħrajn," tibda twieġeb Houlton. "U bħalma jiġri f 'każ ta' dipendenzi oħrajn, ċerti nies ikunu in denial, jafu li saru dipendenti, jammettu li saru dipendenti, imma jibqgħu dipendenti, anke jekk jafu li qed tikkontrollahom." L-ILLUM tistaqsi lil Houlton biex tispjega aħjar xi tfisser meta tgħid li l-midja soċjali tista' qed tikkontrollahom. "Għax tieħu kontroll ta' ħajjithom, fejn dak li jkun," tkompli tgħid il-psikologu, "iktar ikun moħħu fuq dak li qed jiġri fuq sit soċjali bħal Facebook milli x'qed jiġri fil- ħajja reali." Tkompli tispjega kif għal bosta, l-ħajja tibda tiffoka fuq il-virtwali iktar milli fuq ir-reali. Imma d-dipendenza fuq il-midja soċjali hija simili għal dipendenzi oħrajn, bħall-alkoħol u d-droga li l-istess stħarriġ tal-ESPAD jitkellem dwarhom? "Le, mhux eżattament," tibda twieġeb Houlton, "fis-sens li fir-rigward ta' vizzji bħal xorb u droga l-effetti huma l-aktar fiżiċi, imma fil-każ tal-midja soċjali huma aktar psikoloġiċi." F'dan il-punt, il-psikologu Houlton mal- ILLUM telenka diversi fatturi biex tispjega dan; "l-istima tiegħek innifsek tkun tiddependi dejjem aktar fuq kemm se taqla 'likes' u 'kummenti pożittivi'. Anke fir-relazzjonijiet," tkompli tispjega, "kważi, kważi, jsir aktar importanti x'qalu n-nies dwar ir-relazzjoni tiegħek u kemm ir-relazzjoni tiegħek qed tingħata approvazzjoni, milli l-ħin li tqatta' mal-istess sieħeb/sieħba." Bżonn ta' edukazzjoni u kuxjenza Il-psikologu Houlton tgħid li għalkemm l-avvanz u l-progress kbir li ġabet magħha l-midja soċjali la tista' u lanqas għandha titreġġa' lura, "hemm bżonn li jkun hemm edukazzjoni u kuxjenza." Tgħid li għandna bżonn nifhmu li "l-ħajja għandha tibqa' waħda profonda, għax ħajja li tiddependi fuq il-virtwal tibqa' waħda superfiċjali." Intant, ir-rapport tal- ESPAD juri wkoll kif 48% taż-żgħażagħ f 'din l-età (15-16) qatt ma jaqraw ktieb jew jaqraw ktieb ftit drabi matul is-sena. Jiżvela wkoll kif 30% jilagħbu logħob fuq il-kompjuter kuljum u fuq nota pożittiva 65% jagħmlu xi forma ta' attività fiżika kuljum jew tal-anqas darba fil-ġimgħa. 57% taż-żgħażagħ jammettu li qed iqattgħu wisq ħin jużaw Facebook imma 39% jgħidu li mingħajru tinbidlilhom il-burdata Id-defiċit jonqos bin-nofs FL-EWWEL tmien xhur tas- sena, id-defiċit naqas bin-nofs, minn €141 miljun fl-istess perjodu s-sena l-oħra għal €79 miljun, din is-sena. Dan filwaqt li n-nefqa tal-Gvern żdiedet b'€38 miljun jew 1.6% aktar mill-istess perjodu fl- 2015. Anke d-dħul tal-Gvern żdied b'€100 miljun jew 4.5% meta mqabbel mal-istess perjodu ta' żmien is-sena l-oħra. Dawn iċ-ċifri kienu ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal- Istatistika. Kull sena jkunu rappurtati 1,000 każ ta' vjolenza domestika FID-DAWL tal-aħħar omiċidju li ħalla omm ta' 41 sena mejta (ara paġna 10), liema każ jista jkun każ ieħor ta' vjolenza domestika, jirriżulta li f 'pajjiżna b'kollox isiru madwar 1,000 rapport fis-sena lill-Pulizija u li jitrattaw agressjonijiet simili. Dawn iċ-ċifri, li joħorġu minn riċerka li saret mill-Professur u Kap tad-Dipartiement tal-Kriminoloġija Saviour Formosa, kienu diskussi f 'laqgħa bejn id-Dekan tal-Fakultà għall-Ħarsien Soċjali Andrew Azzopardi u l-Victim Support Malta. L-għan tal-laqgħa kien biex ikun skoperti modi differenti ta' kif iż-żewġ naħat jikkolaboraw bejniethom biex jiżviluppaw proġetti ta' riċerka bl-għan ewlieni li jinħolqu politiki ġodda kontra l-kriminalità. Il-Fakultà mmexxija minn Azzopardi tħoss li huwa importanti li l-Istat jkun dejjem kommess u jagħti appoġġ lill-vittmi ta' kriminalità, inkluż ta' vittmi ta' vjolenza domestika. 1,000 każ rappurtat ta' vjolenza domestika kull sena

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 October 2016