Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Intervista 12 Għix u ħalli l-min Kieku l-pajjiżi kollha tad-dinja jwarrbu t-twemmin u l-kulturi tagħhom u jkunu aktar tolleranti lejn xulxin, ma jkunx hawn problemi razzjali. G ħal tfajla Musulmana li tgħix Malta, il- ħajja fl-università, imdawra bi studenti u għalliema li għandhom mentalità miftuħa u tolleranti, id-differenza ta' kultura u reliġjon hija kważi rrilevanti. Barra mill-università, fit- triq, fuq bus stops u fuq il-karozzi tal-linja, il-perċezzjoni tan-nies tinħass differenti. Illum f 'pajjiżna wasalna fi stat fejn is-sempliċi fatt li wieħed jara mara liebsa hijab, inissel fih biża' u intimidazzjoni, ħafna drabi ġejjin mill-ġeneralizzazjoni li dak kollu li huwa Musulman jew Għarbi jitqiegħed taħt kappa waħda. L-ILLUM iltaqgħet ma' Sara Ezabe, tfajla Maltija ta' 20 sena, li tħaddan ir-reliġjon Musulmana u li tkellmet ma' din il-gazzetta dwar id-differenza bejn reliġjon, kultura u tradizzjoni u l-problemi li jinqalgħu f 'ħafna soċjetajiet meta ma jkunx hemm distinzjoni bejn dawn. Id-differenza ta' kultura, tbeżża' lil ħafna nies Sara enfassizzat dwar il-punt li għandu jkun hemm distinzjoni bejn reliġjon u kultura, u li dan jgħodd għar-reliġjonijiet kollha. "Minkejja li hawn ħafna pajjiżi li jħaddnu l-Iżlam bħala reliġjon, kull wieħed minnhom għandu kultura differenti, li tiddetta mġiba differenti, hemm ħafna miżinformazzjoni dwar dawn", spjegat Sara, hekk kif anke semmiet li saħansitra l-mod kif jilbsu huwa differenti, u li huwa nuqqas ta' informazzjoni meta wieħed jittimbra l-Musulmani kollha bħala "razza" waħda li tilbes pereżempju hijab, u lbies twil u saħansitra burka. Mhux kull pajjiż għandu kultura u użanzi l-istess. Suġġett li tkellmet fuqu anke f 'kampanja bit-tema tal-identità li mexxiet hi stess, Sara għamlet distinzjoni dwar kulturi differenti, li jiġu wkoll effettwati mill-pajjiż fejn wieħed jinsab. F'ċirkostanzi ideali, spejgat Sara, f 'soċjetà multikulturali jkun hemm rispett reċiproku lejn l-użanzi rispettivi, fejn pereżempju Musulman jaċċetta li sħabu qegħdin jiċċelebraw il- Milied filwaqt li huma jagħmlu l-istess waqt ir-Ramadan. L-opinjoni ġenerali hija li kultura Iżlamika ma ġġibx rispett lejn in-nisa Id-dinja tal-punent, li tħaddan il- libertà tal-espressjoni, l-ugwaljanza u r-rispett tad-drittijiet, ta' spiss tittimbra l-kultura Għarbija bħala waħda li m'għandhiex l-istess valuri, speċjalment fejn jidħol ir-rispett lejn in-nisa. Din il-gazzetta staqsiet lil Sara, bħala mara Musulmana x'taħseb dwar dan, u għaliex hi, bħala Maltija m'għażlitx li tgawdi mil- libertà ta' esperessjoni u mġiba li jgawdu l-bqija tan-nisa Maltin. Għal darb'oħra, Sara reġgħet enfassizzat id-differenza bejn ir- reliġjon u l-kultura. Hija sostniet li dawn in-nuqqasijiet ta' libertà mhumiex parti minn kultura Iżlamika inġenerali, iżda ta' pajjiżi partikolari. Hija stess pereżempju, minkejja li tħaddan ir-reliġjon Iżlamika hija affetwata mill-kultura Maltija li trabbiet fiha, u din teffetwalha l-mentalità u l-imġiba tagħha. Mir-risposti li tat waqt l-intervista, kien jidher biċ-ċar li Sara hija tfajla b'moħħha miftuħ ħafna, tolleranti għad-diversità u l-multikulturaliżmu tolleranti, li fil-fehma tagħha, m'għandux ikun hemm problema biex żewġ kulturi tant differenti u kontrastanti bejnithom jikkonvivu. Mini-skirt jew Hijab? … Bikini jew Burkini? Sara, li forsi bħala linja ta' ħsieb, tinsab f 'minorità sfortunatament, temmen li ebda reliġjon m'għandha taffetwa l-libertà u ħadd m'għandu dritt jiġġudika kif jilbes jew iġib ruħu xi ħadd ieħor. Hija tgħid li l-għażla jekk mara tilbisx mini-skirt jew hijab għandha tkun tagħha biss, mhux influwenzata u lanqas iġġudikata minn ħadd. "Il-Libertà," tgħid Sara, "mhux li mara tilbes dublett qasir, imma li tagħmel dak li tħossha komda bih" L-ILLUM staqsiet lil Sara, x'inhi l-opinjoni tagħha dwar każi rrapportati fil-media fl-Ewropa fejn xi rġiel Musulmani, kellhom problemi b'nisa Ewropej li kienu lebsin bikini fuq ramla f 'pajjiżhom u saħansitra għajruhom u riduhom jitgħattew għax qalu li kienu qed joffendulhom il-morali tagħhom. Għal darb'oħra, ir-risposta ta' Sara kienet waħda ta' persuna idealista, fejn tkellmet dwar l-importanza tal-libertà ta' espressjoni u mod kif tilbes, li hi ddeskriviet bħala espressjoni tal-identità tal- individwu. Iżda li baqgħet ma rrispondietx, kien għaliex dawn il-każi qegħdin jiġru f 'pajjiżi tal- punent u ġeneralment marbutin ma' rġiel Musulmani. Sara baqgħet issostni l-punt li dawn l-inċidenti huma relatati ma' kulturi ħżiena u nuqqas ta' edukazzjoni ta' ċerti pajjiżi partikolari, u m'għandhomx jiġu ġeneralizzati. Il-mistoqsija baqgħet li minkejja li mhux sew li tiġġeneralizza, il-fatt jibqa' li każi bħal dawn u oħrajn anke agħar minnhom għadhom isiru. Mhux sew li pajjiż Ewropew ibiddel l-użanzi u l-kultura tiegħu biex jakkomoda komunitajiet Musulmani B'mod aktar frekwenti, il- media madwar l-Ewropa kollha qed tirrapporta każi fejn ħafna komunitajiet Musulmani li stabilixxew ruħhom f 'numru ta' pajjiżi, minflok addattaw l-użanzi u l-kultura tal-pajjiż li qed jgħixu fih, bħalma tagħmel Sara hawn Malta, numru ta' komunitajiet Musulmani jippretendu, anke permezz ta' dimostrazzjonijiet u protesti, li l-pajjiż jinbidel għalihom, u jakkomoda l-użanzi tagħhom, li ħafna drabi jmorru kontra l-mod tal-ħajja tal-pajjiż. Dwar dan Sara, taħseb li f 'ħafna minn dawn il-każi, ikun hawn ħafna informazzjoni li ma tkunx ingħatat b'mod ċar lin-nies, u li f 'ħafna każi, bħal pereżempju t-tneħħija tal-kurċifissi fi skejjel Taljani, ma kinux Musulmani, iżda xi Taljani Ateji li talbu t-tneħħija tal-kurċifissi, iżda l-media ppuntat subgħajha lejn il-Musulmani. Skont Sara, il-biża' li hawn fis-soċjetà ġejja min-nuqqas ta' informazzjoni, filmati foloz u esaġerazzjonijiet, li jimlew moħħ in-nies kontra dak kollu li hu Musulman jew Għarbi. "Jien personalment, m'għandi problema b'xejn; la qatt indħalt lil sħabi x'jieklu jew x'jilbsu. Jekk jien inħoss li m'għandix nagħmel xi ħaġa, ma nagħmiliex. Ħadd Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt Il-Libertà mhux li mara tilbes dublett qasir, imma li tagħmel dak li tħossha komda bih " " Jien personalment, m'għandi problema b'xejn; la qatt indħalt lil sħabi x'jieklu jew x'jilbsu. Jekk jien inħoss li m'għandix nagħmel xi ħaġa, ma nagħmilhiex. Ħadd m'għandu d-dritt jimponi xejn fuq ħadd ieħor " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016