Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Intervista 13 l-min jgħix… m'għandu d-dritt jimponi xejn fuq ħadd ieħor". Din hija l-opinjoni u l-mentalità ta' Sara, persuna Musulana waħda li taħsibha b'mod vera liberali u tolleranti. Għaldaqstant, il-mistoqsija u l-biża' ta' ħafna tibqa' xorta waħda… kemm hawn oħrajn jaħsbuha bħal Sara? La liebsa mqaċċat ħaqqha tiġi stuprata… u dawk il-gays kollha għall-mewt… L-intolleranza lejn nies ta' etniċità u sesswalità differenti u n-nuqqas ta' rispett lejn in-nisa huma żewġ affarijiet deplorevoli li anke Sara Ezabe personalment tikkundanna. Hija, peress li twieldet u trabbiet Malta, pajjiż Ewropew, taħsibha bħall-maġġoranza tal-Maltin dwar ir-rispett li għandu jinġieb lejn in-nisa. Meta mistoqsija dwar kif taħsibha dwar l-omosesswali, Sara ma ħasbithiex darbtejn tgħid li la hemm l-imħabba bejn żewġ persuni, ħadd m'għandu d-dritt jiġġudika jew jippersegwita. L-ILLUM qajmet dan l-argument ma' Sara minħabba l-fatt li f 'ħafna pajjiżi Musulmani, bil-kulturi rispettivi tagħhom, l-omosesswali huma ppersegwitati u f 'ċertu pajjiżi, bħalma anke ġie rrappurtat fil-media internazzjonali, uħud ġew saħansitra maqtula. Bħal fl-argumenti l-oħra li qajmet din il-gazzetta ma' Sara, hija tat l-opinjoni personali tagħha, li hija kollha favur rispett, tolleranza u ugwaljanza. Dan iqajjem daqsxejn ta' dubji jekk fil-verità huwiex sew li Sara tkun kelliema f 'isem il- komunità Musulmana kollha, għax sfortunatament, ftit ħafna minn dawn li qegħdin jgħixu fl-Ewropa ma jaħsbuha bħalha, jew iġibu ruħhom bl-istess mod. Immaġina n-nies kollha, jgħixu ħajja ta' paċi… Il-mentalità ta' "għix u ħalli lil min jgħix", li għandha Sara, kieku jaħasra tiġi addotata minn kulħadd, irrispettivament minn reliġjon u kultura, żgur li ma jkunx hawn problemi razzjali fid-dinja. Ir- realtà hija iżda li la Sara u lanqas ħaddieħor fid-dinja, mhu qed jgħix f 'din is-soċjetà utopika fejn kulħadd huwa tolleranti u jirrispetta lil xulxin. Forsi Sara, bħal ħafna żgħażagħ oħrajn tal-età tagħha, qegħdin fit- triq it-tajba biex iwittu t-triq għal futur aktar tolleranti fejn il-kunċett ta' multikulturaliżmu jaħdem vera. Il-problema li ddiskutiet magħha din il-gazzetta hija iżda, dwar is-sitwazzjoni preżenti, fejn il-persentaġġ ta' nies li jaħsbuha bħalha, kemm Musulmani, kif ukoll ta' reliġjonijiet oħrajn għadu żgħir, u l-każi ta' intolleranza għadhom ħafna. Forsi l-aħjar mod biex tingħalaq din l-intervista, b'rispett għall- idealiżmu paċifiku u tolleranti ta' Sara Ezabe, ikun li tiġi kkwotata d-diska 'imagine', ta' John Lennon, li f 'silta minnha tgħid… "Immaġina kieku m'hemmx pajjiżi Mhux diffiċli li tagħmel hekk Xejn li għalih toqtol jew tmut U mingħajr reliġjonijiet ukoll Immaġina n-nies kollha Jgħixu ħajja ta' paċi… Tista' tgħid li jien wieħed li noħlom Imma miniex l-uniku wieħed Nispera li xi darba tingħaqdu magħna U d-dinja tkun ħaġa waħda…" Sara Ezabe Ritratt: Chris Mangion