Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
minn John Busuttil MARCELLO u Marlon huma żewġ aħwa Għawdxin li jimxu wara l-passi ta' xulxin anke jekk il-karattri huma ferm diversi. Marcello għandu 19-il sena u bħalissa jinsab l-Università jistudja għal BSC fin-nursing, filwaqt li Marlon għandu 17-il sena u qed jistudja l-istallazzjoni elettrika fl- MCAST. Marlon li għandu karattru aktar 'happy go lucky' dejjem mexa wara l-passi ta' ħuh Marcello li aktar jaħseb u jidħol fil-fond tal-problemi minn ħuh iż-żgħir. "Jien dejjem imxejt wara l-passi ta' ħija l-kbir" qalli Marlon b'Marcello jwieġeb b'mod sarkastiku, "da żgur wara li nifrixlu s-sodda jien." Kienu battibekki ħelwin ħafna bejn żewġt aħwa li ma jgħaddux mingħajr xulxin tant li t-tnejn huma fost l-aqwa talenti fl-isparar tal-Iskeet u t-tnejn li huma jaħdmu bħala 'life guards' mal-ERRC fejn jieħdu ħsieb ħames bajjiet f 'Għawdex bl-akbar xogħol ikun il-Blue Lagoon ta' Kemmuna. Huma l-uniċi żewġ żgħażagħ f 'Malta u Għawdex li jirrapreżentaw lill-pajjiż fuq livell tal-'juniors' u kull kompetizzjoni li jieħdu sehem fiha dejjem iridu jikkompetu mal-adulti u xorta jġibu riżultati mill-aqwa tant li dan l-aħħar Marcello ġie l-ewwel fit-Tazza Indipendenza meta laqat 48 minn 50 plattina u ħuh Marlon kien it-tieni l-aktar li laqat b'46 minn 50 plattina. Interessanti li ż-żgħir jikkompeti f 'kategorija A u bħalissa l-kbir li hu meqjus bħala atleta elite niżel fil- kategorija B minħabba li naqas li jikkompeti minħabba l-eżamijiet għall-Università. "L-ewwel l-iskola, il-plattini jiġu wara" qalli Marcello fejn qal li sew hu kif ukoll ħuh għandhom ħolma li jridu jwettquha li mhux biss jirrapreżentaw lil Malta fl-Iskeet, "iżda rridu nirbħu l-midalji għal Malta". Hu fattur ukoll li f 'dan l-Isport biex tilħaq l-ogħla livelli mhux biss it-talent li jwasslek. Iżda jrid ikollok flus biżżejjed biex titħarreġ. Fil-fatt il-ġenituri ta' Marcello u Marlon joħorġu minn buthom €54 għal kull tifel kull ġimgħa biex jmorru jisparaw 3 darbiet fil-ġimgħa. Dan ifisser li jħallsu €108 fil-ġimgħa, kważi €6,000 fis- sena. Fil-fatt tkellimna ma' missierhom, Richard li hu eks bodybuilder u weightlifter li ammetta dan kollu u qalli li dan jista' jaffordjah għax jaħdem bħala mastrudaxxa għal rasu. Il-missier qalilna wkoll li hu mbuttahom għal dan l-isport għax jemmen li f 'Malta nistgħu nirnexxu biss fl-Isport Individwali u dan l-isport hu wieħed mill- aktar nadif. Qalilna wkoll li dejjem sab xi għajnuna mill- Ministeru għal Għawdex u anke mill-Kumitat Olimpiku. Barra dan is-snieter jiswew €1,800 kull wieħed u qed jaħseb biex jixtrilhom ieħor li jiswa madwar €5,000. Staqsejt lit-tfal jekk is-senter jagħmilx differenza: "It's not about the gun...it's you," qalilna Marlon filwaqt li Marcello qal li qisek qed tqabbel Ferrari ma' Peugeot, "it-tnejn iwassluk fejn trid iżda s-senter trid torbot qalbek miegħu." Staqsejt liż-żewġ tiraturi kif beda fihom din in-namra f 'dan l-isport fejn marcello qalli li meta kellu 14-il sena missieru kien ħadu jispara għall-plattini għax hu kien jammira mmens lil William Cutajar, "Mill-ewwel darba li sparajt qatt ma tlaqt is-senter minn idi." Marlon beda jilgħab il-futbol iżda meta ra lil ħuh jispara, tħajjar hu wkoll u minn ta' 13-il sena ntefa' f 'dan l-isport ukoll. Il-fatt hu li ż-żgħir Marlon, ma tantx jaħsibha u beda jispara mingħajr ħafna biżgħat jew stress u fil-bidu beda jagħmel suċċess aktar minn Marcello li beda jsibha diffiċli jikkompeti ma' ħuh li kulħadd kien ifaħħru u missieru stess beda qisu jaqta' qalbu minnu, "Iżda għalkemm il-ġenituri tiegħi qishom qatgħu qalbhom minni, jien qatt ma qtajt qalbi u meta ħallewni waħdi mingħajr pressjoni bdejt inġib ir-riżultati li wassluni sa fejn ninsab illum," qal Marcello. Min-naħa l-oħra Marlon qal li huma t-tnejn ambizzjużi, "ma ngħirux għal xulxin u nixtiequ li t-tnejn li aħna mmorru tajjeb imma kultant ikun hemm xi ftit rivalità." Għalkemm l-akbar rivalità bejniethom tidher li hi dwar il-ħwejjeġ għax Marcello jgerger meta Marlon juża l-ħwejjeġ tiegħu, "għax Marlon jittrenja l-weights u miftuħ aktar minni u allura jwessagħhomli". Fil-fatt it-tnejn li huma qaluli li għall-isport tagħhom bilfors iridu jżommu ruħhom fiżikament tajbin fejn il- ġisem irid ikun rilassat u mentalment iridu jkunu illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Għawdex 14 Jisparaw u jsalvaw 2123 4710 www.mita.gov.mt Għal aktar informazzjoni, kkuntattja lill-Finance and Contracts Department Dawn is-sejħiet għall-oerti jistgħu jinkisbu mis-Sistema Elettronika għas-Sejħiet Pubbliċi (www.etenders.gov.mt) Provision of Development and Data Migration Services – T106/16 Data ta' ħruġ: 4 t' Ottubru 2016 / Data ta' għeluq: 26 t' Ottubru 2016 IL-MITA TIXTIEQ TAVŻA LI QEGĦDIN JINTLAQGĦU OFFERTI GĦAL: Sejħa għall- OFFERTI Operaturi Ekonomiċi li huma interessati sabiex jipparteċipaw f 'dawn is-sejħiet għall-oerti huma mħeġġa jieħdu nota għall-workshops organizzati mid-Dipartiment tal-Kuntratti s-Centre for Development Research and Training (CDRT), it-Telgħa ta' Sa Maison, il-Furjana. F'dawn il-workshops, Operaturi Ekonomiċi jkollhom l-opportunità li jsiru jafu aħjar kif għandhom jikkompilaw u jissottomettu l-oerti tagħhom onlajn. Iktar informazzjoni tinsab d-dokument tal-oerta. Marcello u Marlon Attard • Ħolma li jirbħu midalji għal Malta u sodisfazzjon li jsalvaw ħajjet in-nies • Biex jittrenjaw l-ġenituri tagħhom iħallsulhom €108 fi l- ġimgħa • Marcello ma jarax futur għalih f 'Għawdex, Marlon jgħid li xejn ma jaqilgħu minn Għawdex Flimkien ma' William Chetcuti it-tiratur li ġennen lil Marcello jibda jispara Marlon jispara