Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Għawdex 15 Il-Hamis TVM 20:50 ppreparati mmens, "l-istress hu l-akbar għadu għall- isport tagħna, fil-fatt jien inbati meta jkolli xi eżamijiet fil-viċin." Qal Marcello li minħabba l-istudju kien niżel jispara f 'kategorija B, għax ma setax jitħarreġ biżżejjed. Marcello fil-fatt għandu karattru li jemozzjona ruħu ħafna u biex jispara jrid ikollu moħħu bla ħsibijiet xejn. Tant li lanqas irid lil ħadd jeħodlu ritratti waqt li jispara u jinduna hu għax jitfixkel. Marcello qal ukoll li missierhom jimbuttahom wisq, anke jekk hu grazzi għalih li waslu f 'dan il-livell, "kultant ikun qed jiżbalja u ma jindunax. Bħal fil-każ tal-istudju tiegħi fin-nursing, fejn dejjem jgħidli biex insib karriera oħra, iżda għalxejn jgħidli għax in-nursing inħobbu u hemm irrid nasal." Dan l-aħħar iż-żewġ tiraturi ħadu sehem f 'Udine fil-Gran Prix tal-Juniors u għalkemm marru mhux ħażin, ma marrux tajjeb daqs kemm xtaqu, "stajna morna aħjar" qal Marcello. "Iżda jibqa' l-fatt li wara li ġejna minn din il-Gran Prix l-iskors tagħna splodew." It-tnejn li huma faħħru l-għajnuna li jsibu mix- shooting range ta' Malta li jżommulhom nofs prezz u anke mix-shooting range ta' Għawdex fejn Joseph Borg li jmexxi x-shooting range taż-Żebbuġ ġieli jiftaħ għalihom biex jittrenjaw. "Iżda jkollna bżonn aktar ħin u għalhekk jien noqgħod Malta matul il-ġimgħa. Barra li nistudja Malta, jkolli iżjed ħin biex nitħarreġ fejn żidt ġurnata oħra ta' taħriġ. Jidher li sew bħala xogħol kif ukoll bħala sparar Malta se tkun il-futur tiegħi u jekk nibni familja Malta, hemm nibqa." Dak il-ħin qabeż ħuh iż-żgħir, Marlon u qalli bl-Ingliż, "Nothing replace Gozo". Iż-żewġ tiraturi qed jitħarrġu għas-Small Nations Games, għal World Cup tal-Juniors f 'Awwissu u mill-Milied se jibdew taħriġ intensiv fejn iridu jisparaw 500 tir kull wieħed fil- ġimgħa. Barra hekk qabel is-Sajf fi ħsiebhom imorru training camp f 'Lonato ma' Garda. 'Life Guards' Iż-żewġ żgħażagħ barra l-isparar u l-istudji tagħhom għandhom speċi ta' 'hobby' jew xogħol ieħor, dik li jsalvaw in-nies mill-baħar meta jsibu ruħhom f 'diffikulta. Huma fil-fatt jaħdmu mal-ERRC, NGO f 'Għawdex li jieħdu ħsieb ħames bajjiet prinċipali f 'Għawdex, li tinkludi Kemmuna. Qalulna li dan ma jagħmluhx għal qligħ ta flus, anke jekk jingħataw xi allowance tal-ħin li jqattgħu fil-bajjiet, "L-akbar xogħol jinsab il-Blue Lagoon fejn kuljum fis-sajf jkun hemm 3,000 persuna. U f 'ġurnata kwieta jkollna madwar 5 persuni f 'diffikulta li nsalvawhom mill-mewt. L-akbar problema huma n-nies Ażjatiċi u Afrikani li ma jafux x'inhu baħar jew xi jfisser baħar. Meta jarawh sabiħ jaqbdu u jinżlu u ma jindunawx kemm hemm kurrenti bejn Kemmuna u Kemmunett li jġorrok u jiġbdek, speċjalment f 'ċertu rjiħat. Meta jkun hemm il- lifeguards kważi impossibbli li jmut xi ħadd u meta jmutu jkun b'xi attakk tal-qalb u mhux għax jgħerrqu." qal Marcello. "Din is-sena mietu tnejn f 'Mejju għax aħna bdejna xogħol minn nofs Ġunju u fil-fatt issa se nibdew minn nofs Mejju, eżatt minn meta jibdew il-laneċ imorru hemm bit-turisti. Sadattant Marcello qal li min imur Kemmuna għandu joqgħod attent li fin-nofs hemm speċi ta' għolja tar-ramel fil-baħar li turik li qiegħed fil-baxx, iżda fil-ġenb tagħha jkun għoli u l-kurrent jiġbdek f 'din il-biċċa fonda, "jekk tinġibed mill-kurrent nagħti parir biex wieħed ma jippruvax jgħum kontra l-kurrent iżda komplu għumu favur il-kurrent." Sew Marlon kif ukoll Marcello rrakkuntawli xi esperjenzi tagħhom meta salvaw xi nies f 'diffikultà u kemm iħossu sodisfazzjon wara. "Barra hekk dan ix-xogħol iddixxiplinana u tgħallimna ħafna minnu." Marcello jispara Marcello rebaħ it-tazza Indipendenza meta laqat 48 minn 50 plattina