Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
M eta xi ġeneral Ruman kien jidħol f 'Ruma imexxi parata trijonfali bil- leġjuni tiegħu wara li jkun għamel xi rebħa kbira, warajh fuq il-karozzella kien ikollu lsir, li waqt li jżommlu ftit 'il fuq minn rasu il-kuruna tar-rand tar-rebħa, kien il- ħin kollu jsefsiflu f 'widnejh, "ftakar li int bniedem, u trab kont u trab trid terġa' ssir," biex ma jdaħħalhiex f 'rasu li kien sar xi alla bħal kbir Marte. Drawwa li nqatgħet, imma meta jien għidt li 'Simon għandu jirringrazzja 'l Alla (u hawnhekk naħseb żbaljajt, għax kien imissni għidt lill-allat), f 'moħħi kelli dak l-ilsir ta' warajh, li minn issa sakemm jeħles minni, inkun il-ħin kollu nfakkru fit-tkaxkira li ħa l-Partit Nazzjonalista u s-36,000 li tawh darhom u minflok taw il-fiduċja tagħhom lil Joseph Muscat. Naħseb li bħal dik ir- ras ta' mewt li kienu jżommu l-qaddisin f 'kamarthom, jiena nista' nqanqal f 'ħafna stmerrija, imma l-verità hi li stmerrija jew le, kollha minn hemm irridu ngħaddu u nagħmlu tajjeb li ma ninsew qatt in-nuqqasijiet tagħna. Iva, li jkollok xi ħadd li jfakkrek f 'xi żball madornali li għamlu sħabek jew ta' qablek naħseb li hu rigal mis-sema, saħansitra jekk xi ftit skomdu, għax fid-dagħdija tal-preżent, ħaġa ħafifa li ninsew il-blugħa tal-passat, jekk xi ħadd ma jkunx antipatku biżżejjed li jfakkarulna. Ħaġa li żgur għandu nieqsa Joseph Muscat, imdawwar kif inhu b'nies li jgħidu iva għal kollox, għax inkella jitilfu ċ-ċejċa jew jaqilgħu qeqqe'. Nies li l-kuxjenza jqisuha bħala toqol minflok parir ta' ħabib. Jien nemmen li Simon kien lest li jitgħabba b'wieħed bħali għax lest li jisma' anka dak li forsi jqarraslu wiċċu u jemmen li sakemm iżomm mal-ġurament lejn Malta li jieħu kull deputat elett, minni m'għandux għalfejn iħabbel rasu. Dan hu l-ftehim li għamlit mal- Partit Nazzjonalist biex kont l-ewwel wieħed li ngħaqad fil-koalizzjoni kontra l-korruzzjoni. Koalizzjoni li waqt li nerġa' nistieden jingħaqad magħha lil kull min hu ta' rieda tajba u mdejjaq bit-tmexxija, li b'ingann ħadet il-poter f 'idejha, nemmen li fuq quddiem nett m'għandu jkun hemm ħadd ħlief il-Partit Laburista. Partit li ġie stuprat minn klikka ta' tendenzi mafjużi u kapitalisti estremi, li għalihom il-morali tal-pajjiż għandhom jissawru fuq il-flus u l-profitt biss u fejn anka l-affarijiet tajbin u ta' min ifaħħarhom, sar għandhom it-togħma morra ta' opportuniżmu għal ftit, u korruzzjoni sserrep bejn il-paġni ta' kuntratti li sal-lum għadu ħadd qatt ma qara ħlief it-trinità ta' Kastilja. M'hemmx għalfejn ngħidu li aktarx se jkun hemm min jgħidli purċinell u li għandi bżonn ta' psikjatra noħroġ bi proposta assurda bħal din, imma l-fatt hu li nies bħal Leo Brincat stqarr li kien lest jirriżenja minħabba t-tmexxija li hemm bħalissa. Issa ma nafx hux jekk biex jingħoġob mill-barranin biex ituh il-job imħallas tajjeb fi Brussell, għax magħna li tellajnieh qatt ma tkellem hekk, jew talab xi skuża li poġġa s-siġġu qabilna, qabel il-ġurament ta' deputat u qabel il-kuxjenza. Għadd ta' Ministri, deputati u membri għolja tal-partit, lissnu l-istmerrija tagħhom, għall- mod li bih Joseph Muscat qiegħed iżomm marsusa ma' sidru, nies bħal Keith Schembri u Konrad Mizzi. Dawn qed jagħmlu ħsara lill-partit u isem pessmu lill-Malta, li jista' jwassal biex jirvina l-ekonomija tagħna msejsa fuq is-servizzi finanzjari internazzjonali, li naħseb li kulħadd jaqbel, li kien bdiehom u saħħaħhom il-gvern ta' qabel u f 'dal-każ, għandu jkun Joseph Muscat li jirringrazzja 'l Alla li sab is-sodda mifruxa. Jien għadni naħseb eżatt dak li kont naħseb seba' xhur ilu, u lanqas kieku stess, għax dak li jagħżilna mill-bqija hu li naħsbu u nibdlu opinjoni. Le, jien la jien Nazzjonalist, la Laburist u ma nagħmel sehem minn ebda xirka oħra, għax jien inħossni l-ewwel u qabel kollox bniedem, għalkemm hawn ħafna li forsi llum għax ma naqbilx magħhom jgħidu li le, imbagħad Malti u xejn aktar. U lanqas jiena lest li naqbeż għal Malta dejjem, għax jekk pajjiżi jkollu tort, hemm bżonn li nuru maturità u nammettuha, għax fl-aħħar mill-aħħar hekk titlob l-irġulija. Ma nistgħux nibqgħu naħsbuha ta' tribù fejn min mhux magħna, bilfors kontra tagħna, għax inkunu qegħdin nitilfu opportunitajiet biex nikbru bħala nazzjon u fl-aħħar inxejnu l-passat ta' ħakma tal-barrani, li minkejja Indipendenza, Repubblika jew Ħelsien, s'issa għadna ma skonġrajniex. Saħansitra jekk naf li nista' nidher ikrah, jien dejjem lest li ngħid dak li nemen fih, l-ewwel u qabel kollox bħala lealtà lejn Simon Busuttil li fdani, u nħoss li m'għandix ngħaddieh biż- żmien u ngħidlu li liebes xi libsa sabiħa, waqt li fil-fatt ikun bħal dak is-sultan li għaddewh biż-żmien niesu stess, (u din sentenza oħra li min għandu moħħ ċkejken jista' jagħmel xalata biha jekk irid). Jiena m'iniex beħsiebni noqgħod nitkellem biex ninġieb man-nies, imma biex naqdi lil pajjiżi u nerġa' ntenni, min jaħseb li nista' nkun ta' ġid, jivvutali, min le jagħmel dmiru u jwarrabni, minkejja l-ottimiżmu li tant skandalizza nies! (F'dan l-artiklu Salvu Mallia qed jirreferi għal artiklu ieħor li deher fuq l-illum. com.mt matul din il-ġimgħa li fih kien ikkwotat jgħid li Simon Busuttil u l-PN misshom jirrigrazzjaw 'l Alla li għandhom lilu bħala kandidat.) Salvu Mallia huwa kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall- Elezzjoni Ġenerali illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Opinjoni 16 L-ewwel wieħed fil-koalizzjoni SALVU MALLIA "Anke l-affarijiet tajbin u ta' min ifaħħarhom, sar għandhom it- togħma morra ta' opportuniżmu għal ftit, u korruzzjoni sserrep bejn il-paġni ta' kuntratti" Le, jien la jien Nazzjonalist, la Laburist u ma nagħmel sehem minn ebda xirka oħra