Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

T a' spiss nisimgħu, sfortunatament, b'inċidenti tat- traffiku li kultant jikkaġunaw mhux biss feriti iżda saħansitra mwiet. Inċident tat-traffiku jikkawża, ħafna drabi, xokk u terremot sħiħ fil-ħajja kemm tal-persuna li tikkawża l-inċident u kemm tal- persuna li ssofri l-inċident meta l-persuni involuti jkunu bona fide bħalma huma l-maġġoranza assoluta tan- nies. Nemmen li kulħadd f 'Malta għandu xi membru jew iktar tal-familja tiegħu li kien involut f 'inċidenti tat-traffiku u kulħadd għandu l-esperjenza tiegħu x'jirrakkonta. Esperjenzi koroh ħafna. Il-Gvern għandu l-parti tiegħu x'jilgħab biex jieħu ħsieb li f 'pajjiżna jkollna l-infrastruttura meħtieġa u jara li jkollna sistemi tajbin. L-isfidi f 'dan is-settur qegħdin hemmhekk u l-Gvern konxju tal-isfidi u qed jaħdem biex jegħleb dawn l-isfidi. Biss, daqs kemm il-Gvern għandu rwol kruċjali x'jilgħab, daqsu għandu rwol kruċjali x'jilgħab kull sewwieq. Nemmnu li wasal iż-żmien li f 'dan is-settur ikollna riforma fil-liġijiet ta' pajjiżna biex innaqqsu l-ammont ta' inċidenti fit-toroq u saħansitra mwiet li ġieli nisimgħu bihom. Kien għalhekk li lbieraħ nedejna sensiela sħiħa ta' proposti legiżlattivi maħsuba u li jagħmlu sens għaż-żminijiet tal-lum. Il-proposti L-ewwel proposta legiżlattiva hija li l-pieni għal sewqan bla liċenzja u għall-użu ta' numri li ma jkunux in-numri tal-vettura partikolari jogħlew. F'dawn il-każijiet il-Qorti tkun tista' twaħħal ukoll sospensjoni tal- liċenzja mingħajr il-ħtieġa illi din tkun intalbet formalment mill-prosekuzzjoni. Min isuq bla liċenzja huwa bniedem irresponsabbli li jiġi jaqa' u jqum kompletament minn x'jiġri f 'każ li allaħares qatt jaħbat u jweġġa' lil xi ħadd. Nemmen li din hi miżura li tagħmel sens. It-tieni proposta hija proposta li bla dubju se tqajjem diskussjoni fil-pajjiż, ċioè li l-gwardjani lokali jingħataw id-dritt li jagħmlu testijiet tan-nifs lil sewwieqa suspettati li jkunu qegħdin isuqu taħt l-influwenza tax-xorb u dan sal-istadju li tissejjaħ il-Pulizija. Fil-fehma tiegħi din hi ħaġa bżonjuża għaliex iżżid l-infurzar b'mod effettiv u fl-istess waqt tassigura li ma jiżdidux responsabbiltajiet b'mod sproporzjonat fuq dahar il-gwardjan lokali. Interessat ħafna nisma' x'jaħsbu n-nies u l-pubbliku inġenerali dwar dan is-suġġeriment. It-tielet proposta hija li jiżdiedu l-pieni għal sewqan taħt l-influwenza ta' xorb jew droga jogħlew u b'żieda mal- pieni l-Qorti tingħata s-setgħa li tqiegħed lill-ħati taħt ordni ta' probation u li tordnalu li jattendi programm ta' riabilitazzjoni a spejjeż tiegħu u/jew li timponi ordni ta' servizz fil-komunità taħt l-Att dwar il-Probation. Dan hu suġġeriment li ġie direttament mill-konsultazzjonijiet li kellna mal-Maġistratura fejn inħass il-bżonn li wieħed mhux biss jimponi kastig imma jipprova jgħin biex bniedem joħroġ mill-vizzju li jista' jkollu. Ir-raba' proposta hi li tiddaħħal sistema ġdida ta' limiti ta' alkoħol permessibbli fis-sewqan li tkun aktar viċin il-medja ta' standards Ewropej. Din tinvolvi li ssir distinzjoni bejn sewqan ta' vetturi għall-użu privat, sewqan ta' vetturi kummerċjali, sewqan ta' karozzi tal-linja, kowċis u vetturi oħra li jġorru passiġġieri bi ħlas u sewqan minn sewwieqa li jkun għad għandhom liċenzja tas-sewqan bi prova. Dawn il-kategoriji se jkunu soġġetti għal limiti ta' alkoħol differenti li f 'xi każijiet jista' wkoll ikun żero. Diġà tkellem fuq din il-miżura sieħbi l-Ministru Michael Farrugia din il-ġimgħa meta vara l-proposta għal politika nazzjonali kontra x-xorb u l-abbuż u din il-proposta hija essenzjalment riproduzzjoni ta' dak li ppropona l-Ministru Farrugia din il-ġimgħa. Il-ħames proposta hija li jsiru wkoll emendi għar- regolamenti dwar il-Liċenzji tas-Sewqan biex is-sistema li biha sewwieq jeħel il-punti fuq il-liċenzja tas-sewqan tiegħu meta jikkommetti ċerti infrazzjonijiet tal-liġijiet tat-traffiku tiġi estiża għas- sewwieqa kollha. Preżentament din is-sistema tapplika biss dwar sewwieqa li jkun għad għandhom liċenzja bi prova. Bis-sistema proposta kull sewwieq li matul perjodu ta' tnax-il xahar jeħel mill-anqas tnax-il punt ta' penali fuq il-liċenzja u jkollu l-liċenzja tiegħu revokata u jkun jista' jakkwista liċenzja oħra biss skont ċerti regoli li jagħmlu distinzjoni bejn sewwieqa li jkunu weħlu l-ewwel revoka u sewwieqa li jkunu nkorrew revoka għat-tieni, it-tielet jew ir-raba' darba fuq meded ta' snin stipulati fir-regolamenti. L-ammont ta' punti li sewwieq jeħel meta jikkommetti infrazzjoni se jiġi rivedut b'mod li ċerti infrazzjonijiet se jattiraw inqas punti u oħrajn aktar serji jattiraw iżjed. Is-sitt proposta hija mmarata li nħeġġu l-edukazzjoni tas- sewwieqa. Għal dan il-għan se jkun possibli li sewwieq li jkollu liċenzja tas-sewqan sħiħa (jiġifieri mhux bi prova) ikollu l-punti penali mniżżla fuq il- liċenzja mnaqqsa bin-nofs jekk jattendi kors dwar l-attenzjoni għas-sigurtà fit-triq li jkun approvat mill-Awtorità għat- Trasport f 'Malta. 'Feedback' Kull min irid jaqra l-proposti li qed nagħmlu b'iktar dettall jista' jmur fuq mjcl.gov.mt u jniżżel id-dokument li fih ukoll l-emendi li qed nipproponu. Nieħu gost ħafna jekk dak li jkun jibagħtilna l-feedback tiegħu fuq trafficlawreform. mjcl@gov.mt sa nhar it-Tlieta 15 ta' Novembru, 2016. Konvint li bir-rispons tagħkom, il-proposti li qed nagħmlu jkunu jistgħu jitjiebu u jiġu rfinati iktar. Ibagħtu x'taħsbu! Wirt iż-Żejtun Sfortunatament ma stajtx nattendi għas-simpożju sabiħ li tellgħu sħabi ta' Wirt iż- Żejtun dwar il-patrimonju fix-Xlokk ta' Malta minħabba li fl-istess ħin konna qed inniedu l-proposti li għadni kif semmejt. Biss ħadt gost ħafna li l-Prim Ministru Joseph Muscat attenda u anke indirizza dan is- simpożju li qaluli li kien tajjeb u b'saħħtu ħafna. Prosit lill-organizzaturi kollha u nirringrazzjahom tal-ġid li jagħmlu fiż-Żejtun u fix-Xlokk kollu tal-pajjiż. Il-ftuħ tas-sena forensi Din il-ġimgħa assistejna għall-ftuħ tas-sena forensi. Din hija attività formali iżda importanti fejn il-Prim Imħallef u l-President tal- Kamra tal-Avukati jagħmlu indirizz lill-President ta' Malta, lill-Ministru għall-Ġustizzja u l-practitioners kollha tas-settur. Dawn l-indirizzi s'intendi jkunu taħt għajnejn il-mezzi tax-Xandir li jtuhom prominenza kbira. Jekk hemm ħaġa li ħarġet ċara mid-diskorsi kemm tal-Prim Imħallef u kemm tal-President tal-Kamra tal-Avukati kienu l-konfermi li huma taw li fil-Qorti kibret l-effiċjenza u naqas id-dewmien. U s-sabiħa hi li dan it-titjib issa bħal donnu sar xi ħaġa li wieħed dera malajr. Però dan it-titjib ma sarx b'kumbinazzjoni imma sar frott ta' deċiżjonijiet tajba li ħadna u li issa bdejna naħsdu l-frott tagħhom. Fadal xi jsir. Pereżempju fl- Appelli għadni miniex sodisfatt bid-dewmien li hemm u nittama li b'żieda bil-qalb u ta' membri fil-Ġudikatura nkunu nistgħu niddedikaw iktar riżorsi biex b'metodi ġodda li anke jistgħu jiffaċilitaw iktar bidliet fil-liġi (bħal pereżempju li jkun hemm iktar formazzjonijiet tal-Qorti tal-Appell Superjuri fil-kamp Ċivili) nibdew anke hawnhekk naraw il-frott. Nirrepeti dak li ili ngħid għal numru ta' drabi. In-nies, meta tkellimni, tkellimni dwar id- dewmien. U dik hi l-prijorità ewlenija – li nkomplu nattakkaw bla ħniena dan id- dewmien. Ma jfissirx li se niffokaw fuq il-ġlieda kontra d-dewmien u xejn iktar. Il-kwalità u s-salvagwardji tal-ġustizzja huma daqstant importanti. Aħna l-Gvern li daħħalna d-dritt tad-disclosure, id- drittijiet għall-vittmi, id-dritt ta' appell mid-deċiżjonijiet tal- AG fuq kawżi tad-drogi u issa daqt id-dritt tal-avukat waqt l-arrest fost oħrajn. U aħna l-Gvern li biddilna l-Kostituzzjoni biex provdejna għal sistema aħjar u iktar trasparenti ta' ħatriet fil- Ġudikatura, sistema aħjar ta' kontabbilità tal-ġudikanti u pensjonijiet aħjar biex inkomplu nattiraw l-aħjar elementi. U s-sistema ta' ħatriet fil- Ġudikatura hija tabilħaqq aħjar u iktar trasparenti. Illum ebda avukat ma jista' jinħatar fil-Ġudikatura jekk ma jkunx hemm l-ewwel il-go ahead ta' kumitat magħmul mill-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman u l-President tal-Kamra tal-Avukati. Biex jinżamm checks and balances anke fuq dan il-kumitat u ma nispiċċawx b'xi ċentru ta' poter ġdid li mhu kontabbli lejn ħadd, il-liġi tipprovdi li l-Gvern jista' xorta jaħtar anke jekk ikun hemm parir kuntrarju tal- Kumitat imma f 'dak il-każ irid imur il-Parlament u jispjega għala għamel dan – ħaġa li politikament fil-prattika hija suwiċidali jekk għallinqas ma jkunx hemm qbil mal- Oppożizzjoni. M'aħniex se nieqfu hawn. Se nkomplu naħdmu biex dan is-settur ikompli jimxi 'l quddiem. Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 17 OWEN BONNICI Iktar sigurtà fit-toroq

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016