Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 35

L ura fl-2012 meta ġejt eletta Sindku, niftakar sew kif f 'laqgħa li kelli ma' Joseph Muscat tkellimt fost l-oħrajn dwar il-bżonn li jinħoloq mezz sigur biex il-Qriema u ċ-ċittadini inġenerali jkunu jistgħu jaqsmu mill-Bypass tal-Imrieħel. Spjegajt kif wara li nbniet din it-triq arterjali, madwar 50 familja Qormija ġew mifrudin mill- kumplament tal-komunità Qormija u spiċċaw iżolati f 'żona imsejħa tal-Blat 2. Spjegajtlu kif pont ma jservix biss biex ir-residenti ta' Fuq tal-Blat 2 jaqsmu għall-qalba ta' Ħal Qormi iżda wkoll biex numru sostanzjali ta' Qriema li jaħdmu fiż-żona industrijali tal-Imrieħel ikunu jistgħu jaqsmu din it-triq bla periklu. Irrakkuntajtlu kif żewġt iħbieb ta' tfuliti, Emma u Graziella, tilfu ħajjithom traġikament huma u jaqsmu din it-triq. Traġedja li ħasdet lill-komunità Qormija u li llum snin twal wara għadha tnikkitna. Muscat fehem il-bżonn li tiġi mħarsa l-ħajja tan-nies u qalli li kemm-il darba jingħata fiduċja, din is-sitwazzjoni se jindirizzaha. Wara għadd ta' xhur, f 'konferenza stampa f 'Ħal Qormi f 'Tal-Blat 2, il- Prim Ministru li dak iż-żmien kien Kap tal-Oppożizzjoni wiegħed pubblikament li Gvern Laburista jibni dan il-pont għaliex huwa fid- dmir tal-politiku li jħares u jissalvagwardja l-ħajja tan-nies. Niftakar li tant kienet xita li kellna nidħlu nistkennu ġod- dar ta' resident. Ftit tal-jiem ilu, wara ħafna kumplikazzjonijiet, ġie ffirmat il-kuntratt mal-kuntrattur li se jagħmel ix-xogħol fuq il-kostruzzjoni tal-Pont tal-Imrieħel. Tassew ninsab ħerqana biex ix-xogħlijiet ta' kostruzzjoni ta' dan il- pont jibdew u li l-proġett jitlesta. Ninsab kuntenta għax finalment ir-residenti ta' fuq Tal-Blat 2 se jkunu jistgħu jħossuhom aktar parti minn Ħal Qormi. Oħroġ il-għaġeb wara li ħabbart fuq il-paġna tal- facebook tiegħi li l-kuntratt ta' dan il-proġett ġie ffirmat, l-Onorevoli George Pullicino kiteb fuq il-facebook tiegħu dan il-kliem preċiż "M'hemmx għaġla! Ilhom tliet snin biex jibdew!'' Nesa li ilu aktar minn 10 snin li mietu żewġ tfajliet fil-fjur ta' ħajjithom, nesa li meta l-Partit tiegħu kien fil- Gvern irrifjuta li jagħmel dan il-pont għax skont sieħbu l-eks Ministru Austin Gatt pont jiswa wisq flus u mhux viabbli la inqas minn 12-il persuna kuljum jaqsmu l-bypass tal- Imrieħel. Li kieku kien għall- Partit Nazzjonalista dan il-pont li jsalva l-ħajja tan-nies ma kien isir qatt għax għalihom kien ħela ta' flus! L-aqwa li l-PN fil-Gvern kellu l-flus biex jagħmel pont li ma jwassal għal imkien, parlament ġdid u teatru bla saqaf! L-Onorevoli Pullicino ħaseb li se jiskurja xi ballun politiku bil-kumment tiegħu. Bħallikieku jaħseb li n-nies insew li l-unika soluzzjoni li ppropona l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern bħala "mezz ta' sigurtà'' kien ħajt tal-ħadid simili għal dak użat għall-gallinari. Lil hinn minn dak li jaħseb l-Onorevoli Pullicino, il-wens tiegħi bħala Sindku hu li grazzi għal dan il-pont nassiguraw li t-traġedja li seħħet fl-2005 ma terġax tirrepeti ruħha. Rosianne Cutajar hija s-sindku ta' Ħal Qormi Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 19 Skont Cacopardo... F'Paceville, il-Gvern jaħdmek ROSIANNE CUTAJAR Bejn pont li ma jwassal għal imkien għal ieħor li jsalva l-ħajja L -Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat, għal skop ta' konsultazzjoni pubblika, dokument dwar Paceville. Dan hu dokument li għal darba jaħseb fit-tul. Iħares lejn l-iżvilupp ippjanat għall-inħawi fit-tul u b'mod ħolistiku. Sa hawn, tajjeb, għax hekk għandhom isiru l-affarijiet. Imma meta tibda taqra d-dettalji, jibdew il-mistoqsijiet. L-ikbar mistoqsija hi dwar jekk l-awtoritajiet humiex, għal darb'oħra, qed jippruvaw jaħdmuna billi jinqdew bl-ippjanar għall-użu tal-art biex iħaxxnu l-bwiet ta' wħud: dawk li jmaxtru dejjem u f 'kull żmien. Il-pjan, fost oħrajn, jidentifika l-ħtiġijiet infrastrutturali ta' numru ta' proġetti (disgħa fil-għadd), ewlenin fosthom toroq u probabbilment mina taħt l-art u dan biex ikun iffaċilitat l-aċċess għal Paceville li qed jitfassal. Dawn il-ħtiġijiet infrastrutturali, jgħid il- masterplan għal Paceville, huma meħtieġa biex jilqgħu għall-moviment sostanzjali ta' persuni li huwa antiċipat li dan l-iżvilupp kollu ser jiġġenera. Min ser idaħħal idu fil-but u jagħmel tajjeb għal dawn l-ispejjeż kollha? Qed tissemma' ċ-ċifra ta' nofs biljun ewro li fil-fehma ta' ħafna għandha tinħareġ kollha, jew tal-inqas il- parti l-kbira minnha, mill- iżviluppaturi. Għax inkella ser nerġgħu nispiċċaw fis- sitwazzjoni li huma jimpalaw il-profitti, u ħaddieħor mit-taxxi jħallas il-kontijiet. Kontijiet li ġieli nħallsuhom b'saħħitna u drabi oħra billi t-taxxi tagħna jagħmlu tajjeb għall-ħtiġijiet tagħhom. Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Sandro Chetcuti diġà qal, li, fil- fehma tiegħu, ikun aħjar jekk l-ewwel issir l-infrastruttura u wara jsir l-iżvilupp propost. Dan ifisser ħaġa waħda: li l-iżviluppaturi jippretendu li l-investiment massiċċ meħtieġ fl-infrastruttura għandu jsir mill-Gvern, mit-taxxi li jiġbor. Għax taf inti, issa għandna Gvern pro-business u għalihom dan ifisser li l-Gvern qiegħed prinċipalment għas- servizz tagħhom! Hemm punt ieħor ta' importanza fundamentali. Il-pjan għal Paceville jitkellem fuq ħafna ħwejjeġ. Imma jħalli barra lir-residenti li joqogħdu hemm illum. Dawk huma l-istess nies li ilhom jaqilgħu ġo fihom snin twal. Il-masterplan ma jsemmihom imkien. Jinjorahom kompletament kif diġà ġara matul is-snin. Dan iwassal għall-konklużjoni nkwetanti li r-residenti li hemm illum mhumiex meqjusa li huma importanti għal min fassal il-pjan. Ovvja għaliex: għax il-pjan hu pro-business u jpoġġi lin-nies fil-ġemb. Għax lir-residenti jqishom xkiel billi dawn dejjem joġġezzjonaw, daqqa fuq ħaġa u daqqa fuq oħra! Dan it-tip ta' ippjanar ma jagħmilx ġid u m'għandniex bżonnu. In-nies u l-ħtiġijiet tagħhom huma wara kollox il-qofol tal-ippjanar serju. Imma sfortunatament il-pjan għal Paceville hu mibni fuq pedamenti differenti. Għax il-filosofija tal-pjan hu li l-art, il-ġebel, il-konkos u l-azzar jiġu qabel in-nies. Din hi triq li twassal għal Gvern li jaħdmek biex jistagħnew l-ispekulaturi. Inti trid li pajjiżna jkompli miexi f 'din it-triq? L-awtur hu Viċi Chairman ta' Alternattiva Demokratika. cacopardocarm@gmail. com, http://carmelcacopardo. wordpress.com CARMEL CACOPARDO "Il-pjan għal Paceville jitkellem fuq ħafna ħwejjeġ. Imma jħalli barra lir-residenti li joqogħdu hemm illum. Dawk huma l-istess nies li ilhom jaqilgħu ġo fihom snin twal" L-iżviluppaturi jaħsbu li l-Gvern qiegħed hemm għas-servizz tagħhom PN fil-Gvern jagħmel pont li ma jwassal għal imkien PL fil-Gvern b'pont li jsalva l-ħajja tan-nies

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016