Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum 3 Aħbarijiet Numru ta' ġenituri mħassbin dwar id-deċiżjoni tal-Kulleġġ St.Albert minn Albert Gauci Cunningham IL-KAP tal-Kulleġġ St.Albert, Mario Mallia, flimkien mal-Provinċjal tad-Dumnikani Fr Frans Micallef din il-ġimgħa fetħu l-bibien tal-Kulleġġ għal dawk il-Musulmani li jixtiequ jitolbu u m'għandhomx post fejn. Għalkemm kienu ħafna dawk li faħħru din id-deċiżjoni, mal-ILLUM Mallia ammetta li numru ta' ġenituri ma ħadux wisq gost. "Iva kellna reazzjonijiet negattivi, kif fil-fatt kellna reazzjonijiet pożittivi wkoll," sostna Mallia. Għall-mistoqsija tal-ILLUM dwar għalfejn ħass li ma kellux jiddiskuti minn qabel din il-materja mal-ġenituri, Mallia sostna li dawk li jibagħtu lil uliedhom St. Albert "jafu, mill-ewwel ġurnata tal-iskola, li l-Kulleġġ huwa miftuħ u inklussiv għal kull tip ta' ħsieb. Naturlament," kompla jgħid Mallia, "tkellmina mal-ġenituri u assigurajnihom li għal fini ta' sigurtà dan it-talb se jkun qed isir biss, barra l-ħin tal-iskola. Imma dan biss minħabba li jkollok numru ta' nies deħlin u ħerġin u mhux minħabba li t-talb jew il-persuni huma Musulmani." Ma' dan ma jaqbel assolutament xejn Malcolm Seychell, opinjonista voċiferu kontra l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni ta' persuni Musulmani f 'Malta. "Jien kieku wliedi kienu jmorru dan il-kulleġġ, kont noħroġhom. Dan x'jiġifieri nibgħat lil uliedi fi skola tal-Knisja u dawn jiddeċiedu li parti minnha ssir post ta' talb għall- Musulmani mingħajr ma jikkonsultaw mal-ġenituri?" Mistoqsi jekk jaħsibx li qed ikun drastiku huwa wieġeb fin-negattiv. "Le mhux drastiku. Jien m'għandi xejn kontra l-inklużjoni, imma inklużjoni ma' min għandu kultura simili mhux ma' min jemmen fil-liġi tax- Sharia, fost l-oħrajn." 'Kieku vera problema ta' parkeġġ ikollna nwaqqfu l-purċissjonijiet' Dwar il-kwistjoni tal- Moskea f 'Buġibba, li fil-fatt qajmet dan id-dibattitu kollu, Mallia jsostni illi kieku veru kellu jieħu r-raġunament tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il- Baħar bis-serjetà, "kieku lanqas purċissjonijiet u festi ma norganizzaw għax anke dawn joħolqu inkonvenjent." Għalkemm Mallia jgħid illi kieku din il-kwistjoni ġrat f 'lokalità oħra kien ikun hemm l-istess reazzjoni, Seychell imur oltre u jallega illi "kull min jgħix Buġibba jaf li s-sitwazzjoni f 'ċerti nħawi saret tal-biża'. U għalhekk ma jridux li tiġi aċċettata l-applikazzjoni għall-moskea," kompla jsostni, anke jekk skont il-Kunsill Lokali r-raġuni għall- oppożizzjoni huwa l-parkeġġ u għax il-post in kwistjoni huwa żgħir. "Xogħol il-Kunsill," iżid Mallia min-naħa l-oħra "huwa li jisma' lir-residenti però jeħtieġ ukoll li jirrapreżenta lir- residenti kollha, inkluż dawk il-ħafna residenti li huma Muslmani, mhux għandna sitwazzjoni fejn min jgħajjat l-aktar jasal u jirbaħ." Moskea waħda mhux biżżejjed...? Fost dawk il-persuni li tkellmu mal-ILLUM f 'vox pop ippubblikat il-ġimgħa l-oħra, kienu bosta dawk ir-residenti ta' Buġibba illi sostnew kif ladarba l-Musulmani għandhom Moskea f 'Raħal Ġdid, allura m'hemmx bżonn ta' oħra. Għal dan, il-Kap tal- Kulleġġ St.Albert jwieġeb hekk: "Allura skużi, aħna għalfejn għandna r-Rotunda, u l-Kon Katidral u l-Bażiliki?" Meta ppreżentat bir-risposta komuni għall- mistoqsija tiegħu, jiġifieri li pajjiżna huwa wieħed predominentement Kattoliku, Mallia qal illi "kieku aħna verament Kattoliċi nkunu ħafna iktar miftuħin fil-ħsieb għal ħaddieħor. Għalhekk ftaħna l-Kulleġġ għal dawk il- Musulmani li jridu jitolbu, biex naffermaw l-istess identità tagħna," temm jgħid mal-ILLUM Mallia. (Aqra wkoll l-intervista tal-ILLUM ma' Sara Ezabe fuq paġni 12 u 13) • Mario Mallia: "Jekk aħna vera Nsara rridu niftħu l-bibien tagħna għal ħaddieħor • Malcolm Seychell: "Kieku wliedi jmorru skola hemm, kont noħroġhom mill-ewwel" Mario Mallia, fetaħ il-bibien għall- Musulmani Malcolm Seychell, ma jridx lill-Musulmani wara biebu 'Trasport b'xejn lejn l-iskejjel kollha u trasport organizzat għall-ħaddiema tal-Gvern…' Il-GRTU tipproponi dan u aktar hekk kif titlob titlob azzjoni immedjata għall-krizi inaċċettabli tat-traffiku f'Malta minn Ruben Anthony Xuereb IL-GENERAL Retailers and Traders Union (GRTU) qed tipproponi li jidba jkun organizzat trasport b'xejn lejn l-iskejjel kollha u trasport organizzat għall-ħaddiema tal-Gvern. Barra minn hekk, il-GRTU temmen ukoll li għandhom jinħolqu inizjattivi biex kumpaniji privati jipprovdu trasport kollettiv għall-ħaddiema tagħhom ukoll. Il-proposta tal-GRTU għal trasport b'xejn għall-iskejjel kollha fil-fatt diġa saret mill-Partit Nazzjonalista, f 'dokument ippublikat f 'Mejju li għadda u li kien jitratta t-tnaqqis fit-traffiku. Il-GRTU qed tipproponi wkoll li timijiet ta' emerġenza jieħdu azzjoni aktar malajr biex f 'każi ta' inċidenti, il-karozzi maħbuta jitneħħew malajr kemm jista' jkun biex jitnaqqas l-impatt fuq it-traffiku, kif ukoll li tiġi addottata sistema fejn ħaddiema jingħataw l-opportunità li jaħdmu mid-dar tagħhom waqt ċertu ħinijiet tal-ġurnata. Il-GRTU se tindirizza dawn il-kummenti u proposti direttament lill-Prim Ministru. Il-GRTU titlob titlob azzjoni immedjata għall-krizi inaċċettabli tat-traffiku f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016