Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt L-iswitchers.... M ill-aħħar elezzjoni ġenerali 'l hawn daħlet sew fil-vokabularju politiku l-kelma 'switchers'. L-istess votanti li it snin qabel kienu jissejħu 'floaters' u qabel dak konna nsibuhom bħala 'pinnuri', nies bla prinċipji, li jqabblu fejn jaqblilhom u jivvutaw skont l-interessi stretti, personali tagħhom. Fil-fatt, dan il-grupp ta' votanti, minkejja li huwa l-aktar vitali biex tul is- snin twettqu rebħiet u kisbiet kbar, jibqa' l-inqas wieħed mifhum f 'xenarju politiku polarizzat. Għax f 'Malta huwa iktar sigur, iktar 'normali' u tkun qed tikkonforma aktar meta tidħol jew tħalli lil min idaħħlek f 'kaxxa biex imbagħad tiġi ttimbrat Nazzjonalist jew Laburist. Bi sfortuna kbira, għadna ngħixu f 'pajjiż fejn dak li jgħodd mhux l-għerf u l-innovazzjoni imma l-lealtà assoluta lejn il-Kap jew il-Mexxej, kemm wieħed kapaċi jilgħaq. Naturalment, fin-natura tagħhom, votanti 'switchers' onesti u mhux dawk li jimlew ħalqhom bil-karti tal-flus u jitilfu lsienhom wara li jtuhom ftit ċejċa, huma xprunati bil-bżonn li dan il-pajjiż ikollu tmexxija b'viżjoni li tieħu lil Malta 'l quddiem mhux lura. Għalhekk fil-maġġoranza tagħhom dawk li jbiddlu Gvern għal ieħor jieħdu d-deċiżjoni politika tagħhom ibbażata fuq kemm il-pajjiż sejjer 'il quddiem u kemm jista' jimxi iktar 'il quddiem, fuq min se jisma' u jiggverna wara li jisma', fuq min jiggverna bi trasparenza u jkun kontabbli, fuq min għandu l-enerġija, mhux li jparla imma li jwettaq. Ħafna mill-iswitchers onesti jivvutaw fuq il-bżonn ta' bidla, fuq il-bżonn li ngħixu f 'pajjiż fejn l-ambjent huwa rrispettat, fejn in-negozju huwa inkoraġġut, mhux imxekkel, fejn kull idea tista' ssir realtà mingħajr bagatella burokrazija. Ħafna switchers iridu 'inqas Gvern', imma xorta Gvern li jwieżen lil min għandu bżonn, iridu Gvern li jidher li jaħdem u li fil-fatt jaħdem, mhux biex joħloq ix-xogħol hu, imma biex ikun l-ixprun għall- ħolqien tax-xogħol. Jinstema' kliem ovvju dan, imma mhux dejjem kien hekk. Kien hemm żmien fejn il-Gvern kien kollox, il-Gvern kien il-factotum ta' kollox, minn bozza sa bankina, żmien fejn il- Gvern kien jaħseb li bl-arja tal-ftit seta' jiggverna. Il- pinnuri jew switchers kienu parti integrali minn forza li neħħiet lil dak il-Gvern għax riedu l-Ġustizzja u l-Libertà. Meta d-destin ta' pajjiżna sejħilna biex niddeċiedu nkunux pajjiż fermament Ewropew, parti minn grupp politiku b'saħħtu jew inkella barra bi ftehim 'inferjuri', l-pinnuri/floaters/switchers kienu parti minn forza kbira li għażlet id-destin Ewropew. Fl-2013, meta l-pajjiż kien beda jċedi taħt it-toqol ta' Gvern arroganti, mifni b'interessi tal-ftit u bi ġlied intern, meta l-bidla qatt ma nħasset li kien hemm bżonnha daqstant, il-pinnuri/switchers kienu parti mill-akbar riefnu politiku li neħħa qawwa politika mill-Gvern. Meta tħares lura lejn dawn l-avvenimenti politiċi, meta tħares lura lejn il-qawwa tal-mewġa ta' nies li normalment jivvutaw lil partit iżda jagħżlu li jivvutaw lil partit l-ieħor f 'mumenti hekk eċċezzjonali, tintebaħ b'ħaġa waħda. Il-poplu u magħhom dawk l-eluf li ddeterminaw ir-rebħa, kienu fuq in- naħa t-tajba tal-istorja. Fl-1987, l-2003 u l-2013 seħħew bidliet li kienu meħtieġa, kienu importanti u neċessarji biex il-pajjiż jaqbad jew ikompli fir-rotta t-tajba. Għalhekk il-Partit Nazzjonalista, imma ħafna iktar minn hekk il-Partit Laburista, għandu għalfejn jinkwieta serjament meta jara li, skont stħarriġ tal-MaltaToday, 40% tal- iswitchers illum jew ma jridux jafu jew qed iħossu li ma tantx għandhom ħeġġa biex jagħtu l-appoġġ lil partit jew ieħor. Minflok jiddieħaq bil-Kap tal- Oppożizzjoni fuq il-mezzi tax-xandir u l-blogs tiegħu l-Partit Laburista jagħmel aħjar li jdur dawra madwaru, jeżamina s-sitwazzjoni sew u jara fejn qed jonqos u kif qed jonqos lil dawk l-eluf kbar ta' votanti, li kienu spalla ma' spalla miegħu għall-bidla. Fid-dinja tas-servizzi jingħad li l-konsumatur dejjem għandu raġun u dan nistgħu napplikawh għall- politika wkoll. Raġuni valida għalfejn eluf kbar ta' votanti li ħarġu għonqhom għall- bidla, illum qed jiddubitaw id-deċiżjoni, hemm. B'ekonomija b'saħħitha, numru rekord ta' impjiegi u qgħad baxx, bl-investiment ġej u r-rota tal-pajjiż iddur sew, jidher illi s-swaba' kollha qed jippuntaw lejn nuqqas ta' trasparenza, perċezzjoni li hemm min qed jinħasel fis-sasla mhux ibill subgħajh biss u t-telqa u n-nuqqas ta' innovazzjoni li għadhom jirrenjaw f 'dak kollu li jirrigwarda l-wirt naturali ta' pajjiżna. Issa, il-Partit Laburista għandu għażla. Jew se jagħmel xi ħaġa, jew inkella ħa jibqa' jimla' għajnu li Simon m'għandux ċans u r-rebħa tiegħu se terġa' tkun. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016