Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Ix-xahar ta' Ottubru se jkun xahar ta' tħejjija għalik sabiex int tagħraf lilek innifsek aktar u tara verament xi trid fil-ħajja tiegħek. Dan huwa perjodu fejn inti issa jew ħa tagħraf timxi lejn dak li verament trid int jew se tkompli tagħti l-enerġija għal ta' madwarek ( sa ċertu punt huwa tajjeb imma hemm limitu kemm tista' ddum tagħmel hekk). Għalhekk tajjeb tieqaf ftit mir-rutina u taħseb x'inhu l-aħjar għalik. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Gemini. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 12, 28 u 32. Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna. Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Ix-xahar ta' Ottubru se jkun ix-xahar li fih tieħu deċiżjoni. Inti trid tieħu deċiżjoni fiż-żmien qarib u għalhekk dan ix-xahar se jkun ta' opportunità għalik sabiex tagħmel riflessjoni profonda ta' dak li inti tista' tiddeċiedi. Kwalunkwe deċiżjoni li nieħdu fil- ħajja ġġib magħha kemm sitwazzjonijiet feliċi kif ukoll sitwazzjoni- jiet diffiċli. Għalhekk għandek żmien biżżejjed sabiex tieħu deċiżjoni għaqlija. Kuluri favoriti ma' Pisces huma blu, aħdar u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Cancer. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 14, 22 u 31. Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom. Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun ix-xahar li int tagħraf aktar dwar il-ħidma tiegħek fil-qasam tax-xogħol li qed tagħmel. Fi żmien qarib ser tiġi ppreżentat bi proposta li applikajt għalija u għalkemm inti taħseb li forsi din mhijiex ser tkun milqugħa dan jista' jkun il-kontra ta' dak li qed taħseb. Għalhekk tajjeb li inti tkun imħejji ħalli f'każ li dan jiġri ma tinqabadx fuq sieq waħda. Kuluri favoriti ma' Aries huma aħmar, kannella u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Leo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 4, 15, 29 u 34. Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu. Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun ix-xahar li inti trid tagħmel analiżi b'reqqa sabiex issib mezz ta' kif se tagħmel bilanċ f'relazzjoni li għandek. Dan huwa żmien delikat ħafna għalik tant li jekk m'intix se ssib bilanċ jaf ikollok xi problemi oħra mdawrin miegħek. Għalhekk minn issa agħraf x'hemm bżonn isir sabiex inti tkun f'pożizzjoni soda u ma titfarrakx. Kuluri favoriti ma' taurus huma aħdar, oranġjo u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Virgo. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 6, 10, 25 u 32. Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Ix-xahar t'Ottubru ser ikun ix-xahar fejn inti trid tirri- fletti ħafna iżjed dwar kif se tqassam il-ħajja tiegħek bejn il-karriera u r-relazzjoni ta' mħabba. Issa li taf li l-karriera madwarek kulma tmur qiegħda titwessa' u tespandi ovvjament dan ser jikkawża aktar pressjoni madwarek u għalhekk minn issa inti trid tara kif se tagħmel bilanċ qabel il-pressjoni ta' madwarek tkompli tikber. Ipprova oħloq bilanċ pożittiv Kuluri favoriti ma' Gemini huma blu, isfar u oranġjo. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Libra. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 13, 27 u 38. Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom. Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun ix-xahar fejn inti trid tirrifletti aktar dwar is-sitwazzjoni kemm tas-saħħa tiegħek u anke tar-relazzjonijiet. Trid tara kif tista' toħloq atmosfera aktar ta' trankwillità u jekk hemm xi vista għand it-tabib li tkun ta' gwida għalik hu ferm importanti li din tagħmilha. Min-naħa l-oħra trid tara r-relazzjoni ta' madwarek iktar fil-fond. Huwa żmien ta' riflessjoni profonda. Kuluri favoriti ma' Cancer huma abjad, blu u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Sagitarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 7, 19, 29 u 33. Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom. Leo mit-23 ta' Lulju sat 22 ta' Awwissu Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun dak ix-xahar li jerġa' jibda jpoġġik fil-pożizzjoni ideali għalik. Dak li tara madwarek ser ikun qiegħed taħt kontroll tajjeb u kollox miexi sew. Dan huwa żmien li ser jimxi eżatt kif tixtiequ inti. Però trid toqgħod attent ferm iżjed li ma tqisx din is-sitwazzjoni bħal qisu xejn mhu xejn u dejjem tibqa' kkonċentrat fuq kulma qiegħed jiġri. Kuluri favoriti ma' Leo huma aħmar, oranġjo u lewn id-deheb. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Scorpio. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 1, 18, 26 u 37. Leo huma magħrufin kemm huma umli. Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settem- bru Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun ix-xahar fejn inti trid tagħraf tuża aktar moħħok milli qalbek. Sfortuna- tament fiż-żmien li ġej trid tiffaċċja aktar dak li ġej billi tuża moħħok u tasal. Dan jibqa' jgħodd għal dawn il-ġimgħat li ġejjin. Hekk inti ħa tagħraf dak li hu l-aħjar kemm għalik kif ukoll għad-deċiżjonijiet li ħadt. Kuluri favoriti ma' Virgo huma oranġjo, isfar u kannella. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Capricorn. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 5, 18, 22 u 36. Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont. Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun dak ix-xahar fejn inti trid tagħraf aktar fejn il-karriera tiegħek sejra twas- slek. Żgur trid toqgħod attent li ma tħottx knisja biex tibni oħra. Għalhekk int trid tagħraf tati sehem fil-ħajja tiegħek kemm jekk int f'relazzjoni kif ukoll jekk m'intix. Trid tagħti aktar attenzjoni u żomm bilanċ f'ħajtek. Kuluri favoriti ma' Libra huma blu, aħdar u abjad. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Aquarius. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 8, 12, 23 u 37. Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna. Scorpio mill-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novem- bru Ix-xahar ta' Ottubru ser ikun ix-xahar fejn inti trid tagħti aktar każ tal-familja tiegħek. Trid issib il- ħin għall-membri li jappartjenu ċ-ċirku tiegħek speċjalment il-familja. Il-pakkett kollu li jappartjeni lill- familja trid tagħtih iktar attenzjoni mis-soltu. B'hekk inti se tagħraf kemm madwarek għandek nies li għandhom bżonn ta' ftit aktar at- tenzjoni. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma aħmar, iswed u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Pisces. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma 3, 17, 24 u 31. Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom. Sagittarius mit-23 ta' Novembru sat-22 ta' Diċembru Ix-xahar t'Ottubru ser ikun xahar ta' riflessjoni dwar il-pożizzjoni tiegħek fuq l-mħabba. Dan ser ikun ix- xahar fejn inti se tagħmel riflessjoni qawwija dwar l-imħabba kemm preżenti kif ukoll tal-passat. Però trid tagħraf tirrifletti dak kollu li int għaddejt minnu biex tkun tista' teżamina lilek innifsek. Bħalissa mhux il-mument li inti tista' tieħu xi deċiżjoni, riflessjoni hija utli biżżejjed. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma blu, roża u isfar. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Aries. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 3, 14, 29 u 36. Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom. Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jan- nar Ix-xahar t'Ottubru ser ikun dak ix-xahar fejn inti trid tagħraf aktar tikkontrolla lilek innifsek meta tiġi f'sitwazzjonijiet delikati. Trid tagħraf tkun aktar kalma għax jekk int se titlef il-kontroll is-sitwazzjoni li tkun għaddejja minnha ser tikkumplika ruħha. Tajjeb li tmur qalb il-kampanja u oqgħod irrifletti għaliex dan iż-żmien huwa bellezza għalik. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma aħmar, blu u vjola. L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis. L-aktar jum negattiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa. L-istilla li fix-xahar t'Ottubru se tkun t'għajnuna għalik ġejja minn Taurus. Numri favoriti miegħek għal din il-ġimgħa huma dawn: 9, 15, 26 u 37. Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom. L-Oroskopju 22 PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid- dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il- websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Imħabba intima F'DAN ir-rakkont toħroġ il-vera mħabba intima, 'il bogħod mid-difetti u l-passat li jkun ġarrab il-persuna, tkun il-vera mħabba bla ebda tfittix tal-perfezzjoni, imħabba li tinħass fil-qalb! F'dan ir-rakkont niltaqgħu ma' tliet karattri, Stephen li kien ġej minn familja fin-negozju, kien persuna xi ftit minfuħ bih innifsu u kien jemmen fil-perfezzjoni, Margaret kienet dik li tħossok komdu fil-kumpanija tagħha, daħkana u ħelwa li kif tħares lejha tiġbdek bħal kalamita u mbagħad hemm John persuna mistiħja ħafna imma b'qalb tad- deheb li kien iffissat fuq il-baħar, fil-fatt dejjem tarah fuq il-jott li kellu fejn kien isib l-għaxqa tiegħu fuq il-baħar. Fl-ewwel parti tar-rakkont sejrin naraw dwar il-koppja Stephen u Margret u fit-tieni parti tar- rakkont jidħol John. Dan ir-rakkont joħodna lura fis-sena 1995 waqt attività fejn jiltaqgħu Stephen u Margaret. Hekk kif Stephen lemaħ lil Margaret mill-ewwel inġibed lejha kuntraju għal Margaret li damet ftit biex taċċeta l-proposta ta' Stephen imma wara ħafna attentati ta' stediniet u bukketti ta' fjuri, Margaret aċċettat l-istedina u bil- mod huma bdew jiltaqgħu, għalkemm Stephen beda joħodha minn party għal party u jlaqqagħha ma' diversi ħbieb tiegħu, Margaret kienet tippreferi li jkunu flimkien waħidhom. Wara qisu erba' snin flimkien, Stephen ippropna li jibdew jgħixu flimkien u hekk ġara, imma xi ftit tax-xhur wara li bdew jgħixu flimkien Margaret bdiet tħoss ċertu uġigħ taħt sidirha imma peress li malli kienet tieħu l-pinnoli ta' kontra l-uġigħ kien jgħaddilha ma tatx kas, kompla għaddej ż-żmien u Stephen ħass li għandom jiżżewġu anka minħabba l-karriera tiegħu u ppjanaw data. Wara li marru vaganza Margaret indunat li ħarġet tqila, però ma nkwetaw xejn peress li ftit tax-xhur oħra kellhom ippjanat li jiżżewġu u komplew għaddejin bil- pjan tagħhom. Imma l-uġigħ li Margaret kienet qiegħda tħoss taħt sidirha beda kulma jmur iżid, u ddeċidiet li tmur għand it-tabib tal-familja. It-tabib irrokmandalha tmur għand speċjalista tas- sider u hekk għamlet. Xi jiem qabel l-appuntament, lejla minnhom Margaret ta uġigħ qawwi u ttieħdet l-isptar, wara eżamijiet kontra eżamijiet irriżulta li sfortuntament kellha kanċer u ħajjithom inqalbet ta' taħt fuq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016