Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 24 Kummerċjali Sit elettroniku ġdid għal Cisk Interested persons are invited to send their CV to either hr@mcast.edu.mt or by postal mail to the HR Department, Administration Building, MCAST Main Campus, Corradino Hill, Paola PLA 9032. Applications should be received by not later than end of day of the 17th October 2016. Malta College of Arts, Science and Technology Administration Building, MCAST Main Campus Corradino Hill, Paola PLA 9032. T: 2398 7100 F: 2398 7316 E: hr@mcast.edu.mt www.mcast.edu.mt Vacancy Part-time Lecturers required on Printing (JobsPlus Permit No. 50/2016) MCAST is seeking Part-Time Lecturers to deliver training courses on Printing. • Work experience within the Printing trade skills is essential. • Related qualification would be considered an asset. Fl-aħħar jiem tnieda s-sit elettroniku l-ġdid ta' Cisk, il-birra mmanifatturata u ppakkjata fil-Birrerija Farsons. Is-sit juri l-istorja u l-wirt mhux biss ta' din il- birra ikonika, imma wkoll tal- kumpanija Simonds Farsons Cisk – li ilha tipproduċi u tibbottilja l-birra sa mill- 1928. Is-sit joffri wkoll dettalji fuq il-prodotti kollha ta' Cisk, inkluż l-aħħar prodott li tnieda – iċ-Cisk Pilsner. Is-Sur Karl Bondin, Brand Manager – Beers ta' Simonds Farsons Cisk plc, qal li, "Cisk u l-Birrerija Farsons huma parti mill-iżvilupp tal-qasam ekonomiku u kulturali ta' Malta u s-sit il-ġdid jagħti aktar prominenza lil din l-istorja." Is-sit iħeġġeġ lin-nies jesploraw u jitgħallmu aktar fuq din il-marka u l-istorja tagħha, fuq il-proċess tal- produzzjoni tal-birra u fuq l-ingredjenti li jintużaw fit-tisjir tagħha. Hemm ukoll suġġerimenti fuq l-ikel li jmur ma' kull tip ta' birra, u kalendarju tal-avvenimenti. Is- sit hu integrat mal-pjattaformi tal-mezzi soċjali ta' din il-marka kummerċjali. Ir-riċetta oriġinali tal-birra Cisk Lager ma nbidlitx mit- tnedija tagħha fl-1929. Il-birra rċeviet diversi premjijiet, fost l-oħrajn, il-Premju għall-Aħjar Standard ta' Lager tad-Dinja fil-World Beer Awards tal- 2007 u l-midalji tal-fidda fl-International Beer Challenge tal-2013 u fil-Brussels Beer Challenge fl-2014. Il-portfolju ta' Cisk kiber b'mod sinifikanti minn meta tnediet il-birra Lager fl-1929 u llum jinkludi ċ-Cisk Excel, birra b'nofs il-karboidrati ta' dik oriġinali imma bl-istess togħma eċċezzjonali. Birra oħra hi ċ-Cisk Export Premium Lager li tinsab l-aktar barra minn Malta. Din il-birra rebħet numru ta' unuri, fosthom id-deheb fl-Australian Beer Awards fl-1998 u fl-2002, u d-deheb ukoll fil-kategorija tal-European Style Lager fil- World Beer Awards tal-2002. Iċ-Cisk Strong Premium Lager fiha 9% kontenut ta' alkoħol u ssibha wkoll l-Italja bħala draught. Il-birra Cisk Chill tiġi bit-togħmiet tal-lumi u l-frott irqiq (berry) u huma verżjonijiet eħfef tal-birra ewlenija. L-aħħar prodott li żdied fil-portfolju hu ċ-Cisk Pilsner. Din il-birra tnediet din is-sena u hi Pilsner ta' veru bi kwalità mill-aqwa. Hija l-għażla perfetta għal dawk li jħobbu u jifhmu fil-birra. Is-Sur Bondin qal ukoll li, "Filwaqt li se nkomplu naħdmu biex nespandu l-marka Cisk fis-swieq barranin, dan is-sit jirrakkonta l-ġrajja tagħna u jikkomunika l-viżjoni li għandna mal-pubbliku bl-aħjar mod possibbli. It- tħaddim tal-faċilità l-ġdida tagħna għall-ippakkjar tal-birra u t-titjib fid-dehra tal-marki tagħna, bl-aqwa standards internazzjonali, jindikaw id-determinazzjoni tagħna li l-marka Cisk nistabbiluha wkoll bħala waħda mill-marki kummerċjali favoriti lil hinn minn xtutna. Inħeġġu lill- konsumaturi tal-birra Cisk u lil dawk kollha li jħobbu l-birra biex jidħlu fis-sit www.cisk. com." Is-serje televiżiva 'The Last Kingdom' fuq GO Stars HD f 'Ottubru 'The Last Kingdom', waħda mill- aktar serje televiżivi Brittaniċi popolari fis-snin riċenti ser tixxandar fuq GO Stars HD mit- 13 ta' Ottubru fid-09:00pm. Ix- xahar ta' Ottubru jinkludi wkoll il-premieres tal-aħħar staġuni tas-serje 'The Blacklist', 'The Big Bang Theory' u 'The Middle'. Mimli azzjoni, 'The Last Kingdom' hu drama epiku dwar it-twelid tal-Ingilterra bħala nazzjon, u n-nies li ssieltu għal ħajjithom u għall-identità tagħhom. Is-serje hi rrakkontata mill-perspettiva ta' Uhtred, tifel Ingliż li jsir raġel f'dinja brutali, fejn il-ħajja hi kontinwament imdendla fuq tarf ta' sikkina. Imwieled fl-aristokrazija Ingliża iżda mrobbi mill-kmandant militari Daniż, Ragnar 'the Fearless', Uhtred irid jagħżel bejn it-tnejn lejn min ser ikun leali. Meta jibda l-vjaġġ biex jikseb il-patrimonju tiegħu, Uhtred jiffaċċja għadd ta' perikli hekk kif iż-żewġ naħat jilagħbu l-parti tagħhom f'dan il-kapitlu importanti fl-istorja tal- Ingilterra. Ir-raba' staġun tad-drama 'The Blacklist' ikompli jsegwi l-istorja tal-aġent Raymond "Red" Reddington u l-passat imħarbat tas-sieħba tiegħu Elizabeth "Liz" Keen. Żewġ fiżiċi brillanti, Leonard u Sheldon flimkien mal-lezzjonijiet tagħhom tal-ħajja jerġgħu lura għall-għaxar staġun ta' 'The Big Bang Theory'. Is-serje tibda b'żewġ puntati nhar it-Tnejn, 3 t'Ottubru fit-8.15pm. F'Ottubru jintwera wkoll it-tmien staġun tal-kummiedja umoristika dwar familja ta' ħamsa, 'The Middle'. Din is-serje popolari tibda tixxandar mill-Ħamis 13 t'Ottubru fit-8.30pm. Aktar tagħrif dwar GO Stars HD, li hu disponibbli għal €6.99 biss fix-xahar għall-klijenti diġà abbonati ma' GO TV, jista' jinkiseb mill-ħwienet ta' GO u r-resellers esklussivi. Wieħed jista' wkoll iċempel fuq Freephone 80072121 jew iżur is-sit www.go.com.mt. L-iskeda sħiħa ta' GO Stars HD tinsab fuq is-sit: https://www. go.com.mt/personal/tv/channels/ what-s-on-tv 'The Last Kingdom', waħda mill-aktar serje televiżivi Brittaniċi popolari fis- snin riċenti ser tkun qed tixxandar fuq GO Stars HD mit-13 ta' Ottubru Tliet parteċipanti jirbħu bejniethom €3000 Din is-sena kienet sena ta' risq għal 3 parteċipanti fejn, wara kampanja promozzjonali ta' juices tal- kumpanija internazzjonali rinomata RAUCH, li saret b'suċċess matul ix-xhur tas-sajf, rebħu bejniethom is-somma sabiħa ta' €3,000 fi flus. Matul ix-xhur tas-sajf, Schembri Import & Export Ltd, ir-rappreżentanti lokali tal-kumpanija RAUCH, wettqu kampanja promozzjonali tax-xarbiet popolari tagħhom Happy Day, Bravo, IceT u Yippy. Bħala parti minn din il-kampanja, il-pubbliku kien imħeġġeġ jieħu sehem f 'lotterija sabiex jidħol biċ- ċans li jirbaħ wieħed mit-tliet premijiet ta' €1000 fi flus. Dan wassal biex aktar minn 83,000 ruħ żaru l-websajt tal- kompetizzjoni. Annabel Micallef mill-Mosta, Emily Aquilina minn Birkirkara u Michela Micallef minn Tas-Sliema, ir-rebbieħa tal- premjijiet ta' €1,000 li ttellgħu fil-preżenza ta' nutar, ingħataw il-premjijiet mid-direttur maniġerjali ta' Schembri Import & Export Ltd, is-Sur George Schembri. Schembri Import & Export Ltd, f 'isem RAUCH, jixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li ħadu sehem fil- promozzjonijiet varji li saru matul dawn l-aħħar ftit xhur u lil dawk kollha li daħlu fil- 'Bravo Big Bonus competition'. AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016