Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum SPORTSillum 27 minn Cristian Antony Muscat minn ġewwa Wembley Stadium f'Londra Ingilterra. .................... 2 Malta ........................... 0 MALTA kellha tbaxxi rasha għall-qawwa tal- Ingiltera meta f 'Wembley Stadium, sfat megħluba mill-Ingilterra bl-iskor rispettabbli ta' 2-0 biż-żewġ gowls għall-Ingliżi jaslu fl- ewwel taqsima. Kienu l-Ingliżi li ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota wara tmien minti logħob permezz ta' xutt minn barra l-kaxxa tal-captain Wayne Rooney li ħareġ l-aħjar tal- goalkeeper Andrew Hogg li salva b'mod spettakolari. Fit-18 -il minuta, Gareth Southgate, kellu jaffetwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa' għalihom il-plejer Ryan Bertrand, biex minfloku daħal jilgħab Danny Rose. L-Ingilterra kompliet tattakka u fit-22 minuta, wara li rċieva minn cross ta' Daniel Henderson, għola tajjeb Dele Alli li żarkat għal kollox rega' ħareġ fid-deher il-kwalitajiet mill-aqwa ta' Andrew Hogg li reġa' wettaq save tajjeb, għalkemm ma żammx biex mir-rebound l-attakkant ta' Liverpool, Daniel Sturridge, minn qagħda ferm ideali minn taħt il-lasti tefa' inkredibbilment għoli. Attakk wara l-ieħor l-Ingilterra fetħu l-iskor fid-19 -il minuta meta din id-darba Daniel Sturridge ma ħafirx meta wara li rċieva minn cross perfett ta' sieħbu fit-team ta' Liverpool, Daniel Henderson, tefa' l-ballun wara Andrew Hogg permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. It-team immexxi minn Gareth Southgate għoddu rdoppja l-iskor fit-33 minuta meta tentattiv minn daqqa ta' ras ta' Jesse Lingard, ġie milqugħ bi bravura mis- solitu Andrew Hogg. Iżda t-tieni gowl għall-Ingilterra ma damx biex wasal hekk kif ħames minuti biss wara huma rduppjaw l-iskor meta xutt mill-viċin ta' Dele Alli ġie milqugħ minn Andrew Hogg li iżda ma żammx biex mir-rebound, l-istess plejer spara fix-xibka. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Ingliżi komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u fit-53 minuta freekick insidjuż tal-captain Wayne Rooney ġie mdawwar f 'corner bi bravura mill-eroj tal-Maltin, Andrew Hogg. Fl-64 minuta, Theo Walcott, resaq viċin li jagħmilhom tlieta għall- Ingilterra, iżda tentattiv minn lob delizzjuż tiegħu ma qarraqx bil-goalkeeper Malti, Andrew Hogg, li dawwar tajjeb f 'korner. L-uniku xutt fil-lasti għall- Maltin jasal minn xutt minn ġol-kaxxa ta' Andrei Agius fil-81 minuta li iżda ġie milqugh mill-goalkeeper tal- Ingilterra, Joe Hart. Ingilterra: Hart, Walker, Bertrand (Rose 19'), Henderson, Cahill, Stones, Walcott (Rashford 68'), Alli, Sturridge (Vardy 73'), Rooney, Lingard Malta: Hogg, Sciberras, Agius, Borg, Fenech, Schembri (R. Muscat 86'), Camilleri, Kristensen, Effiong (Mifsud 76'), Z. Muscat, A. Muscat Referi: Stefan Johannesson (SVE) ANDREW HOGG Twieled fit-2 ta' Marzu 1985 f 'Kingston upon Thames, fl-Ingilterra. Kien l-eroj assolut għall- Maltin, fejn għal bosta drabi salva lill-Maltin minn gowls ċerti. Fil-preżent jilgħab ma' Hibernians, waqt li fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Valletta, Pietà Hotspurs u ma' Kerkyra fil-Greċja. Malta tbaxxi rasha għall-qawwa tal-Ingilterra Alfred Effiong f 'konfront għall-ballun ma' John Stones