Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Sports 28 Il-preżent u l-futur tat-tim nazzjonali minn Cristian Antony Muscat LURA fit-22 ta' Lulju li għadda, l-FA Ingliża kienet ħabbret b'mod uffiċjali li Sam Allardyce kellu jkun il-kowċ tal-Ingilterra għas- sentejn li ġejjin b'għażla li jiġġedded il-kuntratt tiegħu. Allardyce, li għandu 61 sena, kellu jmexxi lill-Ingilterra lejn il- kwalifikazzjoni tal-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja, 2018, b'kuntratt li fih kellu jaqla' £3 miljun fis-sena. Fl-ewwel kummenti li kien għadda mal-ħatra tiegħu, huwa kien saħaq li kien jinsab onorat ħafna li ġie magħżul biex imexxi lit-tim nazzjonali Ingliż u kien se jagħmel dak kollu fil-poter tiegħu biex iwassal lill-Ingilterra lejn bosta objettivi. fosthom li jmexxi lill-Ingilterra sal-finali tal-Kampjonati Ewropej li jmiss li se jsiru fl-2020 fl-Ingilterra stess, bil-finali se tkun qed tintlagħab f 'Wembley Stadium. Barra minn hekk il-Kap Eżekuttiv tal-FA Ingliża, Martin Glenn, kien talab lil Sam Allardyce biex imexxi lill- Ingilterra sal-istadji l-iktar tardivi mhux biss ta' dawn il-Kampjonati Ewropej, iżda ta' kull kompetizzjoni maġġuri li l-Ingilterra se tkun qed tieħu sehem fiha minn issa 'l quddiem. Iżda jgħidu li l-qamar il-għasel malajr jgħaddi u dan il-kumment jista' joqgħod eżatt għal Sam Allardyce, hekk kif wara li kien hemm ħafna kliem ta' tifħir indrizzati lejh wara li ħa t-tmexxija tal-Ingilterra, hekk kif bosta esponenti tal-futbol internazzjonali kienu tal-fehma li huwa kien se jġib arja ġdida fit- tim nazzjonali Ingliż, mal- ewwel bdiet il-kritika lejh. Dan hekk kif fil-lista ta' plejers tal-Ingilterra qabel kienet impenjata f 'konfront kontra Slovakkja ta' Marek Hamsik barra minn darha nhar l-4 ta' Settembru li għadda, tħalla barra l-midfielder talentuż ta' Everton Ross Barkley, fost ir-rabja tal-partitarji tat-Toffees u mhux inqas tat-tim nazzjonali Ingliż. Fil-jiem ta' wara kompla jberraq għat-tim nazzjonali Ingliż hekk kif id-ditta Nike bdiet tikkunsidra li twaqqaf l-isponsor tagħha mal-FA Ingliża wara d-diżappunt kbir fil-Euro 2016, fejn il-bejgħ tal-kits tat-tim nazzjonali naqas b'mod drastiku. Anke r-rebħa kontra l-iSlovakkja, li kienet l-unika waħda li kiseb il-kowċ Sam Allardyce fit-tmun tat-tim nazzjonali Ingliż, biex b'hekk nistgħu ngħidu li għandu rekord ta' rebħ ta' 100% ma' dan it- tim, ma kinitx biżżejjed biex ikun hemm żieda fil-bejgħ. Il-ftehim bejn Nike u l-FA Ingliża huwa dak ta' £32 miljun fis-sena li jibqa' validu sat-Tazza tad-Dinja tal-2018, fejn jekk Nike tiddeċiedi li twaqqaf l-isponsor, id-ditta Under Armour, mistennija li tkompli fil-pożizzjoni tagħha. Iżda l-akbar bomba faqqgħet nhar it-Tlieta 27 ta' Settembru li għadda meta sar magħruf li Sam Allardyce kien irriżenja minn kowċ tal-Ingilterra, fejn għażel li jagħmel hekk minflok li jitkeċċa mill-FA Ingliża wara li uża l-pożizzjoni tiegħu biex jinnegozja £400,000 ma' "negozjant" u offra li jitkellem dwar futbol fiċ- Ċina u Singapore, fejn tah parir kif jista' jgħawweġ ir- regoli tat-trasferimenti tal- FA Ingliża. Dan ġara qabel il-logħba internazzjonali fejn l-Ingilterra għelbet l-iSlovakkja bl-iskor ta' 1-0, bil-gowl uniku għall-Ingliżi jasal b'mod drammatiku mill-plejer ta' Liverpool, Adam Lallana, fil-ħin miżjud. Iżda l-istess Allardyce ma kienx jaf li dan in- "negozjant" ma kien ħadd ħlief ġurnalist tal-ġurnal "The Telegraph" li kien qed jaħdem 'undercover'. Fl-istess laqgħa, Allardyce, saħansitra pprova jimita b'mod sarkastiku l-mod kif kien jitkellem l-eks kowċ tal-Ingilterra Roy Hodgson waqt li kkritika wkoll lill- eks difensur internazzjonali Ingliż Gary Neville. Dan minbarra li l-istess ġurnal kompla jallega li ntlaħaq ftehim mal-manager Ingliż stess li jiswa £400,000 biex huwa jirrappreżenta l-kumpanija ta' investituri fil-Lvant Imbiegħed u anke jkun il-kelliemi ewlieni f 'avvenimenti li jsiru. Din ir-riżenja waslet biss wara 67 jum minn mindu Sam Allaryce kien inħatar biex imexxi lit- tim nazzjonali Ingliż, fejn tajjeb ngħidu li huwa kien ilu jixtieq dan ix-xogħol għal aktar minn għaxar snin. Huwa ddikjara l-innoċenza tiegħu fil-każ kollu, fejn saħaq li dawk li ħaseb li kienu sħabu għal 30 sena sħaħ, spiċċaw biex kienu tradituri tiegħu fejn kellhom skopijiet ulterjuri li jgħaddu kemm lilu kif ukoll lil familtu mill-martirju li għaddejjin minnu bħalissa. Madankollu, Sam Allardyce jidher li jista' jaffaċċja wkoll azzjoni dixxiplinarja mill- FA Ingliża. Dan hekk kif il-Kap Eżekuttiv tal-FA Ingliża, Martin Glenn, qal li ġaladarba jintemmu l-investigazzjonijiet tal- Pulizija f 'dan il-każ, l-eks coach taI-Ingilterra jista' jkun qed jaffaċċja sospensjoni twila mill- futbol Ingliż, li iżda ma tkunx għal għomru. B'hekk jekk din is- sospensjoni tiġi fis-seħħ, meta wieħed jikkunsidra l-età ta' Sam Allardyce, wieħed jista' jgħid li l-karriera tiegħu fil-futbol bħala kowċ tkun kważi mitmuma. Il-każ Sam Allardyce jiftaħ kaxxi magħluqa oħra ta' allegati każi ta' korruzzjoni Il-każ ta' Sam Allardyce, żvelat mid-Daily Telegraph, kompla jiftaħ aktar kaxxi magħluqa ta' allegati każi ta' korruzzjoni minn managers oħra ta' timijiet fl-Ingilterra. Dan fisser li l-Assoċjazzjoni tal-Futbol Ingliża ġiet milquta minn kriżi ġdida hekk kif tmien managers kurrenti jew eks managers tal-Premier League jinsabu akkużati b'tixħim għal trasferimenti ta' plejers wara investigazzjoni twila mill- ġurnal 'The Telegraph'. Il-ġurnal Ingliż qal li aċċetta li jgħaddi dak kollu li għandu lill-FA u lill- pulizija wara li ġurnalisti undercover skoprew "evidenza mifruxa ta' korruzzjoni fil-logħba Ingliża" billi ffilmjat aġenti tal-futbol jiftaħru kemm tħallsu l-managers. Bdew Barnsley li ssospendew lill-assistant manager Tommy Wright wara li kien ukoll implikat minn dan il-ġurnal ewlieni Ingliż. Wright kien iffilmjat jirċievi envelop bil-flus talli pperswada lil Barnsley jakkwistaw players minn kumpanija fittizja mil- Lvant Imbiegħed. Il-ġurnal allega li Wright aċċetta s-somma ta' £5,000 f 'laqgħa li saret f 'Leeds, f 'Awwissu li għadda. Il-klabb ta' Barnsley ħarġu stqarrija fejn qal li Wright ġie sospiż sakemm issir investigazzjoni interna dwar dawn l-allegazzjonijiet. Il-ġurnal jagħmilha ċara li Barnsley mhumiex involuti bl-ebda mod f 'dan il-każ. Wara ġie żvelat isem ta' kowċ ieħor - Jimmy Floyd Hasselbaink ta' Queen's Park Rangers. Huwa allegat li dan il-kowċ Olandiż tħallas is-somma ta' £55,000 minn aġenzija li riedet tbigħ plejers lill-klabb tiegħu. Għal bidu, din l-aġenzija offrietlu £35,000 iżda huwa ġie kkwotat li qal li jaħseb li s-somma setgħet tkun aħjar minn hekk, u riedu jagħmluh aktar kuntent għax is-somma ta' £35,000 ma kinitx daqstant attraenti, iżda Hasselbaink ċaħad dan kollu. Barra minn hekk, qed jiġi mplikat ukoll is-sid Taljan ta' Leeds United, Massimo Cellino, li offra lil din "l-aġenzija" ishma fil-klabb tiegħu bil-kundizzjoni li huwa jkollu kummissjoni fuq il-bejgħ tal-plejers tiegħu. Issemma' wkoll l-assistent kowċ ta' Southampton, Erick Black, fejn is-Saints ħarġu stqarrija uffiċjali wara li t-tim kiseb draw ta' mingħajr gowls kontra Be'er Sheva fil-UEFA Europa League fl-Iżrael, fejn Black kien fuq il-bank tekniku, hekk kif id-diriġenti tal- klabb ġew ikkuntatjati mill-ġurnal Daily Telegraph li kienu se jiktbu artiklu fuq Black. Black ġie ffilmjat mill- ġurnal fejn jagħti pariri lill-ġurnalisti li kienu qed jippużaw bħala negozjanti, kif ixxaħħmu staff f 'diviżjonijiet iżgħar. Black issuġġerixxa li jaf b'assistant It-tim nazzjonali tal-Ingilterra

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016