Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 29 nazzjonali Ingliż wara s-saga ta' Sam Allardyce coaches fiċ-Championsip li lesti jgħaddu informazzjoni fuq il-plejers lill-kumpaniji li riedu jirrappreżentawhom. Black ġie kkwotat jgħid li n-nies f 'dawn il-livell ma jaqilgħux ħafna flus. Ir- regoli tal-FA jipprojbixxu pagamenti ta' dan it-tip. Southampton ikkuntattjaw lill-FA Ingliża u lill-Premier League li ser jaħdmu id f 'id magħhom biex isolvu dawn il-każijiet. Fil-jiem ta' wara, komplew ifeġġu iktar allegazzjonijiet ġodda fil-ġurnali Ingliżi dwar Sam Allardyce, wara li riċentament dan kien ġie rrekordjat minn wieħed mill-plejers tiegħu stess. Il-plejer, Ravel Morrison, irrekordja bil-moħbi lil Allardyce wara li kellu diżgwid dwar l-aġent kontroversjali ta' West Ham, Mark Curtis. Eks plejer ta' Allardyce, Jermaine Pennant tenna li meta staqsa għal żieda fil- paga, Allardyce qal lil sieħbu fit-tim Morrison li jekk ried dan imissu jiffirma ma' Curtis. Morrison kien ġie nnottat minn Sir Alex Ferguson u meqjus bħala żagħżugħ promettenti iżda kien ingħaqad ma' West Ham wara sensiela ta' problemi ta' dixxiplina. X'Qalu fuq Sam Allardyce -Min jiddikjara l-innoċenza tiegħu u min Kontrih... Josè Mourinho saħaq li indipendentament minn dak li ġara fil-każ ta' Sam Allardyce, dan mhu se jnaqqas xejn mir-rispett li huwa għandu fil-konfront ta' dan l-eks kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż. Huwa kompla li jinsab ċert li dan l-att kien premeditat fil- konfront ta' Sam Allardyce, biex issirlu ħsara personali minn terzi persuni. Mourinho kkonkluda billi qal li jikkunsidra lil dan il-kowċ bħala wieħed mill- aqwa kowċis li pproduċa l-futbol Ingliż tul is-snin. L-eks skorer prolifiku ta' Newcastle United u Blackburn Rovers, Alan Shearer, qal li t-tim nazzjonali Ingliż sar dak it-tim li kulħadd jiddieħak bih madwar id-dinja kollha. Dan hekk kif huwa fakkar kif l-istess tim dejjem jagħmel il-headlines tal- aħbarijiet b'mod negattiv, kemm bil-prestazzjonijiet tiegħu ġewwa l-grawnd, fejn ilu ma jimpressjona waqt turnament maġġuri għal numru twil ta' snin, iżda wkoll għal dak li jseħħ barra mill-grawnd. Dan meta wieħed iqis il-każ ta' Sam Allardyce, li Alan Shearer iddeskrivieh bħala farsa, li rriżenja mit-tmun tat-tim nazzjonali Ingliż bħala kowċ wara biss 67 ġurnata. Il-manager ta' Wales, Chris Coleman qal li jemmen li min jiġi akkużat b'każijiet ta' korruzzjoni fil-futbol, m'għandhiex tiġi murija l-id tal-ħniena lejh, iżda għandu jiġi sospiż b'mod permanenti mill-futbol. B'hekk biss huwa saħaq, li nistgħu xi darba naspiraw li jkollna futbol nadif għal kollox. Intant, l-awtoritajiet tal- futbol Ingliż qed jaħilfu li ser jużaw is-saħħa kollha biex jeqirdu l-korruzzjoni wara allegazzjonijiet li saru mill-ġurnal Daily Telegraph. L-FA Ingliża, Premier League u l-Football League, ħarġu stqarrija fejn qalu li l-integrità tal-logħba hija ta' importanza kbira. L-assoċjazzjoni tal-kowċis Ingliżi qalet li kienet tinsab imħassba ferm u ser taħdem mal-FA Ingliża biex jiġu stabbiliti l-fatti. L-assoċjazzjoni tal-aġenti tal-futbol qalu li s-sistema ta' trasferimenti kienet miftuħa biex jitwettqu abbużi. Iċ-chairman ta' din l-assoċjazzjoni qal li s-sistema hija miftuħa biex tiġi manipulata u abbużata, u li kien wasal iż-żmien biex dawk li huma involuti fil-futbol fl-Ingilterra jingħaqdu flimkien ġenwinament biex titwaqqaf sistema ġdida għal futur Il-Ministru tal-iSport fl-Ingilterra, Tracey Crouch, qalet li dawn l-allegazzjonijiet kienu ta' tħassib kbir fejn kompliet li bħala amminstrazzjoni tal-pajjiż, kemm- il darba kienu ċari li kienu qed jistennew l-ogħla livell ta' trasparenza fit- tmexxija minn għaqdiet tal-isport kemm fl- Ingilterra kif ukoll fuq bażi internazzjonali. Intant, hekk kif ftit jiem wara r-riżenja ta' Sam Allardyce minn kowċ tal- Ingilterra, tħabbar kif huwa kien se jkun qed jingħata kumpens ta' £1 miljun mill- FA Ingliża, din l-aħbar ma tantx intlaqgħet tajjeb minn bosta esponenti tal-futbol mondjali, fosthom mill-eks Direttur Eżekuttiv tal-FA Ingliża, David Davies, li qal li l-FA Ingliża għandha bżonn ta' riforma urġenti. Din il-fehma kienet imsaħħa b'dak li qal il-Kap Eżekuttiv tal-FA Ingliża David Bernstein li qal li l-assoċjazzjoni pproduċiet riżultati ferm fqar, u li qed jinħass il-bżonn ta' riforma serja fl-assoċjazzjoni, fejn mhijiex ko-inċidenza li qed iseħħu dawn l-affarijiet. Min se jieħu post Sam Allardyce bħala kowċ ġdid tat-tim nazzjonali Ingliż? Bħalma dejjem jiġri meta kowċ jispiċċa mit- tmun ta' tim partikolari, jibdew ix-xnigħat u l-ispekulazzjonijiet fuq min ikun se jeħodlu postu bħala kowċ. U fil-każ ta' Sam Allardyce ma kienx inqas hekk kif ftit sigħat wara li huwa ħabbar ir-riżenja tiegħu, mal-ewwel bdew jissemmew diversi ismijiet li setgħu jeħdulu postu fosthom Alan Pardew, Steve Bruce, Eddie Howe, Glenn Hoddle, Gareth Southage, Jurgen Klinsmann, Gary Neville, Arsene Wenger u Rio Ferdinand. L-aktar favorit bħalissa jidher li huwa l-kowċ preżenti ta' Arsenal, Arsene Wenger, li ta indikazzjoni li jixtieq li jkun propju hu s-suċċessur ta' Sam Allardyce fit-tmexxija tat-tim nazzjonali Ingliż. Min-naħa tal-FA Ingliża, kemm-il darba kkunsidrat lil Wenger fil-passat. Qed jiġi rrapurtat li l-manager ta' Bournemouth, Eddie Howe, qed jiġi kkunsidrat bħala l-ħames kowċ l-aktar favorit li jieħu t-tmun taI-Ingilterra bħala kowċ. Iżda huwa saħaq li għalkemm huwa ta' unur għalih li qed jiġi kkunsidrat bħala tali, żgur li mhux se jkun qed jaċċetta din il-kariga minħabba li jinsab kommess li jwassal lil Bournemouth għat-tragward li huma poġġew fil-bidu ta' dan l-istaġun, jiġifieri li jżommu posthom mal-'elite' tal-futbol Ingliż. Bħall-manager ta' Bournemouth, Eddie Howe, il-manager ta' Crystal Palace, Alan Pardew, ukoll saħaq li bħalissa jinsab konċentrat biss li jara lit-tim tiegħu jilħaq l-għanijiet tiegħu għal matul dan l-istaġun. Dan fost spekulazzjonijiet li huwa jista' jsir il- kowċ tal-Ingilterra. Huwa kompla li mbagħad fil-futur, wieħed ma jistax jgħid x'għad jiġri. Il-futur tat-tim nazzjonali Ingliż Bħalissa t-tim nazzjonali Ingliż jinsab immexxi minn dak li huwa msejjaħ bħala 'caretaker manager' jew interim manager' Gareth Southgate. Dan, b'mod temporanju sakemm jinħatar il-kowċ il- ġdid tal-Ingilterra. L-eks difensur internazzjonali Ingliż, kien fit-tmexxija tat-tim internazzjonali Ingliż ta' taħt il-21 sena u mexxi lit-tim tal-kbar fil-konfront tal- bieraħ kontra Malta waqt li se jkun qed jagħmel dan ukoll għat-tliet partiti li jmisshom l-Ingliżi fosthom dak tal-jiem li ġejjin kontra l-Islovenja. Fl-ewwel kummenti tiegħu f 'din il-ħatra, Southgate qal li kien importanti għalih li jagħmel pass 'il quddiem fil-karriera tiegħu u jieħu l-kariga ta' kowċ tal- Ingilterra wara t-tluq ta' Sam Allardyce. Huwa kompla li l-futur ċertament huwa wieħed pożittiv għat-tim nazzjonali Ingliż. F'Ġunju li għadda, Southgate ta' 46 sena kien iddikjara li ma kellu l-ebda interess li jissuċċedi lil Roy Hodgson bħala kowċ tal-Ingilterra. Minbarra li mexxa lit-tim nazzjonali Ingliz ta' taħt il-21 sena sa mis-sena 2013, huwa kien ukoll il-kowċ ta' Middlesbrough bejn l-2006 sa 2009. L-ekskowċ tat-tim nazzjonai Ingliż, Sam Allardyce Il-caretaker manager tal- Ingilterra, Gareth Southgate

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016