Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Sports 30 Ġimgħa mimlija emozzjonijiet għal Keith Galea inkurunata bir-rebħ tas-sitt titlu ta' Champion Nazzjonali tat-Triathlon minn Cristian Antony Muscat L-ATLETA ta' Birkirkara St Joseph, Keith Galea, irnexxielu jiddefendi bil-kbir it-titlu ta' Champion ta' Malta tat-Triathlon. Dan hekk kif nhar il-Ħadd li għadda, il-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon organizzat il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon fi Triq il-Kosta ġewwa s-Salina. It- tellieqa kienet tikkonsisti f 'għawma ta' 1.5km, 40km rota u ġirja ta' 10km. It-temp kien wieħed kiefer għall- atleti hekk kif kien riħ isfel b'umdità qawwija u allura s-sħana kien fattur determinanti wkoll. Kien jidher biċ-ċar mill-bidu nett x'kienu l-intenzjonijiet ta' Galea hekk kif mar fuq quddiem mill-ewwel fl-għawma. Huwa ħareġ it-tielet mill-għawma flimkien ma' żewġ atleti oħra, Omar Said u Shaun Galea. Kien fuq ir-rota li Galea kiseb ir-rebħa tat-titlu, hekk kif beda l -40km b'pass b' saħħtu ħafna u mill-ewwel mar fuq quddiem. Ħadd ma rnexxielu jżomm miegħu u beda jiftaħ vantaġġ ma' kull dawra. Ir-rota ta' Galea kienet verament impressjonanti u fil-fatt għamel l-aqwa ħin minn kulħadd. Fil-ġirja, Galea, mhux biss amministra sew il- vantaġġ imma kompla jżid biex rebaħ is-sitt titlu tiegħu f 'ħin ta' 2.05.28. Fit-tieni post daħal Fabio Spiteri ta' Mosta Cycling Club f 'ħin ta' 2.08.44 u fit tielet post spiċċa ż-żagħżugħ Neil Markham tal-istess klabb f 'ħin ta' 2.10.37. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta, Galea, qal li jinsab sodisfatt ħafna bil-prestazzjoni tiegħu u kuntent ħafna bir-rebħ tat-titlu. Kienet ġimgħa diffiċli għal Galea mimlija tensjoni u emozzjonijiet hekk kif twieldet it-tifla tiegħu Elise. Għalkemm ħaseb li ma kienx ħa jkun b' saħħtu bħalma xtaq, huwa spiċċa biex kellu l-aqwa prestazzjoni tiegħu ta' dan l-istaġun. F'din it-tellieqa huwa tellaq għall-ewwel darba bir- racer il-ġdid tiegħu 'Scott Plasma Time Trial Bike'. Din kienet biss it-tiena darba li uża din ir-rota imma ħassu tajjeb ħafna u komdu fuqha u l-ħin li għamel wera dan biċ-ċar. Intant, propju ftit tal-jiem qabel rebaħ il- Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon għas- sitt darba fil-karriera mill-aqwa tiegħu f 'dan l-isport, Keith Galea, rebaħ l-aħħar tellieqa tal-Birkirkara St Joseph Triathlon Series b'mod konvinċenti. It-temp kien wieħed tajjeb u favorevoli għall-atleti kkumparat mat-temp sħun li kien hemm fit-tlielaq ta' qabel. Fl-għawma ta' 750m, Galea mill-ewwel mar fuq quddiem bil-pass b'saħħtu tiegħu. Huwa qagħad fl-ewwel grupp ta' għawwiema tul l-għawma kollha. Huwa ħareġ fit- tieni post bi ftit sekondi wara Omar Said u wara tranżizzjoni tajba huwa beda l-20km rota b'pass b'saħħtu ħafna u mill- ewwel tela' fl-ewwel post. Huwa kien segwit minn Said u Neil Markham li kienu qed iżommu mal-pass ta' Galea imma fl-aħħar dawra Galea żied il-pass u rnexxielu jiftaħ vantaġġ fuqhom it-tnejn qabel ma daħal għat-tieni tranżizzjoni. Kien f 'dan il-mument li Galea kiseb ir-rebħa fejn attakka fl- ewwel kilometri tal- ġirja ta' 5km u l-vantaġġ beda jiżdied ma' kull pass li beda jagħmel biex rebaħ l-14-il tellieqa tal-istaġun f 'ħin ta' 1.00.49, 18-il sekonda biss 'il bogħod mir-rekord tal-korsa li huwa tiegħu stess. Omar Said daħal fit-tieni post, minuta wara Galea, waqt li fit-tielet post spiċċa Fabio Spiteri. Ikkuntatjat minn dan il- ġurnal Galea qal li jinsab kuntent ħafna bir-rebħa. Huwa ħassu tajjeb matul it-tellieqa kollha u l-fatt li kien 18-il sekonda biss 'il bogħod mir-rekord tal- korsa juri li kien f 'qagħda tajba għall-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon li għalih hija l-iktar tellieqa importanti tal-istaġun, u li fil-fatt spiċċa biex rebaħ. Huwa xtaq li jmur għar-rekord imma pprefera li ma jinħaqarx iżżejjed minħabba li dawn il-Kampjonati kellhom isiru ġimgħa biss wara din it-tellieqa. Keith Galea li qiegħed fl- iskema tal-Flexi Training xtaq jirringrazzja lill-kowċ tiegħu Ivan Rozhnov, lil ħuh Dermot Galea, lill-familja kollha tiegħu, lill-isponsors tiegħu Garmin Malta, BBB Cycling Malta, Jaycee Malta, Team Barry Malta International Challenge Marathon, Lucida Laundry, DGtri,com, Mochika Outdoor Life, Starbene 24/7 lill-klabb tiegħu Birkirakra St Joseph, lil Malta Triathlon Federation, lill-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) u lil SportMalta tas-sapport kontinwu li huma jtuh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, huwa xtaq jirringrazzja u jiddedika dawn l-aħħar suċċessi li kiseb lill-mara tiegħu, Elizabeth, tas- sapport kbir li hija ttih, speċjalment fir-rebħa storika tal-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon u lit-tifla tiegħu li għadha kemm twieldet propju fil- jiem li għaddew, Elise. Ritratt: Mark Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016