Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
illum Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Sports 32 DWARNA ma' Mariella Dimech kull nhar ta' Tlieta fid-21:00 fuq TVM2 Suzanne Buttigieg tieħu sehem 'training camp' intensiv -Olanda minn Cristian Antony Muscat SUZANNE Buttigieg, rebbieħa tal-Kategorija FIG (Federazzjni tal- Ġinnastika) 2016, fil-jiem li għaddew ħadet sehem fi training camp intensiv ta' għaxart ijiem fi 'Breda Gym' fl-Olanda, flimkien mal-kowċ tal-ġinnastika ta' Breda, Chantal Jorma. Dan kien possibli grazzi għall-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), hekk kif Suzanne hija ġinnasta 'elite'. F'kummenti li għaddiet lil din il-gazzetta, rigward l-esperjenza tagħha f 'dan it-training camp fl-Olanda, Suzanne Buttigieg, qalet li: "Dawn kienu għaxart ijiem ferm produttivi għalija, hekk kif irfinajt ferm il-ħiliet tiegħi fil-ġinnastika waqt li kien ta' importanza kbira għalija li ħdimt ma' ġinnasti oħra mill-Olanda li jieħdu sehem fl-istess kategorija tiegħi f 'dan l-isport. Li kien differenti għalija minn dak li nittrenja f 'Malta kien il-ħin, hekk kif fl- Olanda, kont nittrenja kmieni filgħodu eżattament fis-7am qabel ma l-istudenti jmorru l-iskola u għalhekk ikunu jridu jużaw il-gym, waqt li f 'ċerti ġranet kont nittrenja wkoll fl-4.30pm. Din kienet opportunità tajba għalija f 'din is-sena ta' preparazzjoni għall-kompetizzjoni maġġuri li se nkun qed nieħu sehem fiha matul is-sena d-dieħla," temmet tgħid Suzanne Buttigieg. Din il-ġinnasta, li għad għandha biss 16-il sena u bla dubju għandha futur mill-isbaħ quddiemha fil- ġinnastika, ilha tipprattika l-ġinnastika mill-2013 fl-età tenera ta'13-il sena, fejn fl- istess sena rebħet il-midalja tal-fidda fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li kienu saru fil- Lussemburgu, wara li kienet ikklassifikat fit-tieni post fil-kompetizzjoni msejħa 'individual beam'. Suzanne, li tittrenja mal- klabb ewlieni tal-ġinnastika f 'pajjiżna, 'Gymstars', xtaqet tirringrazzja lill-kowċis personali tagħha, Antonina Uzunova u lill-kowċ Olandiża l-ġdida tagħha fil-klabb li miegħu tittrenja Harry Staple, li kienu ż-żewġt imħuħ ewlenin biex hija setgħet tieħu sehem f 'dan it- training camp intensiv ġewwa ċ-Ċentru tal-Ġinnastika ta' Breda fl-Olanda. Suzanne Buttigieg imkien ma' ġinnasti oħra membri tal-Breda Gymnastics Centre -Olanda Brooke Agius tikkonferma minn Cristian Antony Muscat LATLETA żagħżugħa Brooke Agius kompliet tikkonferma lilha nnifisha, bħala tabilħaqq waħda mill-aqwa atleti tal-karate f 'pajjiżna, meta dan l-aħħar, kienet qed tieħu sehem fil- Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal- Karate li saru fil-Polonja, hija rebħet żewġ midalji - waħda fil-kumite u waħda fil-kata li huma żewġ dixxiplini differenti fil-Karate. Din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Brooke Agius innifisha propju ftit jiem biss wara li rritornat mill- Polonja, fejn tatna dawn il-kummenti rigward kif bdiet l-imħabba tagħha lejn dan l-isport u kif kompliet tevolvi fih tul is-snin, fejn għalkemm għadha ta' età relattivament żgħira, hija diġà għamlet unur għal Malta f 'dan l-isport jew arti marzjali, hekk kif diġà ġabet numru ta' unuri lejn pajjiżna. Hija saħqet li: "Kont ilni biss nittrenja erba' xhur għall-ewwel kompetizzjoni nazzjonali tal-karate li kkompetejt fiha. Fiha rbaħt midalja tad-deheb u b'hekk għamilt aktar kuraġġ u bdejt nieħu dan l-isport aktar bis-serjetà. Wara żewġ kompetizzjoniet oħra, li fihom irbaħt żewġ midalji tad-deheb oħra, Sensei Anthony Zammit ra l-kapaċità tiegħi u ssuġġerieli biex napplika għall-iSkola Nazzjonali tal-iSport. Din ma kinitx deċiżjoni faċli għalija u għall-familja tiegħi iżda ddeċidejna li napplikaw għal din l-iskola għax kont naf li din kienet l-aktar deċiżjoni ta' ġid għalija. Minn dakinhar jien irnexxieli nirbaħ ħafna midalji fosthom: midalja tal-fidda fil-kumite, li hija ġlieda bejn żewġ atleti b'regolamenti speċifiċi. Irbaħt ukoll ħames midalji tad-deheb, erba' midalji tal-fidda u tnejn tal-bronż fil-Kampjonati Nazzjonali ta'Malta. Dan minbarra li rbaħt żewġ midalji oħra - waħda fil-kumite u waħda fil-kata fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Karate li saru fil- Polonja fil-jiem li għaddew. Ovvjament, dawn