Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 33 tikkonferma lilha nnifisha bħala waħda mill-aqwa atleti fil-Karate is-suċċessi ma ġewx waħedhom u kelli nagħmel ħafna sagrifiċċji biex wasalt fejn wasalt illum. Mhux faċli li tara lil sħabek kollha joħorġu u jgawdu waqt li inti ma tistax tkun magħhom għaliex ikollok it-taħriġ. It-taħriġ huwa diffiċli u ħafna drabi nħossni qisni qed naqta' qalbi, però grazzi għall- ġenituri tiegħi, sħabi tat- taħriġ u l-kowċis nagħmel kuraġġ u niftakar x'kien l-għan tiegħi fil-bidu li bdejt - dak li nipprova nirbaħ l-unuri għal pajjiżi. F'karriera bħal tiegħi is-sagrifiċċji mhux jiena biss irrid nagħmilhom u hawn irrid nirringrazzja ħafna lill-ġenituri tiegħi tal-paċenzja, flus u ħin li kontinwament jagħtu sabiex jgħinuni mill-aħjar li jistgħu. Nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li mingħajr l-għajnuna u s-sostenn tagħhom ma jiena xejn! Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kowċis kollha tiegħi ta'diversi klabbs u tan-nazzjonal tal-impenn li dejjem urew lejn kull atleta li tipparteċipa kemm ġewwa Malta u anke barra minn pajjiżna. L-iSkola Nazzjonali tal-Isport hija wkoll ta' għajnuna kbira għalija, għaliex mhux biss żdiduli s-sigħat tat-taħriġ imma wkoll jippreparaw lil kull student mentalment għall- kompetizzjoni, tellieqa u affarijiet oħra relatati. F'kelma waħda, bis-sapport tal-iSkola Nazzjonali tal- iSport, nistgħu nipprattikaw il-Karate b'mod professjonali. Ix-xewqa tiegħi hija li l-Karate jingħata aktar importanza f 'pajjiżna, għaliex jiena ċerta li huwa wieħed mil-iktar dixxiplini sportivi li l-Maltin qed jiksbu suċċess fih. Bħala tim nazzjonali nsibu ħafna għajnuna minn kowċis minn pajjiżi oħra speċjalment minn kowċis Taljani fejn jiġu għal tliet ijiem u jagħmlulna sessjonijiet intensivi ħafna, u li jien personali nsibha ta' għajnuna kbira. Ħafna drabi nitilgħu ukoll l-Italja għal 'training camps'. Dan is-sajf tlajt għal 'training camp' maċ- champion mondjali tal- Kumite, Luigi Busa'. Kienet esperjenza li żgur ma ninsiha qatt fejn tgħallimt affarijiet ġodda u għamilt ħafna ħbieb ġodda wkoll. Dan l-isport għeni nikber u nimmatura fit-tfajla li jien illum. Nissuġġerixxi ħafna li n-nies jippruvaw dan l-isport ukoll ma' xi klabb affiljat mal-'Malta Karate Federation', għaliex kif jgħidu, 'Il-Karate mhuwiex biss sport iżda huwa wkoll stil ta' ħajja'. Jekk kollox imur sew f 'Diċembru li ġej, għandi l-eżami taċ-ċintorin l-iswed u f 'Novembru sejra nikkompeti ġewwa Venezja, fl-Italja," temmet tgħid Brooke Agius. Brooke Agius tagħmel isem għal pajjiżna fil-Polonja Angie Vella tikseb suċċess fil- Kompetizzjoni 'Pure Elite' fl-Estonja minn Cristian Antony Muscat L-ISEM ta' Angie Vella huwa wieħed relattivament ġdid fix- xena tal-'bodybuilding' lokali speċjalment, f 'dak li għandu x'jaqsam mal-kategorija li hija tikkompeti fiha jiġifieri dik tal-'Bikini Fitness'. Madankollu, żgur li se nkunu qed nisimgħu b'din it-tfajla u bis-suċċessi li se jkun qed jirexxielha tikseb għal pajjiżna fil- futur qrib, liema suċċessi diġà bdew jaslu meta fil-jiem li għaddew, Angie Vella kkompetiet fil- Kompetizzjni bl-isem ta' 'Pure Elite' fl-Estonja, fejn hija ħadet sehem f 'erba' kategoriji li huma l-'Bikini Model' fejn ġiet fil-ħames post, 'Fitness Model' fejn ikklassifikat fl-ewwel post, 'Female Muscled Model' fejn ġiet fit-tieni post u 'International Model' fejn temmet fit-tielet post. Angie ġabet ukoll il-'Pro Card' fil- Kategorija tal- fitness, li jfisser li hija issa wkoll 'Pro Fitness Model' ma' 'Pure Elite' u b'hekk tista' tikkompeti mal-mudelli professjonali oħra minn madwar id-dinja fil- kompetizzjoni li ħa ssir f 'Novembru li ġej fl-02 Arena f 'Londra. M'hemmx dubju li biex wieħed jieħu sehem f 'kompetizzjonijiet ta' dan it-tip irid jagħmel diversi preparamenti u taħriġ intensivi waqt li jsegwi dieta prtikolari. B'hekk, din il-gazzetta għamlet kuntatt ma' Angie Vella, innifisha fl-Estonja fejn tatna iktar dettalji rigward dan. Hija affermat li: "Il- preparazzjonijiet għall-kompetizzjoni jibdew minn 12- il ġimgħa qabel il-kompetizzjoni. Ġeneralment, persuna jkollha kowċ li jara kif tkun tinsab bħala kundizzjoni ('fat percentage/ muscle mass'), u minn hemmhekk naqilbu minn dieta tal- 'offseason' għal dieta ta' 'cutting'. Bl-istess prinċipju jinħadem il-pjan tat-taħriġ biex nirfinaw il-ġisem għall-kompetizzjoni. Matul it-12-il ġimgħa tal-preparazzjoni, il-ħajja soċjali tinbidel totalment, u virtwalment tiġi non- eżistenti. Kulma tagħmel huwa taħdem, taħseb fid- dieta u tipprepara l-ikel għad-dieta u tmur il-gym għax ma tistax tiekol u tixrob xejn minn barra. Trid tagħmel ukoll tip ta' taħriġ fuq posing fuq il-palk għaliex jista' jkollok l-aħjar 'physique' fil-kompetizzjoni imma jekk ma tafx tippreżenta ruħek sew fuq il-palk ma jkun jiswa xejn! Jien fil-preparazzjoni tiegħi għandi kowċ li jieħu ħsieb kull pass li nagħmel bħala dieta u taħriġ, li hu Alan Caruana, li jiġi wkoll is- sieħeb tiegħi,"temmet tgħid Angie Vella. Angie Vella fl-azzjoni waqt il- Kompetizzjoni 'Pure Elite' fl-Estonja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016