Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
L i missierek ikun eks plejer famuż li kiteb paġna importanti u twila fl-istorja tal-futbol mondjali, diġà hija ta' pressjoni kbira. Li jkollok kemm lil missierek kif ukoll lil nannuk li kienu protagonisti f 'żewġ epoki differenti, hija ta' pressjoni doppja. Għad għandu biss 20 sena u għadu jibda l-karriera professjonali tiegħu fid-dinja tal-futbol, iżda Christian Maldini, diġà kellu jreġġi għall- pressjoni li ġiet mitfugħa fuqu minħabba l-kunjom li jġorr u d-dinastija li jirrapreżenta. Ta' disa' snin, Christian Maldini, inkiteb fl-akkademja ta' AC Milan, sabiex hemmhekk beda t-triq biex forsi xi darba jirreplika dak li għamlu missieru Paolo Maldini, u nannuh Cesare Maldini. Maż- żmien, huwa beda tiela' fil-kategoriji rispettivi sakemm fl-istaġun 2013/2014 ingħaqad mat-tim ta' Brescia fil-livell tal-Cadetti, b'self, fejn kien taħt it-tmexxija tal-kowċ Andrea Mazza li mbagħad fl-istaġun ta' wara kien ġie propju f 'Malta, fejn ikkowċja lit-tim ta' Birżebbuġa St Peters u ġab miegħu plejer li kien jilgħab ma' Maldini mat- tim ta' Brescia, Niccolo' Clerico, protagonista ta' gowl spettakolari fit-telfa tal-istess St Peters kontra Valletta fl-FA Trophy. Wara dik l-esperjenza, reġa' daħal lura mat-tim ta' AC Milan, fejn hemmhekk beda jilgħab mat-tim tal-Primavera ma' plejers importanti li diġà qegħdin mat-tim tal-kbar fosthom Gigio Donnaruma, Davide Calabria u Andrea Petagna, b'dan tal-aħħar jisnab misluf ma' Atalanta, u anke plejers oħrajn ta' talent li bħalissa qegħdin jippruvaw jagħmlu isem ma' timijiet fis-Serie B u fil- Lega Pro bħalma huma Ivan De Santis, Alessandro Ronchi u Luca Vido. Huwa kien taħt il-gwida ta' żewġ eksplejers ta' AC Milan, Filippo Inzaghi u Christian Brocchi u anke pparteċipa fit-tournament prestiġjuż ta' Viareggio. Iżjed kmieni matul dan l-istaġun, huwa kien it-tielet Maldini li qatt libes il-faxxa mat-tim ta' AC Milan, iżda l-esperjenza tiegħu ġiet fi tmiemha ħesrem matul dak l-istaġun, hekk kif huwa kien ġie rilaxxat mill-klabb tiegħu stess. Issa, liebes il-flokk ta' Ħamrun Spartans, ironikament bl-istrixxi ħomor u suwed, Maldini, jittama li jaqta' figura tajba għalkemm bħalissa mhux qed ikun fl-azzjoni minħabba li qed jirkupra minn injury f 'siequ, sabiex ma jdumx ma jirritorna f 'pajjiżu u jikteb paġna pożittiva għall-karriera tiegħu u b'hekk joħroġ mill-qoxra tal-pressjoni mitfugħa fuqu, dejjem minħabba l-kunjom illusti ta' Maldini li jġorr fuq spalltu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdiet minn ta' età żgħira, fejn bdejt nilgħab f 'akkademja tal-futbol lokali f 'Milan u ta' disa' snin ingħaqadt mat-tim ta' AC Milan. Kont influwenzat minn missierek Paolo Maldini biex tagħżel karriera fil-futbol u mhux xi triq oħra fil- ħajja? Ma kont influwenzat xejn minn missieri Paolo biex nagħżel il-futbol f 'ħajti. Qbadt nilgħab il-futbol minn jeddi u kieku għamilt xi ħaġa oħra flok futbol, ma kinitx se taqa' d-dinja! Minħabba l-fatt li inti t-tifel ta' Paolo Maldini, għandek xi tip ta' pressjoni fuqek? Il-fatt li jiena t-tifel ta' Paolo Maldini drajtha issa, jiġifieri m'għandhiex iżjed pressjoni fuqi. Li tkun it-tifel ta' Paolo Maldini, ma ngħidx li hija xi ħaġa faċli iżda lanqas diffiċli. Maż-żmien tgħallimt li kull wieħed u waħda minna għandu t-triq tiegħu fil-ħajja. Hemm min ikollu iktar jew inqas fortuna fil-vjaġġ tal-ħajja, u hemm min tiġih l-opportunità unika f 'ħajtu qabel jew wara oħrajn. Jien irrid nimxi fit-triq li jien għażilt għalija nnifsi, u mbagħad nara kif jimxu l-affarijiet minn hemmhekk! Indipendentament mill-kwalitajiet tiegħu fil-futbol, għax dawk kulħadd jafhom, iddeskrivi l-kwalitajiiet ta' Paolo Maldini bħala missier. Missieri, Paolo, dejjem kien hemm għalija u dejjem sibtu kull meta kelli bżonnu, fejn dejjem inkoraġġieni bis-sħiħ fil-karriera tiegħi tal- futbol, waqt li dejjem tani wkoll pariri siewja u lezzjonijiet tal-ħajja f 'affarijiet oħra li mhumiex relatati mal-futbol. Missieri huwa missier normali bħal kulħadd, ħlief li kien futboler tal-ogħla livell mondjali. X'tifkiriet għandek ta' nannuk, Cesare Maldini, li ħalla din id-dinja fit-3 t'April li għadda? Nannuhi, Cesare, kien persuna ta' statura kbira b'karattru ferm sod u mill-isbaħ. Huwa għeni ħafna kemm mil-lat kalċistiku iżda wkoll fil-ħajja inġenerali. Kien nannu li bħal ħafna nanniet oħrajn kien jurini ħafna mħabba u attenzjoni. illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Cristian Antony Muscat Christian Maldini - iben l-eks plejer leġġendarju ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan, Paolo Maldini, li iżda jrid jibqa' jiġi mfakkar mhux tant minħabba dan, iżda għallprestazzjonijiet tiegħu fil-grawnd u għall-unuri li jixtieq jirbaħ fl-isport li tant iħobb il-futbol. Sports 34 Determinat li jkompli miexi fuq il-passi "Il-fatt li jiena t-tifel ta' Paolo Maldini drajtha issa, jiġifieri m' għandhiex iżjed pressjoni fuqi. Li tkun it-tifel ta' Paolo Maldini, ma ngħidx li hija xi ħaġa faċli iżda lanqas diffiċli."