Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Sports 35 il-passi ta' missieru Paolo Maldini Il-fatt li għamilt l-istadji kollha tat-timijiet tal-Youths ta' AC Milan, jiddispjaċik li llum ma tinsabx tilbes il-flokk iswed u aħmr tat-tim tal- kbar ta' AC Milan? Ma jiddispjaċini xejn li ma bqajtx nilgħab ma' AC Milan. Naħseb li tgħallimt biżżejjed miż-żmien li għamilt nilgħab mar-Rossoneri, fejn domt nilgħab magħhom għal kważi 12-il sena sħaħ. Kien żmien mill-isbaħ u għandi biss kliem ta' ringrazzjament għall-klabb ta' AC Milan. li tani ċ-ċans li nkompli nkabbar il-livelli tiegħi u nikseb iktar esperjenza u maturità fil-futbol. Kif iddeċidejt li tiġi tilgħab fil- Kampjonat Premier Malti ma' Ħamrun Spartans? Wara l-esperjenza mat-tim ta' AC Milan, kelli esperjenza mat-tim ta' Reggiana fejn iżda ma tantx kelli spazju biex nilgħab u kif ġiet din l-opportunità, ma ħsibthiex darbtejn! Fl-aħħar jum tas-suq tat-trasferimenti ġiet ippreżentata lili din il-possibiltà u flimkien mal-aġent tiegħi Giuseppe Colombo, ma ħaristx lura. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-Avukat Cesare Di Cinto f 'isem DCF Sport Legal tal-għajnua u l-assistenza kollha li tani biex stajt niġi nilgħab Malta ma' Ħamrun Spartans. Inti lgħabt ma' diversi plejers li issa qegħdin mal-ewwel 11 ta' AC Milan, fosthom Gigio Donnarumma. X'tikkummenta b'mod speċjali fuq dan il- gowlkeeper ta' 17 -il sena? Donnarumma kien diġà talentuż minn ta' età żgħira u kien kapaċi jesprimi t-talent tiegħu malli ġieh iċ-ċans. Kif tiddeskrivi l-ewwel ġimgħat tiegħek f 'Malta fosthom kif ġejt milqugħ mill-iskwadra l-ġdida tiegħek ta' Ħamrun Spartans? Ġejt milqugħ tajjeb ħafna min- nies Maltin u kont u għadni eċitat għal din l-avventura ma' Ħamrun Spartans. Inħossni tajjeb ħafna f 'Malta. L-iskwadra ta' Ħamrun Spartans hija komposta minn diversi plejers barranin fosthom it-Taljan Massimiliano Giusti, li minħabba l-fatt li huwa tal-istess nazzjonalità tiegħi, inħossni iktar qrib tiegħu minn oħrajn. Malta huwa pajijż sabiħ, it-tim ta' Ħamrun Spartans huwa wieħed b'saħħtu kif wera sa issa fil-Kampjonat Premier, u mmexxi b'mod professjonli, u għalhekk ninsab kuntent ħafna bl- esperjenza tiegħi sa issa f 'Malta. Fi ftit kliem, nista' ngħid b'wiċċi minn quddiem li l-impatt mat-tim ta' Ħamrun Spartans kien tajjeb ħafna, fejn ninsab kuntent ħafna kemm bil-kowċ Steve D'Amato, kif ukoll bi sħabi l-plejers ġodda. X'inhuma l-għanijiet tiegħek personali bħala plejer u anke dawk ta' Ħamrun Spartans bħala tim għal dan l-istaġun? L-għan tiegħi personali bħala plejer huwa dak li nilgħab kemm jista' jkun ma' Ħamrun Spartans u ngħinhom jilħqu l-għanijiet tagħhom bħala klabb. Ninsab konxju li Ħamrun Spartans emmnu ħafna fija, u qed jistennew ħafna mingħandi, u għalhekk jien ninsab lest li nreġġa' lura din il-fiduċja li huma wrew lejja, permezz tal-wirjiet tiegħi fil-grawnd. Rigward Ħamrun Spartans, bħal kull tim neo-promoss, l-għan tagħna huwa dak li nsalvaw u nżommu postna mal-'elite' tal-futbol Malti għal staġun ieħor. Għalkemm għad għandek biss 20 sena, għaddi messaġġ finali lejn iż- żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-futbol. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ kollha sabiex isegwu l-ħolm tagħhom għax hekk biss jistgħu jaslu fejn jixtiequ fil-ħajja tagħhom! " Malta huwa pajjiż sabiħ, it-tim ta' Ħamrun Spartans huwa wieħed b'saħħtu kif wera sa issa fil-Kampjonat Premier" Twieled fl-14 ta' Ġunju 1996 f 'Milan, fl-Italja. Jiġi iben l-eks plejer leġġendarju ta' AC Milan u tat-tim nazzjonali Taljan, Paolo Maldini, waqt li nannuh huwa l-eks kowċ ta' ċertu statura, Cesare Maldini. Matul is-sajf li għadda, ingħaqad ma' Ħamrun Spartans b'self mingħand Reggiana, sa tmiem dan l-istaġun. CHRISTIAN MALDINI Ritratti: Chris Mangion