Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum Iżgħar minn 13-il sena, u diġà fis-sakra minn Veronica Lynn Mizzi RIĊENTAMENT, b'diversi każi ta' żgħażagħ taħt l-età jiffrekwentaw postijiet ta' divertiment u bars bi preżenza għolja ta' xorb, anke jekk dan suppost mhuwiex legali, wieħed m'għadux jistagħġeb li jsiru dawn l-affarijiet. Fil-fatt, 8% tal-istudenti li għandhom bejn 15 u 16-il sena, sikru, minn tal-inqas darba qabel ma laħqu l-età ta' 13. Iktar minn hekk, uħud minnhom kienu sikru meta kellhom inqas minn 9 snin. Din l-istatistika toħroġ minn stħarriġ, magħruf bħala ESPAD – European School Project on Alcohol and Other Drugs, li sar fost iktar minn 3,000 student ta' bejn il-15 u s-16-il sena, li allura jkopri studenti minn fost 57 skola, u 78% tal-popolazzjoni studenteska li twieldet fis-sena 1999. L-istess stħarriġ jindika li l-bniet għandhom tendenza li jkunu iktar familjari max- xorb alkoħoliku u saħansitra li jiskru. Fil-fatt, 41% tal-bniet jammettu li kienu fis-sakra xi darba jew oħra, u dan meta mqabbel mal-35% tas-subien tal-istess età. It-tfajliet ukoll stqarrew li fit-30% tagħhom, dawn kienu ħadu xarba alkoħolika fis-sebat ijiem ta' qabel, waqt li l-ġuvintur kienu fis-27% tagħhom. Min-naħa l-oħra, wieħed irid iqis li dawn iż-żgħażagħ jakkwistaw dan ix-xorb minn xi mkien, kemm jekk huwa supermarket, bar, jew anke mid-dar. Dwar dan, kienu 85% ta' dawn it-tfajliet u ġuvintur li saħqu li huwa verament faċli jew relattivament faċli li jakkwistaw l-alkoħol, minkejja li huma taħt l-età legali tax-xiri u konsum. L-istess stħarriġ jindika li fit- 30 ġurnata ta' qabel, kienu ftit inqas minn 40% l-istudenti li kienu xtraw l-alkoħol għall-konsum tagħhom minn xi ħanut, u mal-50% tagħhom xtraw xi xorb minn stabbilimenti tad-divertiment bħal discos u bars. Minħabba l-istat ta' sokor li jkunu jinsabu fih, diversi żgħażagħ irrappurtaw kif kellhom diversi inċidenti u problemi b'konsegwenza ta' dan. Fi tweġiba għal mistoqsija partikolari, l-istudenti semmew kif konsegwenza tal-fatt li huma kienu fis-sakra, kienu involuti f 'diversi problemi, bl-iktar waħda komuni kienet li jitilfu jew jinkisrulhom diversi oġġetti. Problemi oħra li semmew kienu li jidħlu f 'argumenti jew ġlied serju, iweġġgħu, ikollhom l-inkwiet mal-pulizija, jew kienu vittma ta' xi serq. Issemma' wkoll kif persentaġġ minn dawn iż-żgħażagħ kienu parteċipi f 'attivitajiet sesswali mingħajr protezzjoni, bit-total tagħhom ilaħħaq ftit inqas minn 6%. Ta' min wieħed jinnota li anke hawn, ir-rata ta' tfajliet kienet ogħla minn dik tal- ġuvintur, bit-total ta' tfajliet li kellhom xi waħda jew iktar minn dawn il-problemi jlaħħaq id-29% meta mqabbel mal-25% tal-ġuvintur. 36% ngħataw fastidju fil- pubbliku minn xi ħadd fis-sakra Inkwetanti wkoll huwa l-fatt li anke jekk dawn l-istudenti ma xorbux, xorta waħda rrappurtaw kif kienu involuti fi problemi minħabba li ħaddieħor kien qed jixrob. Dan jidher fin-numru ta' studenti li semmew kif kawża tax-xorb u s-sokor ta' ħaddieħor, huma ngħataw fastidju f 'xi post pubbliku (36%) jew anke waqt xi party jew post privat (40%), waqt li 32% qalu li kienu mbeżża' fit- toroq, għall-istess raġunijiet. Faċli tisker ta' 13-il sena... Meta din il-gazzetta tkellmet dwar din ir-realtà ma' Anthony Girard li huwa social worker fi ħdan il- Caritas Malta, u fost l-oħrajn jieħu ħsieb il-laqgħat tal- Alkaħoliċi Anonimi, huwa qal li hija xi ħaġa komuni li żgħażagħ żgħar jippruvaw jesperimentaw b'xi ħaġa, ġeneralment alkoħol jew sigaretti. Meta mgħarraf dwar din l-istatistika u li kien hemm tfal ta' inqas minn 13-il sena li qalu li kienu saru fis- sakra, Girard sostna wkoll li sabiex persuna ta' 13-il sena jew inqas issir fis-sakra, ma tirrikjedix ammonti kbar ta' xorb minħabba li l-ġisem ma jkunx imdorri għalih, u għaldaqstant l-effett ikun iktar malajr. Meta mistoqsi dwar jekk dawn il-każijiet humiex mera tal-futur u forsi jikxfu xi tendenzi li jaf ikollhom l-istess żgħażagħ iktar 'il quddiem, Girard qal li sabiex din il-problema ssir vizzju jew issir xi ħaġa ta' abitudni, tiddependi minn bosta fatturi, fosthom huwa l-fatt li huma jkunu predisposti u mdorrijin joqogħdu f 'ambjenti fejn l-alkoħol huwa xi ħaġa komuni. Semma' wkoll kif l-aċċess faċli għall-alkoħol u anke ambjent ta' indifferenza mill-familja, jista' jwassal sabiex l-alkoħol isir abitudni. Fl-esperjenza tiegħu, Girard jgħidilna li fejn jidħlu żgħażagħ ta' 15-16-il sena, is-sitwazzjoni tinbidel, għaliex jekk dawn it-tfajliet u ġuvintur ikunu mdorrija f 'ambjenti bix-xorb sa mill-età ta' 13 jew anke qabel, din tista' tirriżulta fi problema meta dawn jikbru iktar. Għaldaqstant, Anthony Girard iħeġġeġ li jekk tibda tidher li hemm xi inklinazzjoni lejn xorb żejjed b'mod regolari, hemm bżonn li wieħed jevalwa s-sitwazzjoni b'iktar serjetà sabiex jara x'inhu jiġri u għalfejn. (Intant din il-ġimgħa l-Ministru Michael Farrugia nieda l-Politika Nazzjonali Dwar l-Alkoħol. L-ILLUM tagħti ħarsa aktar fid-dettall lejn din il-Politika l-ġimgħa d-dieħla) 85% jgħidu li hija faċli ħafna li takkwista l-alkoħol Anthony Girard 41% tal-bniet jammettu li kienu fis-sakra xi darba jew oħra, u dan meta mqabbel mal-35% tas- subien tal-istess età L-ewwel 'hostel' fil-komunità għall-pazjenti nisa bi problemi ta' saħħa mentali ILBIERAĦ, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne flimkien ma' Richmond Foundation nedew l-ewwel hostel fil-komunità għall- pazjenti nisa bi problemi ta' saħħa mentali. Id-dar f 'Ħ'Attard se tkun qed tilqa' fiha għaxar pazjenti nisa li se jkunu qegħdin joqgħodu fi kmamar singoli jew doppji. Id-dar/hostel hija mgħammra bil-faċilitajiet kollha neċessarji ta' dar moderna, inkluż kmamar tal- banju, uħud ensuite, kċina, kamra tal-ikel, sitting room, wash room u anke ġnien. F'din id-dar se jgħixu pazjenti li ilhom żmien twil residenti fl-Isptar Monte Carmeli u li tilfu l-abbiltà li jgħixu waħidhom. Fil-fatt, fid-dar dawn il-pazjenti se jkunu taħt moniteraġġ kontinwu u flimkien jitgħallmu mill-ġdid ċertu abbiltajiet, bħal tisjir u tindif tad-dar, kif ukoll li jagħmlu x-xirja u jippjanaw il-ħtiġijiet tagħhom. "Dan huwa wieħed mill- għanijiet tagħna għal kura mentali, li nsaħħu l-kura fil-komunità permezz fost oħrajn ta' dawn il-hostels li huma possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il- Gvern u l-NGOs, f 'dan il-każ ir-Richmond Foundation" qal il-Ministru għas-Saħħa Fearne. Huwa saħaq li waħda mill- problemi prinċipali fil-qasam tal-kura mentali hija li hemm numru ta' pazjenti li tant ilhom snin Monte Carmeli li tilfu l-abbiltà li jgħixu waħidhom, "dawn il-hostels huma mod kif il-pazjenti jintegraw mill-ġdid fis- soċjetà" qal Fearne. Il-Ministru Fearne

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016