Illum previous editions

ILLUM 9 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 6 Il-limiti ta' alkoħol permissibli fis-sewqan se jiġu riveduti Tkompli minn paġna 1 INFATTI se tiddaħħal sistema ġdida għall-limiti ta' kemm sewwieq jista' jixrob, li se tagħmel ukoll distinzjoni bejn it-tip ta' vetturi misjuqa. Limiti differenti se jibdew jgħoddu għal vetturi privati, kummerċjali, dawk li jġorru l-passiġġieri u għal dawk li għad għandhom il-liċenzja tas-sewqan bi prova. Kull kategorija se jkollha limiti ta' alkoħol differenti, li għal xi wħud jista' wkoll ikun zero. Parti mill-proposti l-ġodda għas-sigurtà fit-toroq se tkun ukoll bidla fis-sistema li biha s-sewwieqa jeħlu punti fuq il-liċenzja tas- sewqan meta tiġi kommessa xi infrazzjoni. Is-sistema, li s'issa tgħodd biss għas- sewwieqa li għadhom fuq prova, se tiġi estiża għas- sewwieqa kollha. L-ammont ta' punti li sewwieq jeħel, se jiġu wkoll reveduti biex jirriflettu l-gravità tal- infrazzjoni. F'każ ta' sewqan taħt l-influwenza ta' alkoħol jew droga, minbarra l-punti fuq il-liċenzja, is-sewwieq se jeħel pieni għola u l-Qorti se tingħata wkoll is-setgħa li tqiegħed il-ħati taħt ordni taħt 'probation' u tordnalu jattendi programm ta' riablitizzjoni. Ara wkoll l-opinjoni ta' Owen Bonnici f 'paġna 17 Pulizija u gwardjani lokali li se jibdew iwaqqfu aktar sewwieqa u jittestjawhom għax-xorb 700 jiffirmaw il-petizzjoni fl-ewwel ftit siegħat Tkompli minn paġna 1 IL-PETIZZJONI ta' Bezzina, iffirmata minn 700 persuna fl-ewwel siegħat biss, tgħid illi din ir-rakkomandazzjoni tista' tagħti lok għal abbuż minn ċerti tobba li jiddeċiedu li ma jbiegħux dan il- kontraċettuv "bbażat fuq il-konvinzjonijiet morali tagħhom." Il-petizzjoni li qed iddur fuq is-sit change.org tfakkar illi dan it-tip ta' kontraċettiv jissejjaħ 'ta' emerġenza' minħabba li jeħtieġ jittieħed ftit wara li l-mara jkollha rapport sesswali ma' raġel. "Iktar kemm il- mara tieħu l-kontraċettiv malajr, inqas iċ-ċans ta' kumplikazzjonijiet." Fid- dawl ta' dan, il-petizzjoni tgħid illi ma jagħmilx sens li jittawwal il-proċess billi jiddaħħal il-bżonn li persuna takkwista riċetta mingħand it-tabib. "Dan jista' jkun ta' detriment għal mara Maltija li mhux se tibqa' tkun fdata bid-deċiżjonijiet dwar ġisimha, kuntrarjament għal nisa oħrajn fl-Ewropa." Il-petizzjoni filwaqt li tħeġġeġ lid-Deputati Parlamentari biex iħallu lin-nisa jiddeċiedu x'inhu l-aħjar għal ġisimhom saħqu illi r-rakkomandazzjoni tista' tiftaħ il-bibien tal- abbuż. "Nibżgħu illi din id-deċiżjoni tista' tagħti lit- tobba li jħossu li għandhom dritt jiġġudikaw il-ħajja sesswali tan-nisa, ibbażat fuq il-konvinzjonijiet morali tagħhom, iċ-ċans li jabbużaw mill-pożizzjoni tagħhom." Il-petizzjoni tkompli tgħid li "mhux f 'idejkhom il- Parlamentari, jew it-tobba jew il-ġirien li tiġġudikaw." Dawk li ffirmaw u qed jiffirmaw din il-petizzjoni temmew jelenkaw lista ta' studji li juru kif huwa ċar kif il-bejgħ tal-MAP mill- ħwienet ma tippromovix l-abbuż u lanqas imġieba sesswali riskjuża, "imma tista' fil-fatt tiffaċilità l-użu aħjar ta' dan il-kontraċettiv. 'Jista' jkun ta' detriment għal mara Maltija li mhux se tibqa' tkun fdata bid-deċiżjonijiet dwar ġisimha'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 9 October 2016