Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Aħbarijiet 7 Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum 28 maltatoday, SUNDAY, 9 OCTOBER 2016 Hotel Le Meridien, St Julian's Wednesday, 2 November 6:30pm COMPLIMENTARY REFRESHMENTS SERVED AFTER Q&A Followed by a Q&A Journalists, lawyers, students of media and law, policymakers and the general public are invited to book their seat with Ms Bianca Clarke Freddi on bcfreddi@mediatoday.com.mt or call 21382741 • The Irish Times • International Consortium for Investigative Journalists • Author of 'A Biography Of Gerry Adams' 'Protecting our sources: challenges covering business & politics' Colm Keena maltatoday Encounters With Journalism 60% tal-qarrejja tal-ILLUM ma jaqblux li l-etá tal-vot tinżel għal 16-il sena minn Ruben Anthony Xuereb MIL-ISTĦARRIĠ li sar fuq illum.com.mt, dwar jekk iż-żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena għandomx jivvutaw f 'elezzjoni ġenerali, ħareġ li 60% tan-nies li ħadu sehem fl-istħarriġ jemmnu li ta' età inqas minn 18-il sena, iż-żgħażagħ ma jkunx jimpurtahom mill-politika. Filwaqt li għal 6% il-ħaġa ma' tagħmillomx differenza, 34% jemmnu li leħen iż-żgħażagħ iżgħar minn 18-il sena huwa importanti li jinstema' daqs ta' ħaddieħor permezz ta' dritt għall-vot fl-elezzjoni Ġenerali. Minbarra dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ, l-organizzazzjoni tal- istudenti PULSE, hija favur li l-età tal-vot tinżel għal 16-il sena. Mistoqsi mill- illum.com.mt, il-President tal- PULSE, Wayne Sammut, sostna l-pożizzjoni tal- organizzazzjoni dwar dan l-argument. Huwa saħaq li bħala President ta' organizzazzjoni tal-istudenti, huwa jiltaqa' personalment kuljum ma' studenti li għandom sens, interess u ideat tajbin għall-ġid ta' pajjiżom, li jtuhom id-dritt li jagħtu l-kontribut siewi tagħhom lejn is-soċjetá permess ta' dritt għall-vot f 'elezzjoni ġenerali. Skont stqarrijiet maħruġin mill- PULSE, il-fatt li ż-żgħażagħ tal-llum huma kapaċi jiddiskuti b'mod matur u adult dwar kwistjonijiet serji bħall-morning after pill, l-età tal-kunsens, id-divorzju u ż-żwieġ u addozzjoni minn koppji gay fost oħrajn, ifisser li l-livell ta' maturità li juru, ipoġġihom f 'pożizzjoni ta' għarfien u tagħrif biżżejjed li juri biċ-ċar li jimpurtahom mhux ftit kemm mill- politika kif ukoll mill-futur ta' pajjiżom. Għaldqatant, għal sentejn biss inqas mill- etá legali tal-vot li hawn bħalissa, ma jkunx sew li dawn iż-żgħażagħ jitilfu l-opportunità jikkontribwixxu għall-futur tagħhom stess permezz tal- vot tagħhom. Iżda l-PULSE ma' jaqblux għax jemmnu li ż-żgħażagħ jistgħu jagħtu kontribut siewi lis-soċjetà Wayne Sammut, President tal-PULSE Illum mistenni jasal il- famuż tanker tal-gass It-Tanker tal-gass li se jibda jissuplixxi l-gass għall-power station il-ġdida se jibda l-provi f 'Dellimara fil-jiem li ġejjin IL-FAMUŻ tanker tal-gas Armada LNG Mediterrana tant mistenni, fost ħafna kontroversja politika, sa fl- aħħar se jtemm il-vjaġġ tiegħu lejn Malta u jasal f 'xi ħin illum. Id-dettalji tal-wasla ġew ikkomfermati minn ElectroGas Malta. Fi stqarrija huma qalu li t-tanker se jkun ankrat il-barra mill-kosta ta' Malta tul il-lejl bejn il-Ħadd u t-Tnejn. Il-vapur għandu mbgħad għandu javża l-Awtorità tal- Port dwar l-aħjar żmien sabiex ikompli fuq triqtu lejn il-bajja ta' Marsaxlokk sabiex hemmhekk jieħu sehem fi provi fil-baħar. Numru ta' provi dwar is-sigurtà u l-familjarizazzjoni mal-vapur se jsiru waqt li l-vapur ikun għadu vojt mit-tgħabija ta' gass li se jkun qed iġorr. Il-provi se jseħħu tul numru ta' ġranet, fejn fit-tmien tagħhom, it-tanker jerġa jitlaq mill-port. Il-provi kollha se jkunu kordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtorità tal-Port. It-tanker, li huwa unità ta' ħażna fuq wiċċ l-ilma, huwa parti integrali mill-proġett tal- ElecteroGas bil-għan li toffri enerġija aktar nadifa u sigura lil Malta. Il-vapur innifsu, ġie maqlub għal dan l-użu f 'Tarzna f 'Singapore fi proġett li ħa 1.5 miljun siegħa ta' xogħol. It-tanker se jkolli l-kapaċità ta' madwar 125,000 metru kubu ta' gass. Sa minn qabel ma' telaq lejn Malta, il-vapur Armada LNG Mediterrana, sarulu numru ta' provi dwar is-sigurtà fit-tarzna f 'Singapore stess, fejn wara li dawn għaddew b'suċċess, il-vapur telaq fi triqtu lejn Malta, skortat minn numru ta' bastimenti oħra inkarigati mis- sigurtà tiegħu waqt il-vjaġġ. Intant f 'Dellimara, il-pont mibni biex jilqa' t-tanker huwa lest sabiex dan jatrakka miegħu bl-aktar mod sigur, wara li anke fuq dan il-pont stess, sarulu numru ta' provi tul l-aħħar xhur. Illum jasal f 'Malta t-Tanker tal-gass tal-LNG Armada