Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
illum | Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 Aħbarijiet 8 Żbalji tal-passat....tagħlimiet L-ILLUM tagħti ħarsa lura lejn messaġġi politiċi, slogans u żbalji tal-passat u tħalli lill-qarrejja jiddeċiedu kif huma rilevanti għar-realtajiet politiċi tal-lum minn Albert Gauci Cunningham JGĦIDU li l-politika hija ċirku vizzjuż. Ċirku li jdur 360 grad, biex dak li kien ħażin ilbieraħ, isir tajjeb illum. Biex vizzji ħżiena ta' partit ilbieraħ, isiru l-vizzji ħżiena tal-partit illum. Rajnieha tiġri fil-passat u qed nerġgħu narawha llum. U f 'pajjiż bħal tagħna, polarizzat sa ruħ ommu, dak li kien skużat ilbieraħ, sar skandlu llum, u dak li kien skandlu lbieraħ sar purezza illum. Naturalment imma, bħal ċirku, idur kemm idur, dejjem jasal fl-istess post u dak li jista' jidher impossibbli llum, fil-verità huwa biss l-inevitabbli. Xejn fil-politika mhu impossibbli u ħarsa lejn l-aħħar stħarriġ tal-gazzetta oħt Maltatoday jixhed dan. Il-waqa' mill-poter u t-tlugħ fih huma inevitabbli, b'miżura importanti li tiddetermina dan ikunu l-iżbalji u gaffes politiċi li jieħu jew li ma jiħux partit L-ILLUM għalhekk tagħti ħarsa lura lejn l-istorja politika riċenti u tħares lejn żbalji strateġiċi u politiċi ta' partit u kif dawk l-istess żbalji li seħħew f 'dawn l-aħħar snin jistgħu jservu ta' tagħlima tajba lill-partit jew ieħor, illum. Deheb, Inċens u Mirra Is-sabiħ tar-rebħa, id-deheb, iġib miegħu ħafna nies li jkunu jafu l-progress personali tagħhom għal dik ir-rebħa. Nies li jiddependu mill-poter tal-partit tagħhom fil-Gvern biex javvanzaw fil-karriera tagħhom. Ħafna drabi dawn il-persuni jkunu bħaċ-ċensiera, li għalihom il-Gvern 'tagħhom' ma jista' jagħmel xejn ħażin, qatt. Dawn il-persuni jħufu ma' dawk kollha li f 'idejhom hemm il-poter u jinċensaw u jinċensaw. Imma l-inċens jitla' għal ras min ikollu l-poter u jibda jaħseb li hu per- fett u 'l fuq mill-poplu li eleġġieh. Sakemm, bħal- leħħa ta' berqa, jseħħ il-mirra, fit-telfa elettorali. Min imexxi ma jkunx qed jipprevedi dan għax ta' madwaru għamewh bl-inċens. Iċ-ċensiera jibqgħu dejjem l-akbar problema ta' kull mexxej, ta' kull partit u ta' kull żmien. Il-kritika fuq dak li ġara fil-passat hija effettiva, imma sa ċertu punt. Il-kritika tal-PN lejn il-Gvernijiet Laburisti tat-80ijiet kienet għodda effettiva ħafna li żammet lil-Labour 'il bogħod mill-poter, imma għal 9 snin biss. Mhux iktar. Minkejja li l-1981-87 kienu snin ta' po- larizzazzjoni qawwija u anke vjolenza, dawn żammew lil-Labour fl- oppożizzjoni għal 9 snin biss! Illum inqalbet l-affari. Il-PL qed jattakka lill-PN bil-passat. Qed taħdem, imma se taħdem ħafna inqas milli jistgħu jaħsbu ċerti strateġisti fil-Ħamrun. Jekk il-karta tal-passat 'Mintoff/Karmenu' ħadmet għal 9 snin, ta' Gonzi jaf lanqas tibqa' taħdem sal-2018. Min imexxi ma jkunx qed jipprevedi dan għax ta' Iċ-ċensiera jibqgħu dejjem l-akbar problema ta' 'Fid-9 ta' Marzu nivvutaw u l-għada niċċelebraw' 'Neqirdu l-korruzzjoni bl-għeruq u x-xniexel' Fl-1998 il-partitarji tal-Partit Laburista kienu jkantaw 'ir-rebħa tagħna terġa' tkun'. Ir-rebħa, fil-fatt, kienet telfa kbira bi 13,000 vot. Fl-elezzjoni tal-2013 Lawrence Gonzi kien jgħid lill-partitarji Nazzjonalisti hekk: 'Fid-9 ta' Marzu nivvutaw u fl-10 ta' Marzu niċċelebraw.' Kulħadd jaf li fl-10 ta' Marzu 2013 in-Nazzjonalisti, jekk għamlu kollox, żgur li ma ċċelebrawx b'telfa ta' 36,000 vot. Huwa importanti li l-għeruq iħossuhom galvanizzati u mimlijin ħeġġa b'tama ta' rebħa. Iżda jekk tibda tinħass ċerta ċertezza u kunfidenza żejda ta' rebħa, meta u jekk dik ir-rebħa ma tasalx, id-diżappunt ikun bil-wisq ikbar. Waħda mill-kwotazzjonijiet li tibqa' sinonima, flimkien ma' ħafna oħrajn, ma' Eddie Fenech Adami. Kważi 30 sena wara l-1987, ftit kellhom dubju li l-korruzzjoni taħt Gvern tal-PN mhux talli kienet inqerdet, talli kienet tkattret u tkattret sew, speċjalment fl-aħħar snin tal-istess Gvern. Il-korruzzjoni ma tkissirx partit u gvern fl-immedjat, imma tibda tibni immaġini ħażina tal-istess partit, li ftit ftit tnawru minn ġewwa sakemm tkissru. Il-korruzzjoni u n-nepotiżmu jistgħu jagħtu benefiċċju elet- torali għal ftit u ta' darba, imma jibqgħu riskju politiku perikoluż ħafna għat-tul. kbira bi 13,000 vot. Fl-elezzjoni tal-2013 Lawrence Gonzi kien jgħid lill-partitarji Nazzjonalisti hekk: 'Fid-9 ta' Marzu nivvutaw u fl-10 ta' Marzu niċċelebraw.' Kulħadd jaf li fl-10 ta' Marzu 'Flimkien kollox possibbli għax Malta Tagħna Lkoll' Iċ-ċittadin l-ewwel... Slogan wieħed ta lil Gonzi rebħa mhux mistennija u sinifikat- tiva u l-ieħor ta' rebħa storika lil Muscat. Dawn iż-żewġ 'għajtiet elettorali' iżda kien fihom periklu simili. Kienu miftuħin għal wisq interpretazzjonijiet differenti. Kulħadd iġebbidhom kif jaqbel lilu. Tant hu hekk li l-istess għajtiet bdew jintużaw wara l-elezzjoni mill-oppożizzjoni biex tikkritika ħafna mid-deċiżjonijiet tal- Gvern. Il-Partit Laburista kien tella' ħafna billboards jiddieħak bil-'Flimkien Kollox Possibbli' u l-PN kellu programm fuq il-101, sa ftit ilu, li kien jismu 'Tagħna Lkoll', immirat li jiddieħak bl- istess għajta. Għajta elettorali jeħtieġ tibqa' intatta, biex tkun effettiva, lil hinn mill-ġurnata tal-elezzjoni. ....biċ-ċittadin mobil, iddur madwar il-pajjiż titrasporta lil Alfred Sant minn raħal għall-ieħor fil-kampanja elettorali tal-1996. Fil-fatt din l-għajta mhux talli kienet żball, talli kienet tikkulmina l-ħsibijiet ta' firxa wiesgħa ta' votanti disa' snin biss wara bidla fil-Gvern. Sfortunatament, wara rebħa elettorali, ħafna drabi, ċ-ċittadin, mill- ewwel post jieħu post ħafna aktar lura. Wara bosta interessi li mhux neċessarjament jimpurtahom wisq mill-interess ta' min jaqlagħha u jik- olha. U iktar kemm iċ-ċittadin iħoss li partit qed jinqata' mir-realtajiet tiegħu, iktar jitbiegħed minnu u inqas hemm ċans li jivvutalu. Il-Passat garanzija ta' ... inqas minn 10 snin fl-oppożizzjoni Il-messaġġ mhux il-messaġġier! L-attakk personali, bil-għan li l-messaġġ ikun injorat u jitkisser il- messaġġier, juri aktar id-dgħufija ta' min qed jattakka milli ta' min qed ikun attakkat. Partit, m'għandu xejn x'jirbaħ u kollox x'jitlef meta jkun direttament assoċjat ma' attakki fuq il-persuna, fuq id-dehra tagħha, fuq il-klassi soċjali tagħha u fuq iċ-ċirku soċjali tagħha. Juri sens ta' 'bullying', su- perjorità u nuqqas ta' stima fil-partit jew Gvern li qed tiddefendi. It- tlieta, karatteristiċi negattivi.