Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/736803
Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 9 ta' Ottubru 2016 | illum tal-passat....tagħlimiet għall-preżent Tradituri u hekk... Kull darba li xi ħadd imur kontra l-linja tal-partit, l-Oppożizzjoni toħroġ lil dawn il-persuni ta' eroj, nies bil-guts u ħafna iktar aġġettivi u l-partit fil-gvern ta' tradituri, ġudiet u ħafna iktar aġġettivi. Tinqaleb il-folja u jinqalbu l-irwoli. L-'eroj' li jitkellem isir 'Ġuda' u l-'Ġuda' li jgħidha kif iħossha jsir l-'eroj'. Minn Dom Mintoff, ikona Laburista, għal Deputati Nazzjonalist bħal Jeffrey Pullicino Orlando u Franco Debono sa Marlene Farrugia issa, kollha b'xi mod jew ieħor ġew imlaqqmin 'tradituri' tal-partit. Interessanti iżda illi minkejja li għal xi żmien ġew skreditati, dawn kollha (naturlament ħlief Marlene s'issa) ħaduha kontra politiku li wara tilef. Sant tilef fl-1998 u anke Gonzi tilef fl-2013. Dan jindika li t-tribaliżmi m'għadhomx in voga, għajr mal-grassroot. Jista' jindika wkoll li jkun ta' benefiċċju akbar għall-partiti li minflok, apertament jew sottilment, jiskreditaw lid-deputati tagħhom stess u joħolqu għedewwa minn ħbieb, jieħdu l-kritika b'aktar serjetà u umiltà. Gvern tal-calculator 'Ħalluhom jgħolew il-prezzijiet.... Dawk li jiftakru sew il-Gvern ta' Sant ta' bejn l-1996 u l-1998 jiftakru wkoll l-kritika tal-PN lejn il-Gvern Laburista wara li kien għolla l-kontijiet tad- dawl u l-ilma. Kienu jgħidulu 'Gvern tal-calculator'. Fil-fatt din kienet kritika inċiżiva u li l-istess PN fil-Gvern seta' faċilment ikun akkużat biha wara l-1998. Niżlet tajjeb man-nies, għax kienet u baqgħet iddur l-idea li l-Gvern iħares biss lejn il-kalkoli numeriċi u jinsa li wara n- numri hemm in-nies. Kull Gvern jew partit li jibbaża l-argument tiegħu fuq il-kalko- li tal-calculator, minkejja ekonomija b'saħħitha, jitlef ħafna saħħa ta' voti. Bejn iċ-ċifri u r- realtà tan-nies hemm baħar jaqsam. Min jiftakar l-elezzjoni tal-1996 ma jistax ma jiftakarx din l-istqarrija ta' Eddie Fenech Adami, li fuq is-Super One kienet tkun għaddejja l-ħin kollu u li kienet tkompli bil-kliem '...basta jkun hawn ix-xogħol.' Minkejja li minn punt kienet tagħmel sens, l-ebda politiku m'għandu jissottovaluta s-saħħa tal-but. Filwaqt li l-governanza u t-trasparenza jibqgħu kolonni importanti fis-sanità ta' Gvern, il-but jibqa' riga importanti ta' kemm l-ekonom- ija vera qed tagħmel suċċess u ta' kemm il-poplu qed jgħix aħjar. Jekk fl-aħħar ta' leġiżlatura l-poplu se jħares lejn il-but u se jara li l-flus naqqsu, mela allura trid tkun verament emerġenza nazzjonali, biex dan ma jagħmilx differenza fuq il- mod kif jivvotaw ħafna. 'Dak baby bil-ħarqa'... Kampanja biex iċċekken lill-PM propsettiv saret ħafna drabi. Lil Eddie Fenech Adami kienu jgħajruh bil-ħarqa u lil Muscat kienu jgħajruh l- istess. 'Għadu żgħir', 'biċċa avukat', 'ġurnalist tas- Super One'.... Din l-istrateġija ma ħadmitx u mhux se taħdem. Il-votanti ma japprezzawx attitudni patronizzanti, la lejhom u lanqas meta politiku jagħmilha lil ħaddieħor. Ir-rebħiet li għamel Eddie u r-rebħa ta' Muscat jitkellmu w a ħ e d h o m , juru illi 'baby bil-ħarqa' jaf jiġri bik fil- politika. '....dan bħal bott piżelli hux....' In-nies jiddejqu ħafna minn min jittrattahom ta' ġidra u jitrivjaliżża dik li f 'għajnejhom, u fil-fatt, hija problema. Simon Busuttil għamel erba' gaffes qabel l-aħħar elezzjoni, din tal-bott tal-piżelli, meta kien qed jitkellem dwar mediċini out-of-stock kienet waħda minnhom. Anke jekk politiku m'għandux intenzjonijiet ħżiena, jekk biex jinfthiem aħjar se jidher patronizzanti, mhux se jinżel tajjeb xejn ma' dawk li qed jisimgħuh. Li tinżel fil-livell tan- nies, ma jfissirx li titratta l-problemi tagħhom b'ċerta trivjalità. Fil-kampanja tal-2008 il-Partit Laburista kien idoqq id-diska tas- snin 80 'The only way is up', biex jissiġġillaw iċ-ċertezza ta' rebħa, sostnuta minn garr u dwejjaq li diġà kien hawn għall-PN. 'Il fuq nistgħu mmorru mhux minn taħt. Fil-fatt il-Labour tilef. Telfa li fil-vera sens tal-kelma kissret il-moral tal-Laburisti. Għax il-Partit Laburista issottovaluta l-kapaċità tal-avversarju politiku, Lawrence Gonzi. Avversarju politiku b'saħħtu jistenna l-mument opportun, meta kollox jibda jidher li hemm telfa għalih biex jerfa' rasu u jibda jiġri. Jiġi minn wara, jgħaddi lill-avversajru u jħallih ikanta 'The only way is up'. Is-sondaġġi juruk ritratt ta' dak il-ħin, ta' dakinhar mhux ta' x'se jiġri wara u definittivament mhux tal-munizzjon li jkollu l-avver- sajru politiku tiegħek fil-komma. es jiddejqu ħafna minn min jittrattahom ta' ġidra u jitrivjaliżża dik li f 'għajnejhom, u fil-fatt, hija problema. Simon Busuttil għamel erba' gaffes qabel l-aħħar elezzjoni, din tal-bott tal-piżelli, meta kien qed jitkellem dwar mediċini out-of-stock kienet waħda jekk politiku m'għandux intenzjonijiet ħżiena, jekk biex jinfthiem aħjar se jidher patronizzanti, mhux se jinżel tajjeb xejn ma' dawk li qed jisimgħuh. Li tinżel fil-livell tan- The only way is up... Labour!