Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

K ieku kelli b'żewġ kelmiet nipparaguna s-servizz tas- saħħa llum minn dak li kien qabel l-2013, nuża biss...servizz aħjar. Huwa proprju servizz aħjar dak li l-pazjent Malti qiegħed jingħata llum ikkumparat ma' tliet snin ilu. Servizz li se jkompli jkun aħjar fiż-żmien li ġej u dan jista' jkun xhieda tiegħu l-baġit li għadu kemm tħabbar matul din il-ġimgħa. Għal darb'oħra, qegħdin naraw żieda sostanzjali fil-baġit għas-saħħa, baġit li se jkun qed ilaħħaq il-€517 miljun rikorrenti u €18-il miljun f 'kapital. Dan ifisser li se nkunu f 'pożizzjoni nagħmlu dak li diġà għamilna u aktar. Se nibqgħu niżguraw li ma jkollniex mediċni out of stock kif għamilna matul dawn l-aħħar snin, iżda se jkollna wkoll fondi biex indaħħlu fil-formularju aktar mediċini għall-kanċer. Illum, jekk persuna għandha bżonn mediċna tal-kanċer li ma tinsabx fil-formularju, trid tmur għand il-Community Chest Fund. Matul is-sena d-dieħla se nkunu qegħdin indaħħlu aktar mediċini fuq il-formularju. Kull min jgħaddi mill-kanċer jaf kemm hu żmien diffiċli, delikat u żmien fejn wieħed għandu jkollu aktar appoġġ minn qatt qabel. Għaldaqstant se nkunu qegħdin nagħmlu konsultazzjoni dwar possibbiltà li persuna jkollha sick leave imħallas meta tkun għaddejja mill-kanċer. Barra minn hekk, se nkunu wkoll qegħdin niddiskutu wkoll sick leave għall-ġenituri li jkollhom lil uliedhom ma jifilħux. Miżura li għandi għall- qalbi ħafna hija li neliminaw it-tipjip fil-karozzi fil-presena tat-tfal. It-tipjip, kif nafu jagħmel ħsara lil kulħadd, iżda aktar u aktar lit-tfal speċjalment jekk isir f 'post magħluq bħalma hi karozza. Permezz ta' din il-miżura nixtiequ nnaqqsu l-mard speċjalment dak respiratorju fit-tfal tagħna. L-eżiġenzi tal-pajjiż tagħna jinbidlu u magħhom xi ftit jew wisq kellu jinbidel ukoll Mater Dei li llum qed joffri aktar servizzi u fih aktar sodod minn meta beda jintuża l-ewwel darba. Dan wassal għall-bżonn li nestendu l-car park ta' Mater Dei, li hu proġett li mistennija nibdew is-sena d-dieħla. Miżura oħra għall-qalbi hija l-Mother and Child Hospital. Sptar simili f 'pajjiżna kellna, l-Isptar Karin Grech, iżda taħt amministrazzjonijiet differenti, dan l-isptar spiċċa tilef il- kunċett li għalih inbena. Bħala tabib tat-tfal naf kemm il-mard u l-kura tat-tfal huma differenti minn dawk tal-kbar. U għalhekk, il-ħsieb tagħna huwa li niġbru taħt saqaf wieħed l-ispeċjalizazzjonijiet kollha tat- tfal u l-maternità li ovvjament jmorru flimkien. L-ewwel semmejna l-kanċer u l-mediċini ġodda fil-formularju, miżura oħra li ħabbarna f 'dan il- baġit hija dik ta' aktar benefiċċji għal min hu dijabetiku. Din hija kontinwazzjoni ta' miżuri fil-baġit tas-sena li għaddiet li jimxu id f 'id mal-politika nazzjonali għad-dijabete li ħabbarna lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet. Din is-sena, se nkomplu nagħtu b'xejn l-isticks tad-dijabete type 1, filwaqt li s-sena li ġejja se nagħtuhom ukoll lit-type 2. Se nkunu wkoll qegħdin nikkoreġu anomalija li nqalgħet minn amministrazzjoni preċedenti meta l-persuni dijabetiċi qalbu mill-kartuna r-roża għas-safra. Issa, bl-istess kartuna safra, id-dijabetiċi se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn nuċċali, testijiet tal-għajnejn, kura dentali u antibijotiċi fost affarijiet oħra. Dwar il-kartuna r-roża se nkunu wkoll qed ngħollu s-ceiling tagħha biex b'hekk aktar persuni se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn medicini b'xejn bil-kartuna r-roża. Dan kollu se nagħmluh filwaqt li nkomplu nżidu l-operazzjonijiet, innaqsu l-waiting lists u fuq kollox, fl- istess ħin li se nkunu qegħdin inwasslu lil pajjiżna f 'era ġdida għas-saħħa b'investiment ta' €200 miljun ewro permezz tal- Public Private Partnership ma' Vitals Global Healthcare li se jaraw il-ftuħ mill-ġdid tal-Isptar San Luqa u rinnovar fl-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Chris Fearne huwa l-Ministru tas-Saħħa Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Opinjoni 17 Skont Cacopardo... Il-flyovers ma jsolvu xejn I l-konġestjoni tat- traffiku f 'pajjiżna sejra mill-ħażin għall-agħar. It-twessiegħ tat-toroq, il-ftuħ ta' toroq ġodda u l-kostruzzjoni ta' flyovers mhuma se jsolvu xejn. Għax dawn kulma jagħmlu hu l-wisgħa għal iktar karozzi u jinkoraġixxu ż-żieda ta' iktar karozzi fit-toroq tagħna għax joħolqulhom l-ispazju. B'hekk, il-problema tkompli tikber. Anzi, inkabbruha aħna stess bl-infieq bla ħsieb, fl- infrastruttura tat-toroq. Inizjattivi li jħajru użu ikbar tat-trasport pubbliku huma tajba. Kull inċentiv li jwassal għal użu iktar frekwenti tat- trasport pubbliku hu pass 'il quddiem. Imma jinħtieġ ukoll iktar investiment fi transport alternattiv kif ukoll li titjieb l-infrastruttura għalih. L-infrastruttura li tiffaċilita l-użu tar-rota, per eżempju, ftit li xejn teżisti. Fuq kollox hawn preġudizzju kbir kontra l-użu tar-rota u kontra ċ-ċiklisti. Fuq kollox, is-settur pubbliku jeħtieġ li jagħti l-eżempju ħalli jħajjar iktar mill-impjegati tiegħu jagħmlu użu mir-rota biex imorru għax-xogħol. Imma biex dan ikun jista' jsir jeħtieġ li jkunu pprovduti showers fuq il-post tax-xogħol li minnhom hemm ftit li xejn. Il-Gvern jista' jekk irid jieħu l-inizjattiva u jagħti l-eżempju. U inizjattiva ta' din ix-xorta ftit tiswa flus. Il-parti l-kbira tad-distanzi bejn post u ieħor f 'pajjiżna huma żgħar. Dan suppost jagħmilha iktar faċli biex iktar persuni jinqatgħu mid- dipendenza fuq il-karozza privata. Għalhekk forsi jista' jkun iktar faċli li naslu lejn soluzzjoni jekk għall-bidu niffukaw il-ħidma tagħna fuq livell lokali bil-ħsieb li nnaqqsu sostanzjalment l-użu tal-karozzi privati f 'distanzi żgħar fil-lokalitajiet infushom kif ukoll bejn il-lokalitajiet ġirien. F'uħud mill-irħula, per eżempju spiss niltaqgħu ma' bdiewa anżjani li jiċċaqalqu min-naħa għall-oħra tar-raħal bir-rota. Eżempju li jista' jinfirex mat-tfal tal-iskola u bil-mod il-mod mal-bqija tal- komunità. Minn livell lokali imbagħad nistgħu nifirxu l-esperjenza għal-lokalitajiet qrib. Għax anke fil-qasam tat-trasport, il-problemi nazzjonali jistgħu jissolvew fl-ibliet u l-irħula tagħna. Il- problemi ambjentali kkawżati mill-konġestjoni tat-traffiku nistgħu nsolvuhom b'dan il-mod. Is-soluzzjonijiet imbaghad jinfirxu għall- bqija tal-pajjiż. Dan li jfissru l-kliem think global, act local. Għax il-konġestjoni tat-traffiku ma nsolvuhiex bil-flyovers iżda billi illum irawmu l-ġenerazzjonijiet ta' għada. B'hekk nistgħu naslu. Ovvjament jekk irridu naslu. Carmel Cacopardo huwa viċi chairperson ta' Alternattiva Demokratika CARMEL CACOPARDO "Anke fil-qasam tat-trasport, il-problemi nazzjonali jistgħu jissolvew fl-ibliet u l-irħula tagħna" CHRIS FEARNE Fis-saħħa...servizz aħjar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016