Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Intervista 12 'Sal-lum nista' ngħid li ma ndaħalli L -ILLUM kienet l-aħħar li intervistatu qabel ingħata l-kariga ta' Kap Eżekuttiv tax-Xandir tal-istat u xahrejn u nofs wara, l-ILLUM hi l-ewwel li qed tintervistah bħala Kap Eżekuttiv. John Bundy wara 38 sena jaħdem fil-qasam tax-xandir, ingħata l-inkarigu li mhux biss ixandar iżda jkollu subgħajh f 'dak li jixxandar. Iltqajt ma' Bundy u quddiemi sibt l-istess Bundy li kont naf għal snin sħaħ. Bundy għadu dak li dejjem kien, fabbli, skjett u b'direzzjoni ċara quddiemu. Fil-fatt, sew qabel kif ukoll wara l-intervista lmaħtu jdur f 'kull dipartiment isellem lill-ħaddiema. Xi ħaġa li jagħmel ta' kuljum skont kif qalulna l-istess ħaddiema li jħossuhom komdi li jistgħu jgħaddu l-ilmenti tagħhom waqt dawn iż-żjarat qosra tal-Kap Eżekuttiv tagħhom, barra li skonthom, huwa qalilhom, "jien wieħed minnkom." Qagħda finanzjarja Jingħad li l-qagħda finanzjarja tal-PBS mhix waħda daqshekk b'saħħitha, li jista' jfisser li Bundy ħa f 'idejh vapur li qed jegħreq. "Kull kumpanija tgħaddi minn diffikultajiet, iżda fil-PBS hemm ukoll l-ispazju għal soluzzjonijiet u arranġamenti tajbin. L-ebda kumpanija ma toħroġ il-ħwejjeġ barra biex turi f 'liema sitwazzjoni tinsab. L-istat finanzjarju tal- kumpanija hu dak li hu u kulħadd iħares lejh mil-lenti tiegħu, jew kif jaqbillu. Qabel kien hawn kap li jħares lejn il-lat finanzjarju tal- kumpanija mod, jien qed inħares lejn il-lat finanzjarju tal-kumpanija b'ottimiżmu. Inħares 'il quddiem biex il-kumpanija tkompli timxi 'l quddiem." Bundy qal ukoll li meta daħal, sab ħafna affarijiet tajbin bħall-bini, l-apparat b'teknoloġija mill-aktar avvanzata u l-mod kif taħdem is- sistema. Iżda qal li kulħadd ikollu strateġija għalih u hu bidel il-mod kif jiġu magħżula l-programmi u kif jiġu finalizzati. "Ma nħallux lid-djar tal-produzzjoni jistennew ħafna ġimgħat biex ikunu jafu l-proposti tagħhom jekk ġewx aċċettati. Biddilna l-iskeda tar-radju u anke fl-iskeda li kienet mibdija għamilt xi arranġamenti favur l-ispettatur. Mhux kulma tbiddel ifisser li jkun tajjeb mill-ewwel. L-importanti hu li jekk għamilt xi ħaġa li ma ħadmitx, nibdilha. Jien kap eżekuttiv tal- kumpanija u mhux l-eroj tal- kumpanija. Hawnhekk ma nagħmilx l-affarijiet waħdi, għandi tim tajjeb ħafna. Għandi numru ta' managers li jikkoperaw u l-esperjenza tagħhom nista' jsarrafha f 'suċċess fid-deċiżjonijiet li nieħu." Proġetti ġodda Semma wkoll proġetti ġodda li qed jinħmew biex tinħoloq sezzjoni fix-xandir għal nies biex jingħataw l-opportunità li jekk għandhom xewqa li jidħlu fid-dinja tax-xandir, ikunu jistgħu jingħataw taħriġ, speċi ta' akkademja għal uċuħ ġodda. "Flimkien fassalna diversi proġetti għall-futur. Ftit tal-ġimgħat ilu kellna l-aħbar li ngħatajna fondi mill-Unjoni Ewropea biex nagħmlu sistema diġitalizzata tal- arkivji tagħna li huma teżor għal pajjiżna. Filmati ta' avvenimenti storiċi li jmorru snin kbar ilu u anke programmi radjufoniċi se jiġu preservati kollha. Proġett li se jibda s-sena d-dieħla hu proġett kbir tar-Radju li sejjaħtlu 'Radio Project' fejn Malta se jkollha stazzjon tar-radju li jkun jinkorpora fih l-aqwa elementi u se jkollu tibdil fl-istruttura u anke fl-apparenza." Mistoqsi jekk Radju Malta 2 hux se jispiċċa, Bundy wieġeb mill-ewwel, "Radju Malta 2 se jibqa' hemmhekk mal-istazzjonijiet l-oħra kollha li għandna." Il-Eurovision Min kien isegwi lil Bundy fuq Facebook, kulħadd jaf li hu kien kritiku qawwi tal-Kap Eżekuttiv ta' qablu, Anton Attard. "Ħa nagħmluha ċara," jibda jgħid Bundy, "Jien kont nikkritika dwar il- Eurovision u kienu mumenti żgħar ħafna jew rari li kont insemmi lill- Kap Eżekuttiv b'ismu. Jien ma qbiltx kif sar l-aħħar Eurovision. Kelli r-raġunijiet tiegħi. Kont konsistenti fil-kritika u r-riżultati tawni raġun u dan ifisser li m'iniex se nagħmel l-istess żbalji. "Nista' niżvela ċar daqs il-kristall li l-kantant li se jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision se jintagħżel mill- poplu. Il-Eurovision hu l-festival tal-poplu. Iċ-ċittadini Maltin m'għandhom xejn inqas minn popli oħra li kapaċi jagħżlu lil min jirrapreżentahom. Tintagħżel il- kanzunetta u mhux il-kantant, għax il-festival mhux singer festival iżda Eurovision Song Contest. Għalhekk se tintagħżel il-kanzunetta li l-poplu Malti jaħseb li għandha tirrapreżentah fl-Ukraina." Il-Bilanċ fix-Xandir Kull oppożizzjoni tipponta subgħajha lejn il-PBS dwar żbilanċ. Dan dejjem sar u għadu jsir. Barra minn hekk, ħafna qed jakkużaw lill- PBS li jkun hemm indħil politiku mill-Gvern. "Sal-lum nista' ngħid li ma ndaħalli ħadd. X'kien isir qabel ma nafx, għax ma kontx hawn. Ma nemminx li kemm indum hawn jien se jiġi xi ministru u jimponi fuqi xi programm. Jekk kumbinazzjoni dan jiġri, lest li npoġġi bilqiegħda ma' min jagħmilli din il-proposta jew joħroġ din l-ordni u nispjegalu li m'għandux raġun. Jista' jkun li xi ħadd jipproponilek programm tajjeb u xorta nemmen li jrid joqgħod għad-diskussjoni mat-tim li flimkien naraw x'inhu l-aħjar għall-ġid tal-kumpanija. Aħna leali lejn iċ-ċittadini kollha. Nammetti li rridu nimxu mal-politika tal- gvern tal-ġurnata għax hu joħloq il-'policies' u aħna rridu nimxu magħhom. U dment li aħna nimxu mal-policies, ma nħossx li għandu jkun hemm min ifixkel." Bundy qal ukoll li jemmen li l-programmi għandhom ikunu bilanċjati, "u għalkemm ikollna ħafna kritika u kellna ħafna kritika qabel ukoll, il-programmi dejjem kienu bilanċjati. Il-problema tal- bilanċ noħolquha aħna billi ħloqna sistema ta' minuti biex mingħalina jinħoloq bilanċ. Ma naqbilx li l-minuti li jingħata min ikun qed jiddiskuti jkunu qed joħolqu bilanċ. Għax hawn min jieħu żewġ minuti u jitkellem bis-sens, u hemm min tagħtih żewġ minuti u ma jgħid xejn bis-sens jew jaqbeż mis-suġġett." Skont Bundy, il-bilanċ hu li jkun hemm argumenti tajbin minn kull naħa u mhux bil-ħin. Bundy qal ukoll li hu jieħu deċiżjonijiet dwar kollox, iżda dejjem jiddiskuti mal- bordijiet ta' management rispettivi. L-Iskeda ta' Bundy x'se toffri ġdid? Qal ukoll li f 'din l-iskeda kien hemm 'input' tiegħu iżda mhux kollox. U hawn reġa' kkonferma li ma kellux x'jaqsam mal-programmi mneħħija li tant qamet għagħa fuqhom. Però, l-iskeda tal-2017 se tkun kollha tiegħu. "Mhux tiegħi iżda tal-PBS." Bundy, illum hu amministratur, iżda fl-istess waqt hu xandar, preżentatur u producer ta' programmi tul dawn l-aħħar 38 sena. Dan se jgħin biex hu jdaħħal produzzjonijiet lokali fejn jidħlu t-tfal u programmi serji ta' divertiment ta' kwizzis li tant iħobbu l-Maltin. "Dawn huma programmi li jiswew ħafna flus iżda se nagħmel l-almu tiegħi biex it-telespettatur Malti jara dawn il-kwizz xows bil-lingwa tiegħu u mhux irid joqgħod jara l-istazzjonijiet Taljani jew Ingliżi." L-ILLUM saret taf li Bundy ġieli tefa' proposti ta' programmi fuq PBS u dawn ma ġewx milqugħa. Meta tlabnieh jgħidilna dwar dan, Bundy kien ferm diplomatiku, "jiena 'biker' u l-'biker' ma jistax iħares lura għax jieħu daqqa tajba u ma jqumx għal oħra u għalhekk irrid inħares dejjem 'il quddiem. Dak kien il-passat, kien iweġġgħani, illum għandi pożizzjoni li nista' nagħmel ħafna ġid lil kull min irid jibda karriera fix- xandir u lit- telespettatur Malti li John Busuttil illum@mediatoday.com.mt X'fiha ħażin li John Bundy jippreżenta programm għall- vapur li qed imexxi? " " Xarabank: Jekk ikollok żiemel rebbieħ għaliex għandek taqflu fi stalla? " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016