Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582
Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 | illum Intervista 13 ndaħalli ħadd...x'kien isir qabel ma nafx' nwasslulu l-informazzjoni korretta, għax il-midja hi dwar il-fatti u mhux dwar l-opinjonijiet." Bundy se jippreżenta programm Il-pożizzjoni ta' Bundy fil-PBS mhux se twaqqfu milli jagħmel dak li tant iħobb, jiġifieri li jxandar u jippreżenta. "John Bundy se jkompli jippreżenta. Reno Bugeja hu l-Kap tat-Taqsima tal-aħbarijiet u għandu programm. Emilio Fede direttur fil- Mediaset u jippreżenta programm. Pippo Baudo direttur fir-Rai u jippreżenta programm. Gerry Scotti hu wieħed mill-ogħla uffiċjali tal-programmi tal-Mediaset u jippreżenta programmi. X'fiha ħażin li John Bundy, CEO tal-PBS li minn dejjem kien preżentatur u producer jippreżenta programm għal vapur li qed imexxi? Iva, John Bundy se jippreżenta programm ta' taħlita ta' ġrajjiet kurrenti imżewġa ma' divertiment u b'hekk jinħoloq il-vera bilanċ." Iżda jekk il- programm ma jkunx jilħaq il-livell meħtieġ, min se jiddeċiedi li ma jsirx? Għax finalment, hu l-istess John Bundy li jiddeċiedi. "S'issa, jiena dejjem għamilt programmi ta' livell. Jekk ma jkunx programm ta' livell, lanqas biss jidħol fil-ħsieb tiegħi aħseb u ara nagħmlu. Jien ma nemminx fil-perfezzjoni iżda nemmen fl-eċċelenza u għalhekk lest għal kull kritika u skrutinju tal- programm li jkolli." Bundy dwar Xarabank L-aktar programm li ilu għaddej fuq l-PBS, u l-aktar programm li jiġi kritikat hu l-istess programm li hu l-iktar segwit f 'Malta. Dan hu 'Xarabank'. Staqsejna lil Bundy jaqbilx li l-istess programm idum iġebbed għal daqs dawn snin? "Naħseb li sakemm il-produtturi ta' programm jaġġornaw ruħhom maż-żminijiet u jkun popolari mal-ispettaturi, m'għandux jieqaf. Għaliex għandu jkollok żiemel li qed jirbaħ it-tiġrijiet u taqflu fl-istalla?" Bundy kompla jgħid li l-PBS barra li hu l-istazzjon tal-Istat irid iħares mil-lat kummerċjali u għalhekk irid iħares lejn programmi li jattiraw il- massa, "għax barra l-baġit li jagħtina l-gvern, irridu nieħdu ħsieb id-dħul finanzjarju wkoll. Iżda fl-istess waqt ma tistax twarrab dak li hu kulturali, soċjali, is-saħħa u li nagħtu leħen lill-NGOs. Il-PBS dan kien qed jagħmlu, se jkompli jagħmlu u fl-iskeda tal-2017 se jkun hawn iżjed opportunitajiet." Fl-aħħar, Bundy tkellem dwar il-kummenti li nkitbu dwaru fuq blogs meta ngħata l-inkarigu ta' kap eżekuttiv, u qal, "jien difensur tal- libertà tal-espressjoni u ma niddejjaq xejn mill-kritika. Li ddejaqni meta l-kritika tkun waħda personali, bi kliem mhux xieraq u miktuba fuq blogs b'nom de plume. Rajt kummenti li minkejja li jweġġgħuk, fl-istess ħin tidħak kif nies li ma jkunux jafuk, jaqbdu u jiktbu dwarek. Li jimmeraviljawk li dawn jgħajru lin-nies u m'għandhox 'guts' juru isimhom. X'kuraġġ irid ikollok miegħek innifsek li tiċħad ismek meta għandek il-libertà kollha li tikkritika mingħajr ħadd ma jwaqqfek? Meta kelli xi ngħid xi ħaġa, jien dejjem għidtha b'ismi u ktibtha b'ismi. Jiena kull filgħodu nimxi fit-triq b'rasi mgħollija, ma niddejjaq nitkellem ma' ħadd, ma niddejjaq inpoġġi fuq mejda biex niekol ma' ħadd, meta jċempel it- telefon nirrispondih, meta nirċievi xi email nirrispondiha mill-ewwel u anke sms. F'ħajti ppruvajt inkun dejjem korrett anke jekk żbalji għamilt ukoll, iżda dejjem ikkoreġejthom. Missieri qalli din il- frażi u se ngħidielek u nieqaf hawn, 'ibni, nippermetilek tagħmel 100 żball kuljum, imma ma nippermetilek qatt li tirrepeti l-istess wieħed." Ritratt: Chris Mangion John Bundy Lil min jikkritikah b'mod personali: Jiena kull filgħodu nimxi fit-triq b'rasi mgħollija " "