Illum previous editions

ILLUM 23 October 2016

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/741582

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

illum | Il-Ħadd 23 ta' Ottubru 2016 Għawdex 14 Reazzjonijiet Għawdxin għall-Baġit 2017 Baġit ta' valur għal Refalo...baġit DWAR Għawdex, importanti nsemmu li dal-baġit qiegħed jindirizza bis-serjetà l-kwistjoni tal-konnettività u l-aċċessibilità t'Għawdex. Rigward il-konnettività fiżika se jsiru eżamijiet ġeoloġiċi biex b'dan it- tagħrif ikun jista' jinbena mudell ġeoloġiku ta' taħt qiegħ il-baħar. Il-gvern qed jaħdem biex tinħareġ l-ewwel fażi tas-sejħa pubblika ta' disinn, bini u l-operat għal sub seabed tunnel li tgħaqqad iż-żewġ gżejjer. Kif ukoll se joħroġ dalwaqt l-offerta għas-servizz tal-fast ferry bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta. Rigward il-kwistjoni tal- konnettività diġitali, il-gvern qiegħed iħabbar ukoll li ser jiġu vvutati €3.2 miljun għal Fibre Optic Cable alternattiv li se jippermetti investiment minn kumpaniji tal-IT f 'Għawdex. Dan jorbot bi sħiħ mal- investiment kofinanzjat minn miljuni ta' ewro tal-fondi Ewropej ta' €16-il miljun li ser jittrasforma s-sit tal- ħofra fix- Xewkija għal villaġġ tan-negozji ż-żgħar u medji (SMEs) u l-eks MDP għal Hub diġitali. Dan mingħajr ma ninsew il-bidu tal-bini ta' sptar ġdid mill-privat u l-iskola medika ta' Barts. B'hekk ikollna kura aħjar u jinħoloq suq turistiku mediku ġdid. Suq ieħor li nixtiequ nisfruttaw huwa t-turiżmu sportiv u għal dan il-għan se jiġi ffirmat dalwaqt MOU mal-bidder li jrid jibni l-pixxina. Din il-pixxina ser tintuża mill-istudenti, għaqdiet sportivi u anzjani tagħna. Permezz ta' kofinanzjament minn fondi Ewropej ukoll, ser inkunu qed invaraw l-ewwel mużew għal Għawdex li ser ikun attrazzjoni oħra fil- pakkett turistiku Għawdxi. It-turiżmu f 'Għawdex sejjer tajjeb ġmielu. Niċċa tat-turiżmu li kisret kull rekord hija dik fil-qasam tal- passiġġieri li jinżlu l-art minn cruise liners. Għaldaqstant wasal fil-fażi finali tiegħu, wara li saru l-istudji relattivi, l-abbozzar tat-tender għall-baga ġdida fix-Xlendi. Ser inkomplu ngħinu lill- istudenti tagħna għalhekk ser tingħata għajnuna lill-istudenti Għawdxin li jistudjaw f 'istituzzjonijiet privati f 'Malta. Ix-xogħol infrastrutturali fuq it-toroq tagħna għaddej b'ritmu mgħaġġel. Filwaqt li lestejna diversi toroq fosthom 8th September Avenue, ix-Xagħra sa Triq Vajringa, Għedrin, Dawwara, Ir-Rabat, u għaxar kilometri minn Ħondoq ir-Rummien il-Qala sa Ta' Ċenċ is-Sannat. Pjazza San Franġisk se nkompluha wara li dis-sena beda x-xogħol fuq it-taraġ li jwassal għal Pjazza San Franġisk, lestejna il-Pjazza tax-Xagħra u għaddej b'ritmu qawwi x-xogħol infrastrutturali fil-Pjazza t'Għajnsielem. Ma' dawn wieħed irid iżid il-bini li tiela' biex tkun lesta d-dar tal-anzjani ġdida li ser tkun f 'Għajnsielem stess. Sabiex nixprunaw ukoll is-suq tal-propjetà f 'Għawdex il-baġit qed inaqqas it-taxxa tal- boll minn 5% għal 2% għal min jixtri residenza f 'Għawdex. Fl-aħħar u mhux l-anqas issa li ġew ottenuti l-permessi se joħorġu l-offerti biex tinbena l-qorti l-ġdida u diversi livelli ta' parkeġġ taħt l-istess qorti. Ftit passi bogħod se tinbena wkoll skola primarja ġdida tar-Rabat minħabba li dik eżistenti m'għadhiex biżżejjed għad-domanda attwali. Finalment wara li sar il-proġett tar-restawr taċ- Ċittadella, proġett li ħalla impattt pożittiv fuq l-eluf tal-viżitaturi, lokali u barranin, li kuljum iżuru ċ-Ċittadella. F'dan il-baġit ġew ivvuttati €220,000 għall-manteniment tal- istess proġett. 'Il-fibre optic tajba iżda ejja ma noħolqux għodda li ma tintużax' – Il-Kunsill taż- żgħażagħ Il-Kunsill taż-Żgħażagħ Għawdxin (GYC) jilqgħu bil-ferħa l-wegħda tal-gvern fl-investiment tat-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, li mistenni jitlesta fi żmien sentejn. "Hu investiment kruċjali għal Għawdex għax tippromovi mhux biss l-industrija tal-IT iżda negozjioħra essenzjali għal progress f 'Għawdex lejn impjiegi sostenibbli. Wara kollox l-krejazzjoni ta' aktar impjiegi biss tista' twaqqaf il-'brain drain' u tagħmel Għawdex aktar abitabbli għaż-żgħażagħ Għawdxin. Għalhekk dan il-pjan irid ikun hemm warajh investiment dirett minn barra. Ejja ma noħolqux għodda li tispiċċa ma tintużax." Il-GYC innutat ukoll li ma ssemma' xejn dwar l-'green airfield' li kien issemma' fil-baġit tas-sena l-oħra, "Għawdex hemm bżonn li tiddeversifika l-ekonomija, speċifikament it-turiżmu u jkun inqas dipendenti minn turisti li jaslu Għawdex 'via' Malta. Jekk Għawdex jilqa' ajruplani żgħar tal- passiġġieri bi prezzijiet tajbin, nibbenefikaw minn turisti li joqogħdu iżjed fil-gżira Għawdxija." L-Għaqda taż-żgħażagħ tilqa' bil-ferħa l-fast ferry fejn hi stess ilha tħambaq għaliha żmien twil u anke l-investiment fl-edukazzjoni f 'Għawdex. "Iżda ma ssemma' xejn dwar il-campus eżistenti f 'Għawdex li hemm bżonn jiġi utilizzat aħjar. Hemm bżonn li nattiraw studenti Maltin u barranin f 'Għawdex billi Il-punti saljenti tal-Baġit għal Għawdex: • Inċentivi għax-xiri ta' propjetà f 'Għawdex - boll minn 5% għal 2% • Bidu ta' bini ta' sptar ġdid mill-privat u skola medika ta' Barts u hekk ikollna kura aħjar u jinħoloq suq turistiku ġdid • Upkeep u manteniment taċ-Ċittadella u l-Visitors' Centre – €220,000 • Titjib u kostruzzjoni ta' toroq • Il-Pjazza ta' San Franġisk wara li tlestiet il-pjazza tax-Xagħra u għaddej b'ritmu qawwi x-xogħol infrastrutturali fil-pjazza t'Għajnsielem. • Dar tal-anzjani f 'Għajnsielem • Il-qorti u l-parkeġġ taħtu fejn il-permessi ħarġu u se jinħarġu l-offerti. • Ħierġa l-offerta għall-Baga l-ġdida tax-Xlendi • Ħerġin l-offerti għal 'feasibility studies' tal-mina bejn Malta u Għawdex. • Se jiġi ffirmat l-MOU mal-bidder tal-pixxina. • Għajnuna lil studenti Għawdxin li jistudjaw f 'istituzzjonijiet privati f 'Malta • Ċentru ieħor Nazzjonali tal-Kurrikulu f 'Għawdex. • Gozo Museum li se jiswa €5 miljun • Servizz ta' fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr. Se jigi ppubblikat tender sabiex jippermetti s-servizz ta' fast ferry service bejn Għawdex u l-Belt Valletta • €3.5M għal Fibre Optic Cable alternattiv li se jippermetti investiment minn kumpaniji tal-IT f 'Għawdex • Hub kofinanzjata minn fondi Ewropej fl-eks MDP fix-Xewkija. Anton Refalo Chris Said

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 October 2016